This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0076
2013/76/EU: Commission Implementing Decision of 4 February 2013 amending Decision 2009/719/EC authorising certain Member States to revise their annual BSE monitoring programmes (notified under document C(2013) 435) Text with EEA relevance
2013/76/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 4 ta’ Frar 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2009/719/KE li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programmi ta’ monitoraġġ annwali tagħhom tal-BSE (notifikata bid-dokument numru C(2013) 435) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2013/76/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 4 ta’ Frar 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2009/719/KE li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programmi ta’ monitoraġġ annwali tagħhom tal-BSE (notifikata bid-dokument numru C(2013) 435) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 35, 6.2.2013, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
6.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 35/6 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-4 ta’ Frar 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2009/719/KE li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programmi ta’ monitoraġġ annwali tagħhom tal-BSE
(notifikata bid-dokument numru C(2013) 435)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/76/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1b) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 6(1b) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula li l-programmi annwali ta’ monitoraġġ għall-Istati Membri li jkunu wrew li sar titjib fil-qagħda epidemjoloġika tagħhom, skont ċerti kriterji, jistgħu jiġu riveduti. |
(2) |
L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/719/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programmi ta’ monitoraġġ annwali tagħhom tal-BSE (2), kif emendat bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/358/UE (3) jelenka 25 Stat Membru awtorizzati jirrevedu l-programm ta’ monitoraġġ annwali tagħhom skont l-Artikolu 6(1b) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-UE-25). |
(3) |
Rigward il-monitoraġġ ta’ annimali bovini soġġetti għal qatla normali għall-konsum mill-bniedem, l-Artikolu 2(1)(a) tad-Deċiżjoni 2009/719/KE jipprevedi li għall-BSE, l-UE-25 għandhom jittestjaw l-annimali bovini kollha b’aktar minn 72 xahar, billi l-Artikolu 2(3) jipprovdi li mill-1 ta’ Jannar 2013 l-UE-25 jistgħu jiddeċiedu li jittestjaw biss kampjun annwali minimu ta’ bhejjem b’saħħithom maqtula li għandhom aktar minn 72 xahar. |
(4) |
Fit-8 ta’ Ottubru 2012 l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) approvat rapport ta’ assistenza xjentifika u teknika dwar id-daqs minimu tal-kampjun li jrid jiġi ttestjat jekk tkun awtorizzata sistema annwali għall-ittestjar statistiku tal-BSE tal-bhejjem b’saħħithom maqtula (4). |
(5) |
L-EFSA, fir-rapport tagħha kkonkludiet li, skont l-estimi minn mudell żviluppat biex iwieġeb għall-mandat tal-Kummissjoni (il-mudell C-TSEMM), l-ebda annimal b’saħħtu maqtul ma għandu bżonn jiġi ttestjat sabiex is-sistema attwali ta’ sorveljanza tas-sottopopolazzjonijiet f’riskju (bhejjem mejta, qtil aċċidentali u suspetti kliniċi) tilħaq, fil-grupp tal-UE-25 meqjus b’mod sħiħ, prevalenza prevista ta’ każ wieħed traċċabbli f’100 000 bhima adulta b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %, l-istandard internazzjonali stabbilit mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) dwar il-prestazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza tal-BSE. Jekk ma jkun ġie ttestjat l-ebda annimal b’saħħtu maqtul fl-2011, is-sistema ta’ sorveljanza xorta tkun żgurat prevalenza prevista ta’ każ wieħed għal kull 5 355 627 fil-popolazzjoni adulta tal-UE-25 b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %. |
(6) |
Jekk titqies ix-xejra ta’ tnaqqis tal-BSE fl-Unjoni Ewropea, l-EFSA tistma li fl-UE-25, is-sistema ta’ sorveljanza bbażata biss fuq l-ittestjar ta’ sottopopolazzjonijiet f’riskju faċilment tilħaq l-istandard internazzjonali dwar ir-rendiment tas-sistemi ta’ sorveljanza tal-BSE, u jekk jitqies il-fatt li mhu meħtieġ l-ebda ttestjar ta’ annimali b’saħħtu maqtula biex jintlaħaq l-istandard internazzjonali stabbilit mill-OIE għall-monitoraġġ tal-BSE, diment li jiġu ttestjati annimali mit-tliet sottopopolazzjonijiet f’riskju, l-ittestjar ta’ bhejjem b’saħħithom maqtula jista’ jitwaqqaf fl-UE-25. Id-dispożizzjonijiet għal sistema ta’ sorveljanza ta’ bhejjem b’saħħithom maqtula fl-UE-25 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Paragrafu 3 tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2009/719/KE jinbidel b’dan li ġej:
“3. B’deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, mill-1 ta’ Jannar 2013, l-Istati Membri elenkati fl-Anness jistgħu jiddeċiedu li ma jittestjawx l-annimali fis-sottopopolazzjoni msemmija f’dan il-punt.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.
(2) ĠU L 256, 29.9.2009, p. 35.
(3) ĠU L 161, 21.6.2011, p. 29.
(4) The EFSA Journal 2012; 10(10):2913.