EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0699

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 699/2012 tat- 30 ta’ Lulju 2012 li jimponi dazju provviżorju anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid jew l-azzar li joriġinaw fir-Russja u t-Turkija

ĠU L 203, 31.7.2012, p. 37–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/02/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/699/oj

31.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/37


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 699/2012

tat-30 ta’ Lulju 2012

li jimponi dazju provviżorju anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid jew l-azzar li joriġinaw fir-Russja u t-Turkija

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IL-PROĊEDURA

1.   L-inizjazzjoni

(1)

Fl-1 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (“avviż ta’ bidu”), il-bidu ta’ proċediment anti-dumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid jew l-azzar li joriġinaw fir-Russja u t-Turkija (“il-pajjiżi kkonċernati”).

(2)

Il-proċediment inbeda minħabba lment ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2011 mill-Kumitat tad-Difiża tal-iSteel Butt-Welding Fittings Industry tal-Unjoni Ewropea (“il-kwerelanti”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ aktar minn 40 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid jew tal-azzar. L-ilment fih evidenza prima facie ta’ dumping tat-tali prodott u ta’ ħsara materjali li rriżultat minnu, li tqieset suffiċjenti biex tiġġustifika t-tnedija ta’ proċediment.

2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċedura

(3)

Il-Kummissjoni għarrfet uffiċjalment lill-kwerelanti, lil produtturi oħra magħrufa fl-Unjoni, lill-produtturi esportaturi u r-rappreżentanti tal-pajjiżi kkonċernati, lill-importaturi u l-utenti magħrufa, bil-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jispjegaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika ta’ bidu.

(4)

Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw smigħ.

(a)   It-teħid ta’ kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni

(5)

Fid-dawl tal-għadd apparentament għoli tal-produtturi tal-Unjoni, it-teħid ta’ kampjuni kien previst fin-notifika ta’ bidu għad-determinazzjoni tad-dannu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(6)

Fin-notifika ta’ bidu, il-Kummissjoni ħabbret li għażlet provviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet kumpaniji, mit-22 produttur tal-Unjoni li kienu magħrufa li jipproduċu l-prodott simili qabel il-bidu tal-investigazzjoni.

(7)

Il-kampjun intgħażel fuq il-bażi ta’ volumi ta’ bejgħ u produzzjoni li raġonevolment jistgħu jkunu investigati fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun huma bbażati f’erba’ Stati Membri u jirrappreżentaw 48 % tal-bejgħ totali tal-Unjoni tal-produtturi kollha tal-Unjoni, u għal 64 % tal-produtturi li ppreżentaw ruħhom. L-ebda parti interessata ma opponiet il-kampjun propost.

(b)   It-teħid tal-kampjuni tal-importaturi mhux relatati

(8)

Minħabba l-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati, ġie previst it-teħid ta’ kampjuni fl-avviż ta’ bidu, b’mod konformi mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ it-teħid ta’ kampjuni u, jekk hu hekk, biex jingħażel kampjun, l-importaturi kollha ntalbu jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fl-avviż ta’ tnedija, tagħrif bażiku dwar l-attivitajiet tagħhom marbuta mal-prodott li ġie investigat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011.

(9)

Mit-38 importatur mhux relatat li kkuntattjat il-Kummissjoni, kienu biss ħames kumpaniji li wieġbu għall-mistoqsijiet tal-kampjun sad-data tal-għeluq. Kumpanija waħda nstabet li aktar kienet utent milli importatur. Għalhekk tqies li ebda teħid ta’ kampjuni ma kien neċessarju, u ntbagħtu kwestjonarji lill-erba’ importaturi li ppreżentaw ruħhom. Fl-aħħar, kienu biss żewġ importaturi li wieġbu għall-kwestjonarju u li kkooperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni.

(c)   It-teħid ta’ kampjun tal-produtturi esportaturi

(10)

Minħabba n-numru apparentement kbir ta’ produtturi esportaturi, fl-avviż tal-bidu kien previst it-teħid ta’ kampjuni għad-determinazzjoni tad-dumping, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni hux meħtieġ, u jekk iva, li tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha ntalbu jippreżentaw irwieħhom quddiem il-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fl-avviż ta’ bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom li huma relatati mal-prodott li ġie investigat matul il-perjodu tal-investigazzjoni mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011. L-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati kienu kkonsultati wkoll.

(11)

Fir-rigward tar-Russja, l-ebda produtturi li jesportaw ma kkooperaw fl-investigazzjoni. Rigward il-produtturi esportaturi Torok, tliet kumpaniji ppreżentaw ruħhom, għalhekk il-Kummissjoni ddeċidiet li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ fir-rigward tat-Turkija. It-tliet kumpaniji Torok li kkooperaw jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-esportazzjonijiet Torok lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(d)   It-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-verifiki

(12)

Sabiex twettaq l-analiżi tagħha, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lit-tliet produtturi esportaturi Torok kollha li kkooperaw kif ukoll lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lill-utenti u importaturi li kkooperaw mhux relatati.

(13)

Waslu lura tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand it-tliet produtturi esportaturi Torok kollha li kkoperaw, mingħand il-produtturi tal-Unjoni kollha inklużi fil-kampjun, żewġ importaturi mhux relatati tal-Unjoni u erba’ utenti.

(14)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għall-fini ta’ determinazzjoni provviżorja tad-dumping, tal-ħsara li rriżultat u tal-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin.

 

Produtturi esportaturi fit-Turkija

RSA Tesisat Malzemeleri San ve Ticaret AȘ, Küçükköy, Istanbul, it-Turkija;

SARDOĞAN Endüstri ve Ticaret, Kurtköy Pendik, Istanbul, it-Turkija;

UNIFIT Boru Baglanti Elemanlari Ltd. Sti, Tuzla, Istanbul, it-Turkija.

 

Produtturi tal-Unjoni

ERNE Fittings, Schlinz, l-Awstrija;

Virgilio CENA & Figli S.p.A., Brescia, l-Italja.

3.   Il-perjodu tal-investigazzjoni

(15)

L-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011 (“il-perjodu tal-investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-2008 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu meqjus”).

4.   Miżuri fis-seħħ fir-rigward ta’ pajjiżi terzi oħra

(16)

Il-miżuri anti-dumping huma fis-seħħ fir-rigward ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid jew l-azzar li joriġinaw fil-Malasja, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajlandja, u b’segwiment ta’ prattiki ta’ ċirkumvenzjoni wkoll fir-rigward ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid jew l-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ikkunsinnati mill-Indoneżja, s-Sri Lanka, il-Filippini u t-Tajwan (b’ċerti eċċezzjonijiet) (3). L-pajjiżi msemmija fis-sentenza preċedenti għandhom jissejħu “il-pajjiżi taħt miżuri anti-dumping”.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(17)

Il-prodott ikkonċernat huwa aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet (minbarra tagħmir tal-ħadid fondut, flanġijiet u tagħmir bil-kamin), tal-ħadid jew tal-azzar (ma jinkludix l-istainless steel) bl-akbar dijametru ta’ barra li ma jaqbiżx is-609,6 mm, tat-tip li jiġi użat għall-issaldjar jew finijiet oħra, li bħalissa huwa klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM ex 7307 93 11, ex 7307 93 19 u ex 7307 99 80 (“il-prodott ikkonċernat”).

(18)

Il-proċess tal-produzzjoni juża pajpijiet tal-azzar mingħajr saldaturi jew welding għall-produzzjoni ta’ mniekeb, kmiem ta’ riduzzjoni u forom T, filwaqt li għall-manifattura ta’ tappijiet, normalment jintużaw pjanċi tal-azzar bħala materja prima. L-imniekeb u kmiem ta’ riduzzjoni isiru permezz tal-qtugħ u l-iffurmar, it-tgħawwiġ jew it-tnaqqis. Il-forom T huma magħmula bl-użu ta idropressjoni, u t-tappijiet huma magħmula bl-iffurmar tal-folji jew il-pjanċi. Dawn huma normalment segwiti minn ċanfrinar u bblastjar bl-isparar qabel l-ippakkjar. F’ċerti każi wkoll l-iggalvanizzar huwa applikat għall-prodott. It-tipi kollha ta’ prodotti għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi u l-istess użi bażiċi.

(19)

L-aċċessorji tat-tubi u l-pajpijiet jintużaw fl-industrija petrokimika, il-bini, il-ġenerazzjoni tal-enerġija, il-bini tal-bastimenti u l-istallazzjonijiet industrijali. Huma użati sabiex jikkonnettjaw tubi jew pajpijiet ma’ xulxin fl-applikazzjonijiet kollha msemmija hawn fuq.

2.   Il-prodott simili

(20)

Il-prodott ikkonċernat u ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid jew l-azzar mibjugħa fis-suq domestiku fil-pajjiżi konċernati kif ukoll ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid jew l-azzar mibjugħa fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni nstabu li kellhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi u l-istess użi bażiċi. Għalhekk huma provviżorjament meqjusa l-istess skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   ID-DUMPING

1.   Ir-Russja

(21)

Kif imsemmi fil-premessa ta’ hawn fuq (11), l-ebda produttur esportatur Russu ma kkoopera f’din l-investigazzjoni. Għalhekk, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kalkoli tad-dumping għar-Russja saru abbażi tal-fatti disponibbli, kif spjegat hawn taħt.

1.1.   Il-valur normali

(22)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn kwalunkwe produttur esportatur Russu, il-valur normali għar-Russja kien ikkalkulat abbażi tal-fatti disponibbli.

(23)

Għandu jiġi mfakkar li l-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta’ dumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet Russi tal-prodott ikkonċernat. Il-kalkolu li jwassal għal dik l-evidenza kien ibbażat fuq valur normali kostrutt għar-Russja, fin-nuqqas ta’ informazzjoni aktar dettaljata. Madankollu, għall-fini tal-istabbiliment ta’ valur normali iktar preċiż, il-Kummissjoni provviżorjament iddeċidiet li l-valur normali għar-Russja jissawwar abbażi tal-informazzjoni miksuba matul l-investigazzjoni minn dawk il-produtturi esportaturi Torok li jużaw pajpijiet u tubi ta’ l-azzar mingħajr saldaturi Russi bħala input għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Tabilħaqq l-ispiża tal-materja prima tirrappreżenta l-maġġoranza kbira tat-total tal-ispejjeż tal-manifattura tal-prodott ikkonċernat, għalhekk dan il-metodu ġie meqjus bħala l-aktar raġonevoli biex jiġi stabbilit valur normali għar-Russja fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

(24)

Il-valur normali għar-Russja għalhekk ġie kkalkolat billi ġie ddeterminat il-valur normali medju differenzjat ta’ dawk il-produtturi esportaturi Torok li kkoperaw li jixtru parti tal-materja prima tagħhom mir-Russja.

(25)

Huwa importanti li wieħed jinnota li l-valur normali li jirriżulta kien iddeterminat għat-tip tal-prodott (imniekeb) li jirrappreżenta l-ikbar volum ta’ importazzjonijiet, minflok t-tipi kollha tal-prodott ikkonċernat, sabiex jippermetti paragun rappreżentattiv mal-prezz tal-esportazzjoni (ara fil-premessi li ġejjin).

1.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(26)

Fin-nuqqas ta’ informazzjoni aktar dettaljati tal-prezzijiet, il-prezz tal-esportazzjoni għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fir-Russja kien stabbilit fuq il-bażi ta’ dejta dwar l-importazzjoni tal-Eurostat. Minħabba l-varjetà kbira ta’ taħlit tal-prodott iddikjarat taħt ċerti kodiċi tan-NM, il-prezz tal-esportazzjoni kien determinat billi ġie limitat l-użu tad-dejta tal-Eurostat għat-tip ta’ prodott (imniekeb) li jirrappreżenta l-ikbar volum ta’ importazzjonijiet, li huwa meqjus li jkun rappreżentattiv tal-prodott ikkonċernat kollu. Il-prezz tal-esportazzjoni kien għalhekk ibbażat fuq il-kodiċi tan-NM 7307 93 11.

(27)

Iċ-ċifri tal-importazzjoni tal-Eurostat imsemmija hawn fuq kellhom jiġu aġġustati fid-dawl tal-fatt li ċerti tranżazzjonijiet ta’ importazzjoni mir-Russja lejn il-Bulgarija, l-Estonja u l-Litwanja kien fihom dikjarazzjonijiet ħżiena, x’aktarx minħabba klassifikazzjonijiet żbaljati tal-prodott. Dawn it-tranżazzjonijiet kienu identifikati bl-użu ta’ statistika dwar l-importazzjonijiet disponibbli fid-dejtabejż skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku u kienu tneħħew mill-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni sabiex jiġi evitat l-użu ta’ prezz tal-esportazzjoni distort fil-kalkolu tad-dumping.

1.3.   Il-paragun

(28)

Il-marġini tad-dumping ġie stabbilit billi tqabblu l-prezz tal-esportazzjoni ex-fabbrika fuq il-bażi tad-dejta tal-Eurostat mal-valur normali għar-Russja kif stabbilit hawn fuq.

(29)

Sabiex tistabbilixxi l-prezz ta’ esportazzjoni ex-fabbrika, il-prezz tal-esportazzjoni CIF ibbażat fuq id-dejta tal-Eurostat (u korretta sabiex tneħħi d-distorsjonijiet kif deskritt hawn fuq) kien aġġustat permezz tal-ispiża tat-trasportazzjoni. Għal dan il-għan, l-ispiża tat-trasportazzjoni kif ikkalkulata fl-ilment intużat billi ġiet kkunsidrata bħala stima raġonevoli.

1.4.   Il-marġini tad-dumping

(30)

Il-marġini tad-dumping mal-pajjiż kollu kien espress bħala perċentwali tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas.

(31)

Abbażi ta’dan ta’ hawn fuq, il-marġni proviżorju tad-dumping mal-pajjiż kollu espress bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huwa kif ġej:

Kumpanija

Il-marġini tad-dumping provviżorju

Il-kumpaniji kollha

23,8  %

2.   It-Turkija

2.1.   Il-valur normali

(32)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet għal kull wieħed mit-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw jekk il-bejgħ domestiku totali tagħhom tal-prodott simili kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ dan il-bejgħ irrappreżentax mill-inqas 5 % tal-volum totali tiegħu ta’ bejgħ bl-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. L-investigazzjoni stabbiliet li l-bejgħ domestiku tal-prodott simili kien rappreżentattiv għall-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw.

(33)

Sussegwentement, il-Kummissjoni identifikat dawk it-tipi ta’ prodotti li kienu qed jinbiegħu fis-suq domestiku mill-kumpaniji li kellhom bejgħ domestiku ġeneralment rappreżentattiv u li kienu identiċi għat-tipi mibjugħa għal skopijiet ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni jew simili ħafna għalihom.

(34)

Għal kull tip tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi esportaturi fis-suq domestiku tagħhom u misjub komparabbli mat-tip ta’ prodott inkwistjoni mibjugħ għal skopijiet ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni, ġie eżaminat jekk il-bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-finijiet tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip partikolari ta’ prodott tqies rappreżentattiv biżżejjed fil-każijiet fejn il-volum ta’ dak it-tip ta’ prodott mibjugħ lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku matul il-PI kien jirrappreżenta madwar 5 % tal-volum totali tat-tip ta’ prodott komparabbli mibjugħ għal skopijiet ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni. L-investigazzjoni stabbiliet li fil-każ ta’ kull waħda mit-tliet kumpaniji, għall-maġġoranza tat-tipi tal-prodott kien hemm bejgħ domestiku rappreżentattiv.

(35)

Sussegwentement, il-Kummissjoni eżaminat jekk kull tip ta’ prodott ikkonċernat li kien jinbiegħ fis-suq domestiku fi kwantitajiet rappreżentattivi setax jitqies li kien jinbiegħ fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ kif iddefinita fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi gћal kull tip ta’ prodott ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgћ bi qligħ lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(36)

Fil-każijiet fejn il-volum tal-bejgħ ta’ tip ta’ prodott bi prezz nett tal-bejgħ ugwali għall-ispejjeż ikkalkulati tal-produzzjoni jew ogħla minnhom kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dak it-tip u fejn il-medja ppeżata tal-prezzijiet tal-bejgħ kienet daqs l-ispiża għal kull unità jew akbar minnha, il-valur normali, skont it-tip ta’ prodott, ġie kkalkulat bħala l-medja ppeżata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu tat-tip inkwistjoni.

(37)

Fil-każijiet fejn il-volum tal-bejgħ bi qligħ ta’ tip ta’ prodott kien jirrappreżenta 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dak it-tip ta’ prodott jew inqas jew fejn il-medja ppeżata tal-prezzijiet ta’ dak it-tip kienet iżgħar mill-ispiża għal kull unità, il-valur normali ġie bbażat fuq il-prezz domestiku attwali, li ġie kkalkulat bħala l-medja ppeżata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku bi qligħ biss tat-tip inkwistjoni.

(38)

L-investigazzjoni stabbiliet li bejgħ bi profitt ta’ ċerti tipi ta’ prodotti komparabbli sarrfu f’aktar minn 80 % tal-bejgħ domestiku totali, u għaldaqstant, fil-każ ta’ dan il-bejgħ il-bejgħ domestiku kollu ntuża fil-kalkolu tal-prezz medju għall-valur normali. Għat-tipi l-oħra ta’ prodotti li wkoll ġew meqjusa li jkunu mibjugħa fl-andament ordinarju tal-kummerċ intuża l-bejgħ bi profitt biss.

(39)

Fejn it-tipi tal-prodotti kienu nbiegħu kollha b’telf, kien ikkunsidrat li dawn ma kinux inbiegħu f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ. Għall-bejgħ ta’ tipi ta’ prodotti li ma sarx f’sitwazzjoni normali ta’ kummerċ, kif ukoll għal tipi ta’ prodotti li ma nbiegħux fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il valur normali kellu jinħadem. It-tliet kumpaniji kollha investigati biegħu it-tali tipi ta’ prodotti għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, avolja fi kwantitajiet limitati.

(40)

Biex taħdem il-valur normali skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) li jsiru tal-bejgħ u l-profitt medju mgħobbi realizzat mill-produtturi li jesportaw ikkonċernati li qed jikkooperaw fuq il-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fl-andament ordinarju tal-kummerċ, matul il-perjodu tal-investigazzjoni, żdiedu mal-ispejjeż medji tagħhom tal-manifattura matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Fil-każ ta’ tipi ta’ prodotti mibjugħa fi kwantitajiet mhux rappreżentattivi fis-suq domestiku, il-medja tal-profitt differenzjat u l-SG&A fl-andament ordinarju tal-kummerċ ta’ dan il-bejgħ mhux rappreżentattiv intużaw biex jissawwar il-valur normali.

2.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(41)

Fil-każijiet kollha, il-prodott ikkonċernat kien esportat lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, u għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni attwalment imħallsa jew pagabbli.

(42)

Waħda mit-tliet kumpaniji Torok li kkoperaw kellha bejgħ għall-esportazzjoni limitat ħafna lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. L-kumpannija kkonċernata sostniet li tixtieq tesporta aktar lejn l-Unjoni, iżda ma setgħetx toffri prezzijiet baxxi biżżejjed lill-importaturi, u talbet li dan il-fatt jiġi kkunsidrat fl-analiżi tagħna.

(43)

Madankollu, fir-rigward il-kalkolu tad-dumping għal din il-kumpanija, dan kellu jiġi bbażat fuq il-bejgħ limitat tagħhom. Fil-fatt anke jekk il-bejgħ tal-kumpanija lejn l-Unjoni kien limitat, dan ma jistax jiġi injorat u jista’ jkun l-unika bażi għall-kalkolu ta’ marġni individwali ta’ dumping għal din il-kumpanija. Fi kwalunkwe każ, l-inkapaċità tal-kumpanija li tbiegħ aktar minħabba il-prezzijiet allegatament għolja tagħha ma jistax jitqies bħala fattur li jinfluwenza il-kalkolu tad-dumping rigward din il-kumpanija.

2.3.   Il-paragun

(44)

Il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ex-works. Bil-għan li jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti xierqa fil-każijiet kollha fejn instab li dawn kienu raġonevoli, preċiżi u sostanzjati b’evidenza vverifikata. B’mod partikolari, ingħata aġġustament għal spejjeż tal-ġarr u assikurazzjoni inklużi tat-trasport ta’ merkanzija fil-pajjiż esportatur, skontijiet, sansariji, spejjeż ta’ kreditu u spejjeż bankarji.

2.4.   Il-marġini tad-dumping

(45)

Il-marġini ta’ dumping provviżorju ġew espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas.

(a)   Marġini ta’ dumping għal kumpanniji investigati.

(46)

Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping individwali fil-każ ta’ wieħed mit-tliet produtturi esportaturi li kkooperaw ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-medja differenzjata ta’ valur normali mal-medja differenzjata tal-kumpanija għall-prezz tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni.

(47)

Madankollu, kif jikkonċerna liż-żewġ produtturi Torok l-oħrajn li kkooperaw, il-kalkoli tad-dumping fir-rigward tagħhom urew li l-kumpaniji kkonduċew dumping immirat f’termini ta’ perjodu ta’ żmien partikolari kif ukoll fir-rigward ta’ klijenti u reġjuni partikolari. Tabilħaqq, kien hemm tendenza ċara ta’ prezzijiet għall-esportazzjoni li varjaw b’mod sinifikanti fost xerrejja, reġjuni kif ukoll perjodi ta’ żmien differenti. Barra minn hekk, il-kalkolu tad-dumping ibbażat fuq paragun ta’ valur normali medju differenzjat ma’ medja differenzjata tal-prezzijiet tal-esportazzjoni ma rriflettiex il-grad sħiħ tad-dumping prattikat miż-żewġ produtturi konċernati.

(48)

Għalhekk, sabiex jirrifletti l-ammont sħiħ tad-dumping prattikat miż-żewġ kumpaniji kkonċernati, skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur normali stabbilit fuq il-bażi tal-medja differenzjata, fil-każ tagħhom, tqabbel mal-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet individwali kollha tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(b)   Marġini ta’ dumping għall-pajjiżi li ma jikkoperawx

(49)

Fir-rigward tal-produtturi esportaturi Torok kollha li ma kkooperawx, ġie stabbilit il-marġni tad-dumping residwu. Minħabba li l-livell ta’ kooperazzjoni kien ikkunsidrat bħala relattivament baxx (il-volum tal-esportazzjonijiet tat-tliet kumpaniji Tork li kkooperaw irrappreżenta inqas minn 80 % tal-esportazzjonijiet Torok totali lejn l-Unjoni matul il-PI), il-marġini tad-dumping residwu kien ibbażat fuq metodu raġonevoli li jwasslu għal marġini li huwa ogħla mill-ogħla fost il-marġini individwali tat-tliet kumpaniji li kkooperaw. Dan il-marġini kien stabbilit fuq il-bażi ta’ bejgħ ta’ tipi ta’ prodotti rappreżentattivi magħmula mill-produttur Tork li kkoopera bl-ogħla marġini tad-dumping fost it-tliet kumpaniji li kkooperaw.

(50)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-marġnijiet proviżorji tad-dumping mal-pajjiż kollu espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Il-marġini tad-dumping provviżorju

RSA

9,6  %

Sardogan

2,9  %

Unifit

12,1  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

16,7  %

D.   ID-DANNU

1.   Produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni

(51)

Matul il-PI, il-prodott simili kien immanifatturat minn 22-il produttur fl-Unjoni. Fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku, it-22 produttur eżistenti tal-Unjoni jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni u dawn għalhekk se jkunu minn hawn il-quddiem referuti bħala “l-industrija tal-Unjoni”.

(52)

Kif indikat fil-premessa (7) t’hawn fuq, it-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun jirrappreżentaw madwar 50 % tal-bejgħ totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

2.   Il-konsum tal-Unjoni

(53)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni abbażi tal-informazzjoni li nkisbet mit-tweġibiet tal-kwestjonarju mill-kumpaniji fil-kampjun, minn stimi provduti fl-ilment għall-bqija tal-produtturi tal-Unjoni u d-dejta dwar il-volumi tal-importazzjoni mill-Eurostat.

(54)

Il-konsum fl-Unjoni naqas konsiderevolment b’40 % bejn l-2008 u l-PI. Naqas b’44 % fl-2009, biex baqa’ f’dak il-livell fl-2010, u mbagħad żdied bi ftit (4 punti perċentwali) fil-PI.

Tabella 1

Il-konsum tal-Unjoni

 

2008

2009

2010

PI

Unitajiet (tunnellati)

98 197

55 172

54 878

58 706

Indiċi (2008=100)

100

56

56

60

3.   Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

3.1.   Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet ikkonċernati

(55)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fir-Russja u t-Turkija għandhomx jiġu vvalutati b’mod kumulattiv skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku.

(56)

Għaż-żewġ pajjiżi kkonċernati, l-investigazzjoni wriet li l-marġnijiet tad-dumping kienu ‘l fuq mil-limitu de minimis kif imfisser fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku u l-volum tal-importazzjonijiet dumped minn dawn iż-żewġ pajjiżi ma kienx negliġibbli fis-sens tal-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku.

(57)

Fir-rigwrad tal-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn l-importazzjonijieet mir-Russja u t-Turkija u l-prodott simili, mill-investigazzjoni ħareġ li l-produtturi minn dawn il-pajjiżi jużaw l-istess kuntatti ta’ bejgħ u jbiegħu lill-istess kategoriji ta’ konsuamturi. Barra minn dan, l-investigazzjoni wriet ukoll li l-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi komplew jiżdiedu f’termini ta’ ishma mis-suq fil-perjodu meqjus.

(58)

Żewġ esportaturi Torok li kkooperaw argumentaw li akkumulazzjoni ta’ importazzjonijiet mir-Russja u t-Turkija mhix xierqa f’dan il-każ, minħabba li l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi juru xejriet differenti f’termini ta’ volum u prezzijiet.

(59)

F’dan ir-rigward huwa nnotat li l-investigazzjoni stabbiliet li filwaqt li l-importazzjonijiet mit-Turkija huma relattivament stabbli f’termini ta’ volumi, l-importazzjonijiet mir-Russja qed jiżdiedu. Madankollu, minħabba tnaqqis fid-domanda fil-perjodu meqjus, is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi qed jiżdied. Fl-istess waqt l-ipprezzar tagħhom ma jidhirx li hu sostanzjalment differenti tal-anqas fil-perjodu bejn l-2009 u l-PI (il-prezz medju għoli tal-importazzjonijiet Russi fl-2008 x’aktarx ikun minħabba rappurtar mhux korrett) filwaqt li l-prezzijiet medji Russi huma daqsxejn inqas, iżda qrib sew tal-prezzijiet medji Torok.

(60)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa provviżorjament ikkunsidrat li l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ġew issodisfati u li l-importazzjonijiet mir-Russja u t-Turkija għandhom jiġu eżaminati b’mod kumulattiv.

3.2.   Il-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(61)

Il-volum ta’ importazzjonijiet dumped tal-prodott ikkonċernat mill-pajjiżi kkonċernati lejn is-suq tal-Unjoni żdied fil-perjodu meqjus b’46 %. Aktar speċifikament, l-importazzjonijiet naqsu b’31 % fl-2009, eżatt qabel żieda enormi fl-2010 ta’ 89 punti perċentwali, segwita minn tnaqqis żgħir tul il-PI ta’ xi 12-il punt perċentwali. Il-volum tal-importazzjonijiet dumped fil-PI kien ta’ 2 935 tunnellata.

Tabella 2

Importazzjonijiet dumped mill-pajjiżi kkonċernati

 

2008

2009

2010

PI

Unitajiet (tunnellati)

2 009

1 392

3 174

2 935

Indiċi (2008=100)

100

69

158

146

Is-sehem mis-suq

2  %

3  %

6  %

5  %

Sors: Eurostat.

3.3.   Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(62)

Is-sehem tas-suq korrispondenti tal-importazzjonijiet dumped mill-pajjiżi kkonċernati aktar minn irdoppja matul il-perjodu meqjus, filwaqt li żdied minn 2 % sa 5 %.

3.4.   Il-prezzijiet

(a)   L-evoluzzjoni tal-prezzijiet

(63)

It-tabella ta’ hawn taħt turi l-prezz medju tal-importazzjonijiet dumped mill-pajjiżi kkonċernati, bid-dazju mhux imħallas fil-fruntiera tal-Unjoni, kif irrapportat mill-Eurostat. Matul il-perjodu kkunsidrat il-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati baqa’ ġeneralment stabbli fir-rata ta’ 1 961 EUR it-tunnellata, b’eċċezzjoni fl-2010 meta waqa’ b’madwar 150 EUR.

Tabella 3

Prezzijiet medji tal-importazzjonijiet dumped

 

2008

2009

2010

PI

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ kull tunnellata

1 961

1 936

1 788

1 961

Indiċi (2008=100)

100

99

91

100

Sors: Eurostat

(b)   It-twaqqigħ tal-prezz

(64)

Sar paragun tal-prezzijiet ta’ tip għal tip bejn il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi Torok li kkooperaw u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fl-Unjoni. Minħabba li l-esportaturi Russi ma kkooperawx mal-investigazzjoni, l-kalkolazzjoni tas-sottokwotazzjoni sar bl-użu ta’ prezzijiet medji CIF kif irrappurtati mill-Eurostat u l-medja tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fl-Unjoni. Ġew applikati aġġustamenti fejn meħtieġ fir-rigward taż-żewġ pajjiżi kkonċernati biex tqies il-livell tal-ispejjeż tal-kummerċ u tal-postimportazzjoni, inkluż id-dazju doganali fil-każ tar-Russja.

(65)

It-tqabbil wera li matul il-PI il-prodott dumped ikkonċernat li joriġina fil-pajjiżi kkonċernati u li nbiegħ fl-Unjoni waqqa’ l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’sa madwar 30 %.

4.   Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(66)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-analiżi tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni inkludiet valutazzjoni tal-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi kollha li affettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu meqjus.

(67)

Kif spjegat hawn fuq, il-Kummissjoni irrikorriet għal teħid ta’ kampjuni ta’ produtturi tal-Unjoni. Għall-fini tal-analiżi tal-ħsara, l-indikaturi tal-ħsara ġew stabbiliti fiż-żewġ livelli li ġejjin:

L-elementi makroekonomiċi (il-produzzjoni, il-kapaċità, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-prezzijiet medji tal-unità u d-daqs tal-marġnijiet tad-dumping u l-irkupru mill-effetti ta’ dumping fl-imgħoddi) ġew eżaminati fil-livell tal-produzzjoni tal-Unjoni kollha kemm hi, u dan abbażi tat-tagħrif miġbur mill-produtturi li kkooperaw u għall-produtturi l-oħra tal-Unjoni ntużat stima bbażata fuq id-dejta inkluża fl-ilment.

L-analiżi tal-elementi mikroekonomiċi (stokkijiet, pagi, profittabbiltà, dħul mill-investimenti, fluss tal-likwidità, possibbiltà li jiżdied il-kapital u l-investimenti) saret għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun abbażi tat-tagħrif tagħhom.

4.1.   Elementi makroekonomiċi

(a)   Il-produzzjoni

(68)

Il-produzzjoni tal-Unjoni naqset b’44 % bejn l-2008 u l-PI. B’mod aktar speċifiku, naqset b’47 % fl-2009 u b’2 punti perċentwali oħra fl-2010 qabel ma żdiedet ftit b’5 punti perċentwali fil-PI, meta laħqet it-53 653 tunnellata.

Tabella 4

Produzzjoni

 

2008

2009

2010

PI

Unitajiet (tunnellati)

95 079

49 917

48 017

53 653

Indiċi (2008=100)

100

53

51

56

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju u l-ilment

(b)   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(69)

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni baqgħet stabbli matul il-perjodu meqjus fir-rata ta’ 179 912 tunnellata.

Tabella 5

Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni

 

2008

2009

2010

PI

Unitajiet (tunnellati)

179 912

179 912

179 912

179 912

Indiċi (2008=100)

100

100

100

100

Rata tal-użu

53  %

28  %

27  %

30  %

Indiċi (2008=100)

100

53

51

56

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju u l-ilment

(70)

L-utilizzazzjoni tal-kapaċità kienet ta’ 53 % fl-2008, naqset għal 28 % fl-2009 u għal 27 % fl-2010 u żdiedet ftit tul il-PI għal 30 %. L-iżvilupp tar-rata tal-utilizzazzjoni jirrifletti biċ-ċar ix-xejra tal-produzzjoni hekk kif il-kapaċità baqgħet stabbli.

(c)   Il-volum tal-bejgħ

(71)

Il-volum ta’ bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-Unjoni naqas b’38 % tul il-perjodu meqjus. L-bejgħ naqas b’45 % fl-2009, baqa’ f’dak il-livell fl-2010 u żdied modestament tul il-PI b’7 punti perċentwali. Matul il-PI, il-bejgħ tal-Unjoni kien ta’ fi 42 379 tunnellata.

Tabella 6

Bejgħ tal-Unjoni

 

2008

2009

2010

PI

Unitajiet (tunnellati)

68 870

37 649

37 890

42 379

Indiċi (2008=100)

100

55

55

62

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju u l-ilment

(d)   Is-sehem mis-suq

(72)

Is-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni kien relattivament stabbli fil-perjodu meqjus u saħansitra żdied tul il-PI għal 72 %. Iż-żieda fis-sehem mis-suq tirrifletti l-fatt li l-volumi tal-bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni niżlu kemxejn inqas mill-konsum tul il-perjodu.

Tabella 7

Sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni

 

2008

2009

2010

PI

Is-sehem mis-suq

70  %

68  %

69  %

72  %

Indiċi (2008=100)

100

97

98

103

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju, l-ilment u l-Eurostat

(e)   It-tkabbir

(73)

Minħabba li l-konsum naqas b’40 % bejn l-2008 u l-PI, huwa konkluż li l-produtturi tal-Unjoni ma setgħux jibbenefikaw minn xi tkabbir tas-suq.

(f)   L-impjiegi

(74)

Il-livell tal-impjiegi tal-produtturi tal-Unjoni juri tnaqqis ta’ 18 % bejn l-2008 u l-PI. B’mod aktar speċifiku, l-għadd ta’ nies impjegati naqas b’mod sinifikanti minn 982 fl-2008 għal 824 fl-2009 jew tnaqqis ta’ 16 % u baqa’ viċin dak il-livell fl-2010 qabel ma kompla jonqos għal 801 tul il-PI.

Tabella 8

Impjiegi

 

2008

2009

2010

PI

Unitajiet (persuni)

982

824

833

801

Indiċi (2008=100)

100

84

85

82

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju u l-ilment

(g)   Il-produttività

(75)

Il-produttività tal-impjegati fl-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala l-produzzjoni (f’tunnellati) għal kull persuna impjegata, għal kull sena, naqset b’31 % fil-perjodu meqjus. Dan jirrifletti l-fatt li l-produzzjoni naqset b’pass iktar mgħaġġel mil-livell tal-impjiegi.

Tabella 9

Il-produttività

 

2008

2009

2010

PI

Unitajiet (tunnellati għal kull impjegat)

194

121

115

134

Indiċi (2008=100)

100

63

60

69

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju u l-ilment

(h)   Il-prezzijiet tal-bejgħ

(76)

Il-medja annwali tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati naqset fil-perjodu meqjus b’aktar minn 10 %. Fid-dettall, il-prezzijiet medji fil-bidu żdiedu tul l-2009 b’xi 12 %, biex imbagħad waqgħu f’salt fl-2010 bi 23 punt perċentwali u baqgħu f’dan il-livell tul il-PI. Tul il-PI, il-prezz medju tal-produtturi tal-Unjoni kien ta’ 3 096 EUR it-tunnellata.

Tabella 10

Il-prezzijiet medji tal-produtturi tal-Unjoni

 

2008

2009

2010

PI

Unitajiet (EUR/tunnellata)

3 489

3 911

3 116

3 096

Indiċi (2008=100)

100

112

89

89

Sors: tweġibiet tal-kwestjonarju u l-ilment

(77)

Kif indikat hawn fuq, il-prezzijiet ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni twaqqgħu kawża tal-importazzjonijiet dumped mir-Russja u t-Turkija.

(i)   Id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru mid-dumping tal-passat

(78)

Minħabba l-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-Russja u t-Turkija, l-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni tal-marġini reali tad-dumping ma jistax jitqies li hu negliġibbli. Huwa importanti li jitfakkar li kif indikat fil-premessa (16) ta’ hawn fuq, il-miżuri anti-dumping huma fis-seħħ kontra tmien pajjiżi. Minħabba li fil-perjodu meqjus minn din l-investigazzjoni l-indutsrija tal-unjoni tilfet il-bejgħ u ġarrbet telfiet, ma jista’ jkun stabbilit ebda rkupru effettiv mid-dumping tal-passat u hu meqjus li l-produzzjoni tal-Unjoni għadha vulnerabbli għall-effett ta’ dannu ta’ kull importazzjoni dumped fis-suq tal-Unjoni.

4.2.   Elementi mikroekonomiċi

(a)   L-istokks

(79)

Il-livell ta’ stokks tal-għeluq tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun naqas bejn l-2008 u l-PI bi 18 %. Fid-dettall, l-istokks żdiedu moderatament fl-2009 b’2 % u mbagħad naqsu bi 13-il punt perċentwali fl-2010 u b’7 punti perċentwali oħra tul il-PI. Tul il-PI, l-istokk tal-għeluq tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kien ta’ 5 338 tunnellata.

Tabella 11

Stokk tal-għeluq

Kampjun

2008

2009

2010

PI

Unitajiet (tunnellati)

6 526

6 661

5 822

5 338

Indiċi (2008=100)

100

102

89

82

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju

(b)   Il-pagi

(80)

L-ispiża annwali tax-xogħol naqset b’10 % bejn l-2008 u l-PI. B’mod aktar speċifiku, l-ispiża tax-xogħol naqset b’mod sinifikanti fl-2009 bi kważi 20 % (korrespondenti għat-tnaqqis fl-impjiegi) u mbagħad, fl-2010, żdiedet b’4 punti perċentwali (fl-2010) u b’5 punti perċentwali oħra fil-PI.

Tabella 12

Spiża tax-xogħol annwali

Kampjun

2008

2009

2010

PI

Unitajiet (EUR)

26 412 013

21 500 757

22 490 982

23 860 803

Indiċi (2008=100)

100

81

85

90

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju

(c)   Il-profittabbiltà u r-redditu mill-investimenti

(81)

Matul il-perjodu meqjus, il-profittabbiltà tal-bejgħ tal-produtturi inklużi fil-kampjun tal-prodott simili fis-suq tal-UE lil konsumaturi mhux relatati, espressa bħala perċentwali ta’ bejgħ nett, naqset minn profitti b’saħħithom għal telf sinifikanti. Aktar speċifikament, il-qligħ naqas minn 9,6 % fl-2008 għal -1,2 % fl-2009 u ddeterjora aktar fl-2010 billi niżel għal -7,8 %. Is-sitwazzjoni tjiebet kemxejn fil-PI meta t-telf kien ta’ -7,0 %.

Tabella 13

Il-profittabbiltà u redditu fuq l-investimenti

Kampjun

2008

2009

2010

PI

Il-profittabilità tal-bejgħ tal-Unjoni

9,6  %

–1,2  %

–7,8  %

–7,0  %

Indiċi (2008=100)

100

–12

–81

–73

ROI

23,9  %

–1,7  %

–9,4  %

–10,6  %

Indiċi (2008=100)

100

–7

–39

–44

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju

(82)

Ir-redditu fuq l-investimenti espress bħala l-profitt f’perċentwali tal-valur nett deprezzat tal-investimenti, segwa fil-biċċa l-kbira x-xejra tal-profittabbiltà.

(d)   Il-likwidità u l-kapaċità ta’ ġbir ta’ kapital

(83)

Il-likwidità netta minn attivitajiet operattivi kienet pożittiva, fil-livell ta’ EUR 9,3 miljun fl-2008. Din tjiebet modestament fl-2009 għal 9,8 miljun EUR, iżda ddeterjorat fl-2010 u naqset għal 1,5 miljun EUR biss qabel laħqet l-ammont negattiv ta’ -4,6 miljun EUR fil-PI.

(84)

Ma kienx hemm indikazzjonijiet li l-industrija tal-Unjoni sabet diffikultajiet biex tkabbar il-kapital, l-aktar minħabba li wħud mill-produtturi huma inkorporati fi gruppi akbar.

Tabella 14

Il-likwidità

Kampjun

2008

2009

2010

PI

Unitajiet (EUR)

9 279 264

9 851 842

1 470 524

–4 662 347

Indiċi (2008=100)

100

106

16

–50

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju

(e)   L-investimenti

(85)

L-investimenti annwali tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun fil-produzzjoni tal-prodott simili naqsu b’mod kostanti matul il-perjodu meqjus. L-akbar waqgħa seħħet fl-2009 bi tnaqqis ta’ 32 % segwit b’aktar tnaqqis ta’ 25 punt perċentwali fl-2010 u 8 punti perċentwali oħra tul il-PI. Kollox ma’ kollox, l-investiment annwali naqas minn 8,3 miljun EUR fl-2008 għal 2,9 miljun EUR tul il-PI.

Tabella 15

Investimenti netti

Kampjun

2008

2009

2010

PI

Unitajiet (EUR)

8 309 731

5 658 145

3 579 323

2 946 383

Indiċi (2008=100)

100

68

43

35

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju

5.   Il-konklużjoni dwar id-dannu

(86)

L-analiżi tad-dejta makroekonomika turi li matul il-perjodu meqjus il-produtturi tal-Unjoni naqqsu b’mod sinifikanti l-produzzjoni u l-bejgħ tagħhom. Dan ħabat ma tnaqqis fid-domanda fis-suq tal-Unjoni, li għalhekk irrifletta f’żieda ħafifa mis-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni. L-utilizzazzjoni tal-kapaċità naqset minn perċentwal ġà baxx ta’ 53 % fl-2008 għal rata baxxa sa 30 % fil-PI. L-impjiegi żdiedu wkoll bi 18 %.

(87)

Fl-istess waqt l-indikaturi mikroekonomiċi rilevanti juru deterjorament ċar tas-sitwazzjoni ekonomika tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. L-iżviluppi tal-prezzijiet, il-profittabilità u r-redditu mill-investiment jagħtu stampa negattiva ħafna, mil-livelli b’saħħithom fl-2008 għal telf sostanzjali tul il-PI. Il-likwidità ddeterjorat b’mod sinifikanti wkoll.

(88)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, huwa provviżorjament konkluż li l-industrija tal-Unjoni sofriet ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

E.   IL-KAWŻALITÀ

1.   Introduzzjoni

(89)

Skont l-Artikolu 3(6) u l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping ikkawżawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni sa livell li jippermettilha tiġi kklassifikata bħala materjali. Barra minn hekk, il-fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li setgħu fl-istess waqt ikkawżaw il-ħsara lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati biex jiġi żgurat li kwalunkwe ħsara kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħrajn ma tiġix attribwita lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

2.   L-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(90)

Bejn l-2008 u l-PI, il-volum tal-importazzjonijiet dumped tal-prodott ikkonċernat żdiedu b’46 % f’suq li ċkien b’40 %, li rriżulta f’żieda fis-sehem tas-suq tagħhom minn 2 % sa 5 %.

(91)

Iż-żieda fl-importazzjonijiet dumped tal-prodott ikkonċernat mill-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu kkunsidrat ħabtet ma’ xejra ta’ tnaqqis fir-rigward tal-indikaturi kollha tad-dannu tal-industrija tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tas-sehem mis-suq. L-industrija tal-Unjoni tilfet 38 % tal-bejgħ tal-Unjoni tagħha u l-prezzijiet tal-bejgħ naqsu bi 11 % minħabba l-pressjoni tal-prezz eżerċitata minn importazzjonijiet irħas dumped fis-suq tal-Unjoni.

(92)

It-twaqqigħ sinifikanti fil-prezz ma ppermettiex lill-industrija tal-Unjoni tmexxi ż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni, u dan il-fatt irriżulta f’livelli ta’ profittabbiltà dejjem tonqos u negattiva matul il-PI.

(93)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq huwa konkluż provviżorjament li l-importazzjonijiet irħas dumped mir-Russja u t-Turkija qed jikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni.

3.   L-effett ta’ fatturi oħra

3.1.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

(94)

Matul il-perjodu meqjus, kien hemm importazzjonijiet sinifikanti minn pajjiżi terzi oħra, inklużi minn pajjiżi sottomessi għal miżuri tal-anti-dumping. Is-sehem totali mis-suq ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi oħra minbarra r-Russja u t-Turkija naqas bejn l-2008 u l-PI minn 28 % sa 23 %.

(95)

It-tabella li ġejja turi l-iżvilupp tal-volumi, il-prezzijiet u l-ishma tal-produzzjoni fis-suq tal-pajjiżi sottomessi għal miżuri tal-anti-dumping u pajjiżi terzi oħra, abbażi tad-dejta tal-Eurostat.

Tabella 16

L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

Pajjiż

 

2008

2009

2010

PI

Il-pajjiżi sottomessi għal miżuri tal-anti- dumping

Volumi (tunnellati)

20 614

13 286

9 721

9 784

 

Sehem mis-suq (%)

21  %

24  %

18  %

17  %

 

Prezz medju (EUR)

1 639

1 749

1 468

1 563

Pajjiżi terzi oħra

Volumi (tunnellati)

6 705

2 844

4 093

3 608

 

Sehem mis-suq (%)

7  %

5  %

7  %

6  %

 

Prezz medju (EUR)

2 279

2 962

2 319

2 925

Total tal- pajjiżi terzi kollha ħlief ir-Russja u t-Turkija

Volumi (tunnellati)

27 319

16 131

13 814

13 392

 

Sehem mis-suq (%)

28  %

29  %

25  %

23  %

 

Prezz medju (EUR)

1 796

1 963

1 720

1 930

(96)

Kif tindika t-tabella ta’ hawn fuq, l-importazjonijiet mit-tmien pajjiżi sottomessi għall-miżuri tal-anti-dumping komplew jippenetraw is-suq tal-Unjoni minkejja li s-sehem tagħhom mis-suq naqas minn 21 % fl-2008 għal 17 % tul il-PI. Il-prezzijiet medji ta’ dawk l-importazzjonijiet huma ġeneralment irħas minn dawk tal-importazzjonijiet dumped mill-pajjiżi kkonċernati. Naturalment, it-tabella t’hawn fuq li hija bbażata fuq id-dejta tal-Eurostat turi l-prezzijiet CIF medji qabel l-applikazzjoni tad-dazji. Iżda xorta, anke meta d-dazju tal-anti-dumping jkun ikkunsidrat, il-prezzijiet ta’ dawk l-importazzjonijiet baqgħu baxxi u komparabbli mal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Russi u Torok u huma ferm taħt il-prezzijiet medji tal-produtturi tal-Unjoni.

(97)

Madankollu, huwa rikonoxxut li l-prodott li qed jiġi investigat għandu numru sinifikanti ta’ tipi differenti u il-paragun tal-medja totali tal-prezzijiet tista’ ma tkunx indikatur sinifikanti. Fl-istess waqt, huwa kkunsidrat li l-miżuri tal-anti-dumping fis-seħħ bħalissa jeliminaw l-effett dannuż ta’ dawk l-importazzjonijiet.

(98)

Konsegwentement, u fid-dawl li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi sottomessi għall-miżuri qed jonqos, huwa provviżorjament konkluż li kwalunkwe effett negattiv ta’ dawn l-importazzjonijiet bi prezz baxx mhux tali li jikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(99)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi waqa’ xi ftit tul il-perjodu meqjus minn 7 % fl-2008 għal 6 % fil-PI. Il-prezzijiet medji ta’ dawk l-importazzjonijiet huma ġeneralment ogħla mill-importazzjonijiet dumped mill-pajjiżi kkonċernati iżda sa ċertu punt aktar baxxi mill-prezzijiet medji tal-produtturi tal-Unjoni.

(100)

Anke jekk il-paragun tal-medja totali tal-prezzijiet ma jistax jitqies indikatur sinifikanti minħabba l-varjetà ta’ tipi tal-prodott, minħabba t-tendenza ta’ tnaqqis f’dawk l-importazzjonijiet, huwa provviżorjament konkluż li kwalunkwe effett negattiv tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra wkoll mhux tali li jikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

3.2.   L-impatt ta’ kontrazzjoni tas-suq u l-kriżi ekonomika

(101)

Il-kriżi finanzjarja u ekonomika tal-2008/2009 hija probabbilment r-raġuni wara t-tnaqqis fil-konsum tat-tagħmir għall-pajpijiet. Il-konsum niżel b’aktar minn 40 % bejn l-2008 u l-2009 u baqa’ f’dan il-livell baxx matul il-bqija tal-perjodu meqjus (għalkemm b’ħarira żieda fil-PI). Minħabba li l-ispejjeż fissi jammontaw sa 40 % tal-ispejjeż tal-manifattura tal-produtturi tal-Unjoni, it-tnaqqis fid-domanda, il-bejgħ u l-produzzjoni rriżulta fi spejjeż tal-manifattura ogħla b’mod sinifikanti. Dan ovvjament ħalla impatt importanti fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni.

(102)

Filwaqt li jiġi rikonoxxut li tnaqqis fil-produzzjoni seta’ kellu impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, speċjalment fl-2009 (meta attwalment seħħ it-tnaqqis), jista’ jkun raġjonevolment mistenni li l-industrija tal-Unjoni tkun normalment f’pożizzjoni li tgħolli l-prezzijiet tagħha għall-inqas f’terminu minn medju sa twil u tgħaddi ż-żieda fl-ispiża għas-snin ta’ wara. Madankollu, kif inhu evidenti mill-waqgħa fil-prezzijiet tal-Unjoni, dan ma kienx il-każ, u huwa meqjus li dan ma kienx possibbli minħabba li l-importazzjonijiet dumped kellhom effett ta’ twaqqigħ tal-prezz sever.

(103)

Fid-dawl taċ-ċirkostanzi deskritti hawn fuq, huwa provviżorjament konkluż li kwalunkwe effett negattiv tal-kontrazzjoni fid-domanda mhuwiex tali li jikser ir-rabta kawżali bejn id-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet dumped mir-Russja u t-Turkija.

4.   Il-konklużjoni dwar il-kawżalità

(104)

Bħala konklużjoni, l-importazzjonijiet dumped mir-Russja u t-Turkija kkawżaw id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(105)

Minbarra dan, ġew analizzati wkoll fatturi oħrajn li setgħu kkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, instab li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, inkluż minn pajjiżi sottomessi għal miżuri tal-anti-dumping u l-impatt tal-kontrazzjoni fid-domanda, għalkemm setgħu possibbilment kienu kaġun tad-dannu, ma jiksrux il-konnessjoni kawżali.

(106)

Abbażi tal-analiżi ta’ hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat b’mod tajjeb l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effett dannuż tal-importazzjonijiet dumped, huwa konkluż b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet dumped mill-pajjiżi kkonċernati kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

F.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(107)

B’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni provviżorja dwar id-dumping ta’ dannu, kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex jiġi konkluż li mhux fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri f’dan il-każ partikolari. L-analiżi tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tad-diversi interessi involuti kollha, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, l-importaturi u l-utenti tal-prodott ikkonċernat.

1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(108)

Huwa mistenni li jekk jiġu imposti l-miżuri, id-dipressjoni tal-prezzijiet u t-telf jittaffew u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni jibdew jirkupraw u jaslu biex itejbu b’mod sinifikanti l-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

(109)

Min-naħa l-oħra, jekk ma jiġux imposti miżuri kontra d-dumping, aktarx li d-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jkompli. F’xenarju bħal dan, l-industrija tal-Unjoni possibilment titlef aktar sehem mis-suq, billi mhijiex kapaċi ssegwi l-prezzijiet tas-suq stabbiliti mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati. L-effetti probabbli jkun jinvolvu tnaqqis mhux neċessarju fl-ispejjeż u l-għeluq tal-faċilitajiet tal-produzzjoni fl-Unjoni, li jirriżulta f’telf sostanzjali ta’ impjiegi.

(110)

Meta wieħed iqis il-fatturi msemmija hawn fuq, huwa provviżorjament konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

2.   L-interess tal-importaturi mhux relatati fl-Unjoni

(111)

Kif indikat hawn fuq, kienu biss żewġ importaturi mhux relatati li kkooperaw bis-sħiħ f’din l-investigazzjoni billi ppreżentaw kwestjonarju mwieġeb. Parti żgħira biss tal-fatturat ta’ dawn iż-żewġ importaturi kienet relatata mal-bejgħ mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat. Konsegwentement, l-impatt tal-miżuri aktarx li jkun minimu.

3.   L-interess tal-utenti

(112)

Erba utenti kkooperaw f’dan il-proċediment billi ssottomettew risposta għall-kwestjonarju. L-ebda wieħed minnhom ma jimporta l-prodott inkwistjoni mill-pajjiżi kkonċernati u lkoll indikaw li l-impatt tal-miżuri, jekk ikun hemm, ma jkunx sinifikanti.

(113)

Minħabba li ebda utent li jimporta mill-pajjiżi kkonċernati ma ppreżenta ruħu, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni li tindika l-kuntrarju, jista’ jiġi proviżorjament konkluż li l-impatt tal-miżuri fuq il-profittabilità tal-industrija tal-utent u s-sitwazzjoni ekonomika se jkun pjuttost limitat.

4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(114)

Jista’ jiġi konkluż li l-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat mir-Russja u t-Turkija mistennija li tipprovdi opportunità għall-industrija tal-Unjoni sabiex ittejjeb is-sitwazzjoni tagħha permezz ta’ żieda fil-volumi tal-bejgħ, fil-prezzijiet tal-bejgħ u fil-profitti. Filwaqt li jistgħu jfiġġu xi effetti negattivi fl-għamla ta’ żidiet fl-ispejjeż għal ċerti importaturi, dawn probabbilment ikunu limitati.

(115)

Żewġ esportaturi Torok li kkooperaw argumentaw li l-impożizzjoni ta’ miżuri kontra pajjiż esportatur żgħir bħat-Turkija prattikament iħalli s-suq kollu tal-Unjoni f’idejn ftit produtturi li jwasslu għal impatt negattiv fuq l-ambjent kompetittiv.

(116)

Huwa nnotat f’dan ir-rigward li bħala regola d-dazju tal-anti-dumping mhuwiex maħsub li kien projbittiv u ma jaqtax il-flussi kummerċjali mill-pajjiżi investigati. Il-miżuri huma maħsuba li jillivellaw il-bażi kompetittiva bejn l-atturi differenti fis-suq. Fl-istess ħin huwa nnotat li fis-suq tal-Unjoni hemm aktar minn 20 manifattur Ewropej u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra huma sinifikanti. Konsegwentement, kwalunkwe riżervi rigward l-ambjent kompetittiv fis-suq tal-Unjoni ma jidhirx li huwa ġustifikat.

(117)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa provviżorjament konkluż li ma jeżistux raġunijiet qawwijin kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fir-Russja u t-Turkija.

G.   MIŻURI PROVVIŻORJI ANTI-DUMPING

(118)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaћqu dwar id-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, gћandhom jiġu imposti miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mir-Russja u t-Turkija sabiex tiġi evitata aktar ћsara lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

1.   Livell ta’ tneħħija tad-dannu

(119)

Il-miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati għandhom jiġu imposti f’livell suffiċjenti sabiex jeliminaw id-dumping, mingħajr ma jinqabeż il-livell ta’ dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Meta jiġi kkalkolat l-ammont ta’ dazju meħtieġ sabiex jitneħħew l-effetti tad-dumping dannuż, huwa kkunsidrat li kwalunkwe miżura għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni li tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb globalment profitt qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(120)

Minħabba li t-tqaċċit stabbilit tal-marġini huwa fil-każijiet kollha ogħla mill-marġini rispettivi ta’ dumping u li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet telf fil-PI, kwalunkwe livell ikkalkulat tal-eliminazzjoni tad-dannu dejjem ikun per se saħansitra ogħla. Konsegwentement, tqies li kalkolu dettaljat tal-livelli tad-dannu mhux meħtieġ.

2.   Il-miżuri provviżorji

(121)

Fid-dawl ta’ dak li ssemma aktar ‘il fuq u skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, jitqies li gћandu jiġi impost dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-Russja u t-Turkija fil-livell tal-marġini ta’ dumping jew tal-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu misjub, skont liema wieħed minn dawn tal-aħħar ikun l-aktar baxx, jiġifieri skont ir-regola tal-inqas dazju, u dan fil-każijiet kollha jikkorrispondi għall-marġni ta’ dumping.

(122)

Fil-każ tar-Russja, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn produtturi esportaturi Russi, ġie kkalkulat marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu kif spjegat fil-premessi minn (21) sa (31) ta’ hawn fuq.

(123)

Fil-każ tat-Turkija, minħabba li l-livell tal-kooperazzjoni kien ikkunsidrat li hu relattivament baxx, il-marġni tad-dumping residwu kien ibbażat fuq metodu raġonevoli li jwassal għal marġini li huwa ogħla mill-ogħla fost il-marġini individwali tat-tliet kumpaniji li kkooperaw kif spjegat fil-premessa (49) hawn fuq.

(124)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-rati tad-dazju proposti huma:

Pajjiż

Kumpanija

Id-dazju proviżorju tal-anti-dumping

Ir-Russja

Il-kumpaniji kollha

23,8  %

It-Turkija

RSA

9,6  %

 

Sardogan

2,9  %

 

Unifit

12,1  %

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

16,7  %

(125)

Ir-rati tad-dazju tal-anti-dumping ta’ kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet tal-investigazzoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (f’kuntrast mad-dazju applikabbli għall-pajjiż kollu għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) b’hekk huma applikabbli biss għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-pajjiżi ikkonċernati u prodotti mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati manifatturati minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenifikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(126)

Kwalunkwe dikjarazzjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju anti-dumping gћal kumpaniji individwali (eż. wara bdil fl-isem tal-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgћ) gћandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (4) bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe tibdil fl-attivitajiet tal-kumpanija marbut mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u dak milll-esportazzjonijiet li jkun assoċjat, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgћ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament se jiġi emendat skont il-każ billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jgawdu mir-rati tad-dazju individwali.

(127)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju antidumping, il-livell tad-dazju għall-kumpaniji l-oħrajn kollha mhux biss għandu japplika għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI.

H.   ID-DISPOŻIZZJONI FINALI

(128)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għandu jiġi ffissat perjodu li fih il-partijiet interessati li identifikaw ruħhom fil-limitu ta’ żmien speċifikat fl-avviż tal-inizjazzjoni jistgħu jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu smigħ. Barra minn hekk, għandu jiġi ddikjarat li s-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji magħmula għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jista’ jkun li jkollhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-fini ta’ kwalunkwe miżura definittiva,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju proviżorju tal-anti-dumping huwa b’dan impost fuq importazzjonijiet ta’ aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet (għajr fittings fonduti, flanġijiet u fittings bil-kamin), tal-ħadid jew tal-azzar (ma jinkludix l-istainless steel), b’dijametru estern massimu ta’ 609,6 mm, tat-tip li jiġi użat għall-issaldjar (butt-welding) jew xi użi oħra, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7307 93 11, ex 7307 93 19 and ex 7307 99 80 (kodiċi TARIC 7307931191, 7307931193, 7307931194, 7307931195, 7307931199, 7307931991, 7307931993, 7307931994, 7307931995, 7307931999, 7307998092, 7307998093, 7307998094, 7307998095 and 7307998098) u li joriġinaw fir-Russja u t-Turkija.

2.   Ir-rata tad-dazju provviżorju antidumping applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Id-dazju proviżorju tal-anti-dumping

Kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-Russja

Il-kumpaniji kollha

23,8  %

It-Turkija

RSA Tesisat Malzemeleri San ve Ticaret AȘ, Küçükköy, Istanbul

9,6  %

B295

 

SARDOĞAN Endüstri ve Ticaret, Kurtköy Pendik, Istanbul

2,9  %

B296

 

UNIFIT Boru Baglanti Elemanlari Ltd. Sti, Tuzla, Istanbul

12,1  %

B297

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

16,7  %

B999

3.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-provvista ta’ titolu ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

4.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazju doganali.

Artikolu 2

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw sabiex jinstemgħu verbalment mill-Kummissjoni sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw fuq l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU C 320, 1.11.2011, p. 4.

(3)  ĠU L 275, 16.10.2008, p. 18 u ĠU L 233, 4.9.2009, p. 1.

(4)  

European Commission

Directorate-General for Trade

Direction H

Office Nerv 105

B-1049 Brussels.


Top