This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0879
Commission Implementing Regulation (EU) No 879/2012 of 26 September 2012 fixing the allocation coefficient for the issuing of import licences applied for from 8 to 14 September 2012 for sugar products under certain tariff quotas and suspending submission of applications for such licences
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 879/2012 tas- 26 ta' Settembru 2012 li jiffissa l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mit- 8 sal- 14 ta' Settembru 2012 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji u li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għat-tali liċenzji
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 879/2012 tas- 26 ta' Settembru 2012 li jiffissa l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mit- 8 sal- 14 ta' Settembru 2012 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji u li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għat-tali liċenzji
ĠU L 259, 27.9.2012, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 259/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 879/2012
tas-26 ta' Settembru 2012
li jiffissa l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mit-8 sal-14 ta' Settembru 2012 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji u li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għat-tali liċenzji
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jamministra ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (3), u b’mod partikulari l-Artikolu 5(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kwantitajiet li jkopru l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa lill-awtoritajiet kompetenti mit-8 sal-14 ta' Settembru 2012 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009, jaqbżu l-kwantità disponibbli skont is-serjejiet li jġibu n-numri 09.4317, 09.4318, 09.4319, 09.4320 u 09.4321. |
(2) |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi ffissat koeffiċjent tal-allokazzjoni għal-liċenzji li għandhom jinħarġu fir-rigward tas-serjejiet li jġibu n-numri 09.4317, 09.4318, 09.4319, 09.4320 u 09.4321 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006. It-tressiq ta’ iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji għal dawk in-numri tas-serje għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mit-8 sal-14 ta' Settembru 2012 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 għandhom jiġu mmultiplikati bil-koeffiċjenti tal-allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
2. It-tressiq ta’ iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji, li jikkorrispondu man-numri tas-serje mogħtija fl-Anness, għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq 2012/2013.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.
ANNESS
“Il-konċessjonijiet taz-zokkor tal-iskeda bin-numru CXL”
Is-sena tas-suq 2012/2013
Applikazzjonijiet li tressqu mit-8.9.2012 sal-14.9.2012
In-numru tas-serje |
Il-pajjiż |
Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni (f’%) |
Iktar applikazzjonijiet |
09.4317 |
L-Awstralja |
14,285714 |
Sospiżi |
09.4318 |
Il-Brażil |
12,292758 |
Sospiżi |
09.4319 |
Kuba |
33,333333 |
Sospiżi |
09.4320 |
Kwalunkwe pajjiż terz |
4,000003 |
Sospiżi |
09.4321 |
L-Indja |
9,090909 |
Sospiżi |
“Iz-zokkor mill-Balkani”
Is-sena tas-suq 2012/2013
Applikazzjonijiet li tressqu mit-8.9.2012 sal-14.9.2012
In-numru tas-serje |
Il-pajjiż |
Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni (f’%) |
Iktar applikazzjonijiet |
||
09.4324 |
L-Albanija |
— |
|
||
09.4325 |
il-Bosnja-Ħerzegovina |
|
|||
09.4326 |
Is-Serbja |
|
|||
09.4327 |
Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
— |
|
||
09.4328 |
Il-Kroazja |
|
|||
|
“Iz-zokkor għall-importazzjoni eċċezzjonali u dak għall-importazzjoni industrijali”
Is-sena tas-suq 2012/2013
Applikazzjonijiet li tressqu mit-8.9.2012 sal-14.9.2012
In-numru tas-serje |
It-tip |
Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni (f’%) |
Iktar applikazzjonijiet |
||
09.4380 |
Eċċezzjonali |
— |
|
||
09.4390 |
Industrijali |
|
|||
|
(1) Mhux applikabbli: l-applikazzjonijiet ma jaqbżux il-kwantitajiet disponibbli u qed jingħataw kollha.
(2) Mhux applikabbli: l-applikazzjonijiet ma jaqbżux il-kwantitajiet disponibbli u qed jingħataw kollha.