EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0038
2013/38/EU: Commission Implementing Decision of 18 January 2013 allowing Member States to extend provisional authorisations granted for the new active substances emamectin and maltodextrin (notified under document C(2013) 51) Text with EEA relevance
2013/38/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Jannar 2013 li tippermetti lill-Istati Membri li jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi ġodda emamektin u maltodekstrin (notifikata bid-dokument numru C(2013) 51) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2013/38/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Jannar 2013 li tippermetti lill-Istati Membri li jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi ġodda emamektin u maltodekstrin (notifikata bid-dokument numru C(2013) 51) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 18, 22.1.2013, p. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/01/2015
22.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 18/17 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Jannar 2013
li tippermetti lill-Istati Membri li jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi ġodda emamektin u maltodekstrin
(notifikata bid-dokument numru C(2013) 51)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/38/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 80(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, id-Direttiva 91/414/KEE għandha tkompli tapplika għal sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 91/414/KEE qabel l-14 ta’ Ġunju 2011. |
(2) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f’Ġunju 2006 il-Pajjiżi l-Baxxi rċevew applikazzjoni mingħand Syngenta Ltd. għall-inklużjoni tas-sustanza attiva emamektin fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/669/KE (3) kkonfermat li d-dossier kien komplut u li seta’ jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III ta’ dik id-Direttiva. |
(3) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f’Ġunju 2008 Franza rċeviet applikazzjoni mingħand Biological Crop Protection Ltd. għall-inklużjoni tas-sustanza attiva maltodekstrin fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/20/KE (4) kkonfermat li d-dossier kien komplut u li seta’ jitqies bħala wieħed li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tal-informazzjoni tal-Annessi II u III ta’ dik id-Direttiva. |
(4) |
Il-konferma li d-dossiers kienu kompluti kienet meħtieġa sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu eżaminati fid-dettall u sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jkollhom il-possibbiltà li jagħtu awtorizzazzjonijiet provviżorji, għal perjodi sa tliet snin, għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi kkonċernati, filwaqt li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE u, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet relatati mal-valutazzjoni dettaljata tas-sustanzi attivi u tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fid-dawl tar-rekwiżiti stipulati b’dik id-Direttiva. |
(5) |
Għal dawn is-sustanzi attivi, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ġew ivvalutati, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi li pproponew l-applikanti. L-Istati Membri relaturi ressqu l-abbozzi tar-rapporti ta’ valutazzjoni lill-Kummissjoni fis-6 ta’ Marzu 2008 (l-emamektin) u fl-10 ta’ Diċembru 2009 (maltodekstrin), rispettivament. |
(6) |
Wara li tressqu l-abbozzi tar-rapporti ta’ valutazzjoni mill-Istati Membri relaturi, instab li kien hemm bżonn li tintalab iktar informazzjoni mingħand l-applikanti u li l-Istati Membri relaturi jeżaminaw dik l-informazzjoni u jressqu l-valutazzjoni tagħhom. Għalhekk, l-eżaminazzjoni tad-dossiers għadha għaddejja u mhux se jkun possibbli li l-evalwazzjoni titlesta fil-qafas ta’ żmien stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE. |
(7) |
Peress li sa issal-evalwazzjoni għadha ma identifikat l-ebda raġuni għal tħassib immedjat, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jtawlu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi kkonċernati għal perjodu ta’ 24 xahar skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 91/414/KEE, sabiex tkun tista’ titkompla l-eżaminazzjoni tad-dossiers. Huwa mistenni li l-evalwazzjoni u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ deċiżjoni dwar approvazzjoni possibbli skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għall-emamektin u l-maltodekstrin se jitlestew fi żmien 24 xahar. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri jistgħu jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-emamektin jew il-maltodekstrin għall-perjodu li jintemm nhar il-31 ta’ Jannar 2015 l-aktar tard.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi nhar il-31 ta’ Jannar 2015.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(2) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(3) ĠU L 274, 18.10.2007, p. 15.