This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0993
Commission Implementing Regulation (EU) No 993/2012 of 25 October 2012 on the issue of licences for importing rice under the tariff quotas opened for the October 2012 subperiod by Implementing Regulation (EU) No 1273/2011
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 993/2012 tal- 25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross skont il-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Ottubru 2012 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 993/2012 tal- 25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross skont il-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Ottubru 2012 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011
ĠU L 297, 26.10.2012, p. 22–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 297/22 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 993/2012
tal-25 ta’ Ottubru 2012
dwar il-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross skont il-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Ottubru 2012 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u partikolarment l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 tas-7 ta’ Diċembru 2011 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (3), fetaħ u pprovda għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tarriffarji tal-importazzjoni ta' ross u ross miksur, imqassma skont il-pajjiż tal-oriġini u f'diversi subperjodi skont l-Anness IX ta' dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
(2) |
Ottubru huwa l-uniku subperjodu għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4138 ipprovdut skont l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011. Din il-kwota tikkonsisti fil-bilanċ tal-kwantitajiet mhux użati mill-kwoti bin-numri tal-ordni 09.4127 - 09.4128 - 09.4129 - 09.4130 fis-subperjodu preċedenti. Ix-xahar ta’ Ottubru huwa l-aħħar subperjodu għall-kwoti pprovduti fl-Artikolu 1(1)(b) u (e) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, li jinkludu l-bilanċ tal-kwantitajiet mhux użati fis-subperjodu preċedenti. |
(3) |
In-notifiki li ntbagħtu skont il-punt (a) tal-Artikolu 8 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 juru li, għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4138, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel 10 ijiem ta' xogħol ta' Ottubru 2012 skont l-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, ikopru kwantità akbar minn dik disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantità mitluba taħt il-kwota kkonċernati. |
(4) |
In-notifiki juru wkoll li, għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4148, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel 10 ijiem ta' xogħol ta' Ottubru 2012, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, ikopru kwantità li hija anqas dik disponibbli. |
(5) |
Il-perċentwal finali ta’ użu ta’ kull kwota pprovduta fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 tul is-sena 2012 għandu jkun innotifikat ukoll. |
(6) |
Sabiex tkun żgurata ġestjoni effettiva tal-proċedura tal-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għall-applikazzjonijiet tal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross li jaqgħu taħt il-kwota bin-numru tal-ordni 09.4138 imsemmi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, imressqa matul l-ewwel 10 ijiem ta' ħidma ta' Ottubru 2012, il-liċenzji għandhom jinħarġu għall-kwantità mitluba, immultiplikata bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-perċentwal finali ta’ użu ta’ kull kwota pprovduta fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 tul is-sena 2012 jingħata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 325, 8.12.2011, p. 6.
ANNESS
Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għas-subperjodu ta’ Ottubru 2012 skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 u l-perċentwal finali tal-użu għas-sena 2012
(a) |
Kwota ta' ross mitħun għalkollox jew mitħun parzjalment kopert bil-kodiċi NM 1006 30 kif ipprovdut fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:
|
(b) |
Kwota ta' ross bil-ħliefa kopert bil-kodiċi NM 1006 20 kif ipprovdut fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:
|
(c) |
Kwota ta' ross miksur kopert bil-kodiċi NM 1006 40 00 kif ipprovdut fl-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:
|
(d) |
Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross mitħun parzjalment kopert bil-kodiċi NM 1006 30 kif ipprovdut fl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:
|
(e) |
Kwota ta' ross miksur kopert bil-kodiċi NM 1006 40 00 kif ipprovdut fl-Artikolu 1(1)(e) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:
|
(1) L-ebda koeffiċjent ta’ allokazzjoni applikat għal dan is-subperjodu: l-ebda applikazzjoni tal-liċenzja ma ġiet notifikata lill-Kummissjoni.
(2) L-ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu.