Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0585

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 585/2012 tas- 26 ta’ Ġunju 2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Russja u l-Ukraina, wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, u li jtemm il-proċediment ta’ reviżjoni ta’ skadenza dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mill-Kroazja

ĠU L 174, 4.7.2012, p. 5–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/10/2018: This act has been changed. Current consolidated version: 29/12/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/585/oj

4.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 174/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 585/2012

tas-26 ta’ Ġunju 2012

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Russja u l-Ukraina, wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, u li jtemm il-proċediment ta’ reviżjoni ta’ skadenza dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mill-Kroazja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2), 9(4) u 11(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri eżistenti

(1)

Bir-Regolament (KE) Nru 2320/97 (2) il-Kunsill impona dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew tal-azzar mhux liga, li joriġinaw mir-Russja fost oħrajn. Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/70/KE (3), ġie aċċettat impenn minn esportatur fir-Russja. Permezz tar-Regolament (KE) Nru 348/2000 (4) il-Kunsill impona dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mill-Kroazja u l-Ukraina. Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1322/2004 (5), ġie deċiż li l-miżuri fis-seħħ ma jibqgħux jiġu applikati fuq l-importazzjonijiet mir-Russja fost oħrajn, bħala prudenza fir-rigward tal-imġiba antikompetittiva ta’ ċerti produtturi tal-Unjoni fl-imgħoddi (ara l-premessa 9 ta’ dak ir-Regolament).

(2)

Wara investigazzjoni ta’ reviżjoni li twettqet skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 258/2005 (6), emenda l-miżuri definittivi imposti bir-Regolament (KE) Nru 348/2000, irrevoka l-possibbiltà ta’ eżenzjoni mid-dazji previsti fl-Artikolu 2 ta’ dar ir-Regolament, u impona dazju anti-dumping ta’ 38,8 % fuq l-importazzjonijiet mill-Kroazja u dazju anti-dumping ta’ 64,1 % fuq l-importazzjonijiet mill-Ukraina bl-eċċezzjoni tal-importazzjonijiet minn Dnepropetrovsk Tube Works (“DTW”) li kienu soġġetti għal dazju anti-dumping ta’ 51,9 %.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni 2005/133/KE (7), il-Kummissjoni ssospendiet parzjalment il-miżuri definittivi fir-rigward tal-Kroazja u l-Ukraina għal perjodu ta’ disa’ xhur, b’effett mit-18 ta’ Frar 2005. L-estensjoni parzjali ġiet estiża għal perjodu ulterjuri ta’ sena permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1866/2005 (8).

(4)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 954/2006 (9), il-Kunsill impona dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi li joriġinaw mill-Kroazja, ir-Russja u l-Ukraina fost oħrajn, irrevoka r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97 u (KE) Nru 348/2000, temm ir-reviżjoni interim u r-reviżjoni ta’ skadenza tad-dazji ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew tal-azzar mhux liga li joriġinaw mir-Russja fost oħrajn u temm ir-reviżjonijiet interim tad-dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew tal-azzar mhux liga li joriġinaw mill-Kroazja, ir-Russja u l-Ukraina fost oħrajn (l-“investigazzjoni l-aktar reċenti”).

(5)

Għalhekk, il-miżuri fis-seħħ huma dawk stabbiliti permezz tar-Regolament (KE) Nru 954/2006, jiġifieri 29,8 % għall-importazzjonijiet mill-Kroazja, 35,8 % għall-importazzjonijiet mir-Russja, bl-eċċezzjoni ta’ Joint Stock Company Chelyabinsk Tube Rolling Plant u Joint Stock Company Pervouralsky Novotrubny Works (24,1 %), OAO Volzhsky Pipe Plant, OAO Taganrog Metallurgical Works, OAO Sinarsky Pipe Plant u OAO Seversky Tube Works (27,2 %), u 25,7 % għall-importazzjonijiet mill-Ukraina, bl-eċċezzjoni ta’ OJSC Dnepropetrovsk Tube Works (12,3 %), CJSJ Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube u OJSC Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant (25,1 %).

(6)

Fir-rigward ta’ CJSC Nikopolosky Seamless Tubes Plant Niko Tube u OJSC Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant (NTRP) huwa mfakkar li l-ismijiet tal-kumpaniji tagħhom inbiddlu fi Frar 2007 għal CJSC Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube u OJSC Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant, rispettivament (10). Sussegwentement, CJSC Interpipe Nikopolsky Seamless Tubes Plant Niko Tube twaqqfet bħala entità ġuridika u d-drittijiet tal-proprjetà u dawk mhux tal-proprjetà u l-obbligazzjonijiet tagħha ttieħdu minn LLC Interpipe Niko Tube li ġiet stabbilita f’Diċembru 2007.

(7)

Skont l-Artikolu 266 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-rata tad-dazju anti-dumping għall-grupp Interpipe ġiet ikkalkolata mill-ġdid fuq il-bażi tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-12 ta’ Frar 2012 (11). Id-dazju fis-seħħ bħalissa għal dan il-grupp huwa 17,7 % kif stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 540/2012 (12) li jimplimenta din is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

1.2.   Talba għal reviżjoni ta’ skadenza

(8)

Fit-28 ta’ Ġunju 2011, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni ħabbret il-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza (“Notifika ta’ bidu”) (13) tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mill-Kroazja, ir-Russja u l-Ukraina skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(9)

Ir-reviżjoni nbdiet wara talba sostanzjata mressqa fid-29 ta’ Marzu 2011 mill-Kumitat tad-Difiża tal-Industrija tat-Tubi tal-Azzar Mingħajr Saldaturi tal-Unjoni Ewropea (“l-applikant”) f’isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f’dan il-każ aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi. Din it-talba kienet ibbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta f’kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara għall-Industija tal-Unjoni.

(10)

Minbarra r-reviżjoni ta’ skadenza msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni bdiet fl-istess ħin żewġ reviżjonijiet parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mill-Ukraina u r-Russja (14). Dawn ir-reviżjonijiet parzjali ntalbu minn grupp ta’ produtturi esportaturi fl-Ukraina, il-grupp Interpipe, u grupp ta’ produtturi esportaturi fir-Russja, il-grupp TMK, rispettivament. Il-kamp ta’ applikazzjonijiet taż-żewġ reviżjonijiet huwa limitat għall-eżami tad-dumping safejn huma kkonċernati l-applikanti biss.

1.3.   Investigazzjoni

(11)

Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi, lill-utenti magħrufa, lir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi, lill-applikant u lill-produtturi tal-Unjoni msemmija fit-talba dwar il-bidu tar-reviżjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika ta’ bidu.

(12)

Fid-dawl tal-għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fir-Russja u l-Ukraina, ta’ produtturi u ta’ importaturi tal-Unjoni involuti fl-investigazzjoni, għall-ewwel kien previst it-teħid tal-kampjuni fin-notifika ta’ bidu skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni jkunx tassew meħtieġ u, jekk iva, tagħżel kampjun, il-partijiet imsemmija hawn fuq intalbu jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mill-bidu tal-proċediment u jipprovdu l-informazzjoni mitluba fin-notifika ta’ bidu lill-Kummissjoni.

(13)

Minħabba produttur esportatur wieħed biss fir-Russja u produttur esportatur wieħed biss fl-Ukraina pprovdew l-informazzjoni mitluba fin-notifika ta’ bidu u esprimew ir-rieda tagħhom li jikkooperaw aktar mal-Kummissjoni, ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma jiġix applikat fil-każ tal-produtturi esportaturi fir-Russja u l-Ukraina, u li jintbagħat kwestjonarju lil dawk il-produtturi. Wara dan, il-produttur esportatur fir-Russja li pprovda l-informazzjoni mitluba fin-notifika ta’ bidu ddeċieda li ma jikkooperax aktar billi jibgħat tweġiba għall-kwestjonarju maħsub għall-produttur esportatur fir-Russja.

(14)

Kien hemm 19-il produttur tal-Unjoni li pprovdew l-informazzjoni mitluba għall-għażla tal-kampjun u esprimew ir-rieda tagħhom li jikkooperaw mal-Kummissjoni. Fuq il-bażi tal-informazzjoni rċevuta mingħand il-produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni, qabel il-bidu, kienet għażlet kampjun ta’ erba’ produtturi b’mod provviżorju, li nstabu li kienu jirrappreżentaw lill-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ volum tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Wara l-kummenti li waslu dwar kemm hija xierqa din l-għażla fi żmien l-iskadenza ta’ 15-il jum wara l-bidu, il-Kummissjoni ssostitwiet wieħed mill-produtturi li kien intgħażel b’mod provviżorju bi prodottur ieħor.

(15)

Erba’ importaturi pprovdew l-informazzjoni mitluba fin-notifika ta’ bidu u esprimew ir-rieda tagħhom li jikkooperaw mal-Kummissjoni. Għalhekk il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tapplikax it-teħid tal-kampjuni u li minflok tibgħat kwestjonarju lil dawk l-importaturi.

(16)

Għalhekk intbagħtu kwestjonarji lill-erba’ produtturi tal-Unjoni li ntgħażlu fil-kampjun, lil erba’ importaturi u lill-produtturi esportaturi kollha fit-tliet pajjiżi kkonċernati li ppreżentaw ruħhom.

(17)

Il-produtturi esportaturi kollha fir-Russja naqsu milli jressqu tweġiba għall-kwestjonarju. Għalhekk huwa meqjus li l-ebda produttur esportatur fl-Ukraina ma kkoopera fl-investigazzjoni.

(18)

Grupp ta’ produtturi esportaturi wieħed fl-Ukraina ppreżenta tweġiba għall-kwestjonarju.

(19)

Produttur esportatur wieħed fil-Kroazja ppreżenta tweġiba għall-kwestjonarju.

(20)

Waslu aktar tweġibiet għall-kwestjonarji mill-erba’ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, tliet importaturi u utent wieħed.

(21)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset bħala meħtieġa għall-iskop li tiddetermina l-probabbiltà tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tad-dumping u l-ħsara li tirriżulta u tal-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi tal-Unjoni:

Arcelor Mittal Tubular products Ostrava, ir-Repubblika Ċeka,

Tenaris Dalmine S.p.A., Bergamo, l-Italja, u l-kumpanija relatata tagħha TGS UK, Aberdeen, ir-Renju Unit,

Tubos Reunidos S.A., Amurrio, Spanja, u l-kumpanija relatata tagħha Almesa, Barcelona, Spanja,

V & M Deutschland GmbH, Düsseldorf, il-Ġermanja;

(b)

Produttur espotatur fil-Kroazja:

CMC Sisak d.o.o.;

(c)

Produttur esportatur fl-Ukraina:

The Interpipe Group (OJSC Interpipe NTRP, Dnepropetrovsk, l-Ukraina, LLC Interpipe Niko Tube, Nikopol, l-Ukraina) u l-kumpaniji relatati tagħhom LLC Interpipe Ukraine, Dnepropetrovsk, l-Ukraina u Interpipe Europe SA, Lugano, l-Isvizzera);

(d)

Importaturi/utenti:

Castellan Maria & C s.p.s., San Dona di Piave, l-Italja,

TAL Group, Siderpighi, Pontenure, Piacenza, l-Italja.

(22)

L-investigazzjoni dwar il-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta’ dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2010 sal-31 ta’ Marzu 2011 (“il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “PIR”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sat-tmiem tal-PIR (“il-perjodu kkunsidrat”).

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott ikkonċernat

(23)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal dak fl-aħħar investigazzjoni li wassal għall-impożizzjoni ta’ miżuri fis-seħħ bħalissa, jiġifieri ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew tal-azzar (seamless pipes and tubes — “SPT”), bi profil trasversali ċirkulari, ta’ dijametru estern li ma jaqbiżx l-406,4 mm b’Valur Ekwivalenti tal-Karbonju (Carbon Equivalent Value - CEV) li ma jaqbiżx iż-0,86 skont il-formula u l-analiżi kimika tal-Istitut Internazzjonali tal-Iwweldjar (International Institute of Welding - IIW) (15), li joriġinaw mill-Kroazja, ir-Russja u l-Ukraina (“il-prodott ikkonċernat”) li bħalissa huma kklassifikati fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM ex 7304 11 00, ex 7304 19 10, ex 7304 19 30, ex 7304 22 00, ex 7304 23 00, ex 7304 24 00, ex 7304 29 10, ex 7304 29 30, ex 7304 31 80, ex 7304 39 58, ex 7304 39 92, ex 7304 39 93, ex 7304 51 89, ex 7304 59 92 u ex 7304 59 93.

(24)

Il-prodott ikkonċernat jintuża f’varjetà wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, bħal fit-trasport ta’ gass u likwidi, għall-palanki fl-industrija tal-kostruzzjoni, għal użi mekkaniċi, għal tubi tal-gass, għal tubi tal-bojlers, kif ukoll fl-industrija taż-żejt għal tubi li jissejħu “OCTG” (oil and country tubular goods), għat-tħaffir, għall-kisi ta’ protezzjoni u biex jgħaddu l-pajpijiet.

(25)

Fil-mument tal-kunsinna tagħhom lill-utenti, l-SPT jieħdu forom ferm differenti. Jistgħu jkunu pereżempju ggalvanizzati, bil-kamin, ikkonsenjati bħala tubi ħodor (jiġifieri mingħajr l-ebda trattament bis-sħana), bi truf speċjali, bi profili trasversali differenti, u maqtugħin skont qies jew le. Ma hemm l-ebda qies standard iġġeneralizzat għat-tubi, li jispjega għaliex il-parti l-kbira tal-SPT isiru fuq ordnijiet tal-klijenti. L-SPT normalment jitwaħħlu permezz ta’ saldatura. Madankollu, f’każijiet partikolari jistgħu jitwaħħlu permezz tal-kamin li għandhom jew jintużaw waħedhom, għalkemm xorta jibqgħu jistgħu jiġu ssaldjati. L-investigazzjoni wriet li l-SPT kollha għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użijiet bażiċi.

2.2.   Prodott simili

(26)

Kif stabbilit fl-investigazzjoni l-aktar reċenti kif ukoll f’investigazzjonijiet preċedenti oħra, din l-investigazzjoni ta’ reviżjoni ta’ skadenza kkonfermat li l-prodott esportat lejn l-Unjoni mill-Kroazja, ir-Russja u l-Ukraina, il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-swieq domestiċi tal-Kroazja, ir-Russja u l-Ukraina, u l-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użijiet finali u għalhekk huma meqjusa bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   DUMPING

(27)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx probabbli li jitkompla jew jerġa’ jseħħ id-dumping mal-iskadenza possibbli tal-miżuri fis-seħħ.

3.1.   Kummenti preliminari

(28)

Matul il-PIR, il-volum totali tal-importazzjoni, kif irreġistrat fil-Eurostat, tal-SPT mill-Kroazja, mir-Russja u mill-Ukraina kien jammonta għal 42 723 tunnellata, li jirrappreżenta 2,5 % tas-sehem mis-suq tal-Unjoni.

(29)

Skont l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, intużat l-istess metodoloġija bħal fl-investigazzjoni l-aktar reċenti, kull meta ċ-ċirkostanzi ma nbidlux jew kull meta l-informazzjoni kienet disponibbli. F’każ ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni, bħal fil-każ tar-Russja, kellu jsir użu mill-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Fir-rigward tal-Kroazja u r-Russja, intużat l-informazzjoni magħmula disponibbli mill-kumpaniji li kkooperaw kif ukoll l-informazzjoni li kienet disponibbli għall-pubbliku.

3.2.   Dumping ta’ importazzjonijiet matul il-PIR

3.2.1.   Metodoloġija ġenerali

(30)

Il-metodoloġija ġenerali stabbilita aktar ’il quddiem ġiet applikata lill-produtturi li kkooperaw kollha fil-Kroazja u l-Ukraina. Il-preżentazzjoni tas-sejbiet dwar id-dumping għal kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati, għaldaqstant, tiddeskrivi biss dak li huwa speċifiku għal kull pajjiż esportatur. Fir-rigward tar-Russja, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Russi eżistenti, l-analiżi globali, inkluż il-kalkolu tad-dumping, hija bbażata fuq l-aħjar fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

3.2.2.   Valur normali

(31)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, l-ewwel ġie eżaminat għal kull produttur li kkoopera jekk il-volum totali tiegħu ta’ bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-volum totali tiegħu ta’ bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ tali bejgħ kienx jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni.

(32)

Għal kull tip ta’ prodott mibjugħ minn produttur esportatur fis-suq domestiku tiegħu u misjub li huwa komparabbli direttament mat-tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-finijiet tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott partikolari tqies rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum totali ta’ dak it-tip ta’ prodott mibjugħ mill-produttur esportatur fis-suq domestiku lil klijenti indipendenti matul il-PIR irrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali ta’ bejgħ tat-tip ta’ prodott komparabbli esportat lejn l-Unjoni.

(33)

Ġie eżaminat ukoll jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ prodott jistax jitqies bħala bejgħ li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgћ domestiku lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku li kellu profitt għal kull tip tal-prodott ikkonċernat esportat matul il-PIR.

(34)

Għal dawk it-tipi ta’ prodotti fejn aktar minn 80 % bħala volum ta’ bejgħ fis-suq domestiku tat-tip ta’ prodott kienu ogħla mill-ispiża u l-prezz ta’ bejgħ medju peżat ta’ dak it-tip kien daqs jew aktar mill-prezz ta’ unità ta’ produzzjoni, il-valur normali, skont it-tip ta’ prodott, ġie kkalkulat bħala l-medja peżata tal-prezzijiet domestiċi reali tal-bejgħ kollu tat-tip ikkonċernat, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ sarx bi profitt jew le.

(35)

Meta l-ammont ta’ bejgħ bi profitt ta’ tip ta’ prodott kien jirrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum ta’ bejgħ totali ta’ dak it-tip, jew meta l-prezz medju peżat ta’ dak it-tip kien inqas mill-ispiża ta’ unità ta’ produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku reali, li ġie kkalkolat bħala prezz medju peżat tal-bejgħ domestiku bi profitt biss ta’ dak it-tip magħmul matul il-PIR.

(36)

Fejn ma kien hemm l-ebda bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott partikolari u għal tipi ta’ prodotti fejn il-bejgħ domestiku ma kienx biżżejjed, il-valur normali nħadem skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

(37)

Meta jinħadem il-valur normali skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, l-ammonti għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi u għall-profitti ġew ibbażati, skont l-ewwel subparagrafu introduttorju tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, fuq id-dejta effettiva marbuta mal-produzzjoni u l-bejgħ, fl-andament normali tal-kummerċ, tal-prodott simili, mill-produttur esportatur jew fuq il-fatti disponibbli.

3.2.3.   Prezz tal-esportazzjoni

(38)

Fil-każijiet kollha fejn il-prodott ikkonċernat kien esportat lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit b’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni mħallsa realment jew li għandhom jitħallsu.

3.2.4.   Tqabbil

(39)

Il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni tal-produtturi esportaturi tal-grupp li kkoopera tqabblu fuq bażi ex-works. Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

3.2.5.   Marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw

(40)

Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-valur normali medju peżat tqabbel mal-prezz ta’ esportazzjoni medju peżat għal kull tip ta’ prodott u bażi ex-works għal kull kumpanija li kkooperat.

3.3.   Il-Kroazja

(41)

Matul il-PIR, il-volum ta’ importazzjoni totali tal-SPT minn CMC Sisak, li huwa l-uniku prodottur esportatur tal-SPT fil-Kroazja, kien jirrappreżenta inqas minn 1 % tal-konsum totali tal-Unjoni.

3.3.1.   Valur normali

(42)

L-investigazzjoni stabbiliet li filwaqt li l-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat kien rappreżentattiv skont il-premessi 30 u 31 hawn fuq, ma sar l-ebda bejgħ fl-andament normali tal-kummerċ. Għaldaqstant, il-valur normali għall-produttur li kkoopera nħadem skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

(43)

Bħala riżultat, il-valur normali nħadem fuq il-bażi tal-ispiża tal-manifattura li miegħu ġie miżjud ammont raġonevoli għall-profitt u għall-SG&A, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

3.3.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(44)

Il-produttur li kkoopera esporta l-prodott ikkonċernat direttament jew permezz tal-kumpanija kummerċjali relatata tiegħu fl-Isvizzera lil klijenti indipendenti fl-Unjoni. Għalhekk il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew stabbiliti skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-prezzijiet imħallsa realment jew li għandhom jitħallsu mill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni.

3.3.3.   Tqabbil

(45)

It-tqabbil bejn il-valur normali maħdum u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi ta’ ex-works.

(46)

Biex jiġi żgurat tqabbil ġust fl-istess livell ta’ kummerċ, saret konċessjoni xierqa għad-differenzi li nstabu li jaffettwaw il-komparabilità tal-prezz. Għalhekk saru aġġustamenti skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku għall-ispejjeż tat-trasport, roħs u skontijiet, kummissjonijiet u spejjeż tal-kreditu.

3.3.4.   Marġni tad-dumping

(47)

Skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġni tad-dumping ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-medja peżata tal-valur normali maħdum mal-medja peżata tal-prezz tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Dan it-tqabbil wera l-eżistenza ta’ dumping sinifikanti ta’ aktar minn 60 % matul il-PIR.

3.4.   Ir-Russja

(48)

Matul il-PIR, kif irreġistrat mill-Eurostat, il-volum totali tal-importazzjoni tal-SPT mir-Russja kien jammonta għal 10 785 tunnellata metrika, li jirrappreżenta madwar 1 % tas-sehem mis-suq tal-Unjoni.

3.4.1.   Valur normali

(49)

Kif imsemmi hawn fuq, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fir-Russja, kellhom jintużaw il-fatti disponibbli biex jiġi determinat jekk kienx hemm dumping fil-PIR. Skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u fin-nuqqas ta’ dejta mill-kwestjonarji, il-valur normali ġie kkalkolat fuq il-bażi ta’ dejta mit-talba għar-reviżjoni u l-pubblikazzjonijiet perjodiċi tal-Metal Expert għall-kwalità l-aktar bażika ta’ tubi mingħajr saldaturi rfinati bis-sħana.

(50)

Fir-rigward tal-prezzijiet tal-gass fir-Russja, kien innutat li kellu jsir aġġustament skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku meta kienu imposti miżuri fl-investigazzjoni l-aktar reċenti (16). Madankollu, fl-investigazzjoni attwali, il-valur normali ġie ddeterminat mingħajr ma tqies jekk kienx meħtieġ aġġustament għall-ispejjeż tal-gass imġarrba mill-produtturi esportaturi Russi skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Dan kien minħabba li, kif muri fil-premessa 53, l-użu ta’ spiża ta’ produzzjoni mhux aġġustata diġà turi b’mod ċar li sar dumping matul il-PIR. B’konsegwenza ta’ dan, u minħabba li l-iskop ta’ reviżjoni ta’ skadenza huwa li tiddetermina jekk id-dumping x’aktarx ikompli jew jirrikorri jekk jiġu revokati l-miżuri sabiex jiġi ddeterminat jekk il-miżuri applikabbli bħalissa għandhomx jinżammu jew jiġu revokati, tqies li ma kienx meħtieġ li jiġi eżaminat jekk aġġustament skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku kienx iġġustifikat f’dan il-każ.

3.4.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(51)

Il-prezz medju tal-esportazzjoni ġie kkalkolat fuq il-bażi tal-valur CIF mill-Eurostat għat-tipi korrispondenti ta’ tubi mingħajr saldaturi rfinati bis-sħana.

3.4.3.   Tqabbil

(52)

Fin-nuqqas ta’ dejta mill-kwestjonarji vverifikata, it-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar bl-użu tad-dejta li kienet fit-talba skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

3.4.4.   Marġni tad-dumping

(53)

Skont l-Artikolu 18(5) tar-Regolament bażiku, il-marġni tad-dumping ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-valur normali medju kkalkolat mal-prezz tal-esportazzjoni medju peżat lejn l-Unjoni, skont it-tip ta’ prodott. Dan it-tqabbil wera l-eżistenza ta’ dumping li jammonta għal 38,4 %, li huwa aktar għoli mill-marġni tad-dumping ta’ 35,8 % li nstab fl-investigazzjoni l-aktar reċenti.

3.5.   L-Ukraina

(54)

Mit-tliet produtturi esportaturi magħrufa fl-Ukraina, grupp wieħed biss ta’ produtturi esportaturi kkoopera mal-Kummissjoni fl-investigazzjoni ta’ reviżjoni attwali, il-grupp Interpipe. Dan il-produttur esportatur irrappreżenta madwar 70 % tal-produzzjoni totali tal-SPT tal-Ukraina u aktar minn 80 % tal-esportazzjonijiet totali tal-Ukraina lejn l-Unjoni. Matul il-PIR, is-sehem tal-esportazzjonijiet tal-Ukraina lejn l-Unjoni meta mqabbel mal-konsum tal-Unjoni ammonta għal inqas minn 2 %.

3.5.1.   Valur normali

(55)

L-investigazzjoni stabbiliet li l-bejgħ domestiku tal-prodott simili kien rappreżentattiv skont il-premessi minn (31) sa (33) hawn fuq. Għalhekk, il-valur normali ġie stabbilit skont il-premessi minn (34) sa (37) bħal hawn fuq.

(56)

Fir-rigward tal-prezzijiet tal-enerġija fl-Ukraina, kien innutat li kellu jsir aġġustament skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku meta kienu imposti miżuri fl-investigazzjoni l-aktar reċenti (17). Madankollu, fl-investigazzjoni attwali, il-valur normali ġie ddeterminat mingħajr ma tqies jekk kienx meħtieġ aġġustament għall-ispejjeż tal-enerġija mġarrba mill-produtturi esportaturi Ukraini skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Dan kien minħabba li, kif muri fil-premessa 61 hawn taħt, l-użu ta’ spiża ta’ produzzjoni mhux aġġustata diġà juri b’mod ċar li sar dumping matul il-PIR. B’konsegwenza ta’ dan, u minħabba li l-iskop ta’ reviżjoni ta’ skadenza huwa li tiddetermina jekk id-dumping x’aktarx ikompli jew jirrikorri jekk jiġu revokati l-miżuri sabiex jiġi ddeterminat jekk il-miżuri applikabbli bħalissa għandhomx jinżammu jew jiġu revokati, tqies li ma kienx meħtieġ li jiġi eżaminat jekk aġġustament skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku kienx iġġustifikat f’dan il-każ.

3.5.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(57)

Il-grupp Interpipe esporta l-prodott ikkonċernat permezz tal-kumpanija kummerċjali relatata tagħhom li tinsab fl-Isvizzera direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni għalhekk ġew stabbiliti skont il-premessa 38.

3.5.3.   Tqabbil

(58)

Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-grupp Interpipe tqabblu skont il-premessa 39. Abbażi ta’ dan, fejn applikabbli u fejn kien iġġustifikat, saru aġġustamenti għall-ispejjeż tat-trasport, tal-assigurazzjoni, tal-immaniġġjar, tat-tagħbija u dawk anċillari, għall-ispejjeż ta’ kreditu u għall-kummissjonijiet.

3.5.4.   Marġni tad-dumping

(59)

Il-marġni tad-dumping ġie kkalkulat skont il-premessa 40.

(60)

Bħal fl-aħħar investigazzjoni, u b’mod konformi mal-prattika standard tal-Istituzzjonijiet, marġni tad-dumping waħdanija ġiet ikkalkulata għall-grupp kollu kemm hu. Fil-metodu li ntuża biex isir dan, l-ammont ta’ dumping ġie kkalkulat għal kull produttur esportatur individwali qabel ma ġiet iddeterminata rata medja peżata tad-dumping għall-grupp kollu kemm hu. Għandu jiġi nnotat li din il-metodoloġija kienet differenti mill-metodoloġija applikata fl-aħħar investigazzjoni, fejn il-kalkolu tad-dumping sar billi ġew kollassati l-produzzjoni, il-profittabilità u l-bejgħ fl-Unjoni tal-entitajiet li jipproduċu. Il-bidla fiċ-ċirkostanzi li teħtieġ din il-bidla fil-metodoloġija hija dovuta minn bidla fl-istruttura korporattiva tal-grupp li tippermetti l-identifikazzjoni tal-produttur fi ħdan il-grupp fir-rigward tal-bejgħ u l-produzzjoni.

(61)

It-tqabbil wera l-eżistenza ta’ dumping ta’ aktar minn 10 % għall-grupp ta’ produtturi esportaturi li kkoopera li esporta lejn l-Unjoni fil-PIR.

4.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TA’ DUMPING

4.1.   Kummenti preliminari

(62)

Mill-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq jirriżulta li d-dumping kompla jeżisti matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni. Għalhekk, il-probabbiltà tat-tkomplija tad-dumping fil-każ li l-miżuri jitħallew jiskadu hija eżaminata f’dan li ġej.

4.1.1.   Il-Kroazja

(63)

Kif innutat fil-premessa 46 ta’ hawn fuq, instab li kien jeżisti marġni sinifikanti ta’ dumping fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni. Madankollu, is-sid tal-produttur esportatur sussegwentement iddeċieda li jbigħ il-kumpanija u, bħala konsegwenza, il-produttur esportatur waqaf jaċċetta ordnijiet ġodda fil-ħarifa tal-2011 u waqqaf il-produzzjoni kollha tal-SPT sa tmiem l-2011. Għaldaqstant, mill-2012 ma kien hemm l-ebda produzzjoni ta’ pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi fil-Kroazja u l-esportazzjonijiet fil-perjodu ta’ wara l-PIR kienu ta’ kwantitajiet limitati ħafna.

(64)

L-investigazzjoni wriet li l-ebda ħażna sinifikanti ma hija miżmuma mill-kumpanija li kienet tipproduċi skont l-ordnijiet. Fil-fatt, minħabba il-varjetà wiesgħa ta’ pajpijiet u spejjeż għoljin, ma jista’ jitwettaq l-ebda benefiċċju ekonomiku billi jinżammu ħażniet kbar.

(65)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjoni ta’ hawn fuq u meta wieħed iqis li l-proċess tal-bejgħ tal-kumpanija għadu għaddej, it-tkomplija tad-dumping tal-SPT li joriġinaw fil-Kroazja huwa improbabbli ħafna fi żmien qasir għal medju.

4.1.2.   Ir-Russja

4.1.2.1.   Kummenti preliminari

(66)

B’żieda mal-analiżi tal-eżistenza tad-dumping matul il-PIR, il-probabbiltà tat-tkomplija tad-dumping ġiet investigata wkoll.

(67)

F’dan ir-rigward, ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-Russja li kienu l-oġġett ta’ dumping, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fir-Russja, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u swieq terzi oħrajn.

4.1.2.2.   Volum u prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-Russja

(68)

Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi f’Ġunju 2006 u r-reviżjoni tagħhom f’Awwissu 2008 bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2008 (18), l-importazzjonijiet li kienu ddikjarati bħala importazzjonijiet li joriġinaw mir-Russja naqsu b’mod kontinwu u baqgħu baxxi sa tmiem il-PIR.

(69)

Fl-istess perjodu, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-Russja baqgħu relattivament baxxi.

4.1.2.3.   Kapaċità ta’ produzzjoni u kapaċità żejda fir-Russja

(70)

Sa fejn jikkonċerna l-kapaċità totali tal-produzzjoni tal-SPT fir-Russja, u fin-nuqqas ta’ dejta vverifikata, sorsi diversi ta’ informazzjoni li huma disponibbli għall-pubbliku juru kapaċità ta’ produzzjoni li hija ħafna akbar mid-domanda li hemm fis-suq domestiku.

(71)

Anke jekk is-sehem tas-suq Russu fl-Unjoni mhuwiex ogħla b’mod sinifikanti minn 1 %, l-istima tal-kapaċità Russa installata hija qrib l-erba’ miljun tunnellata metrika fis-sena. L-industrija Russa topera biss fuq stima ta’ 70 % tal-kapaċità ta’ produzzjoni tagħha. Billi jitnaqqas il-konsum domestiku magħruf u l-volumi ta’ esportazzjoni lejn swieq oħra skont l-istatistika tal-esportazzjoni Russa, bħalissa hemm kapaċità żejda li taqbeż il-miljun tunnellata metrika kull sena li tirrappreżenta kważi 65 % tal-konsum tal-Unjoni. Minkejja din il-kapaċità żejda attwali u fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur li ma ġietx ikkontestata mill-partijiet interessati, jidher li l-kapaċità Russa tista’ tiżdied aktar fis-snin li ġejjin. Produttur esportatur wieħed fir-Russja argumenta li kien qed jopera b’rata ogħla ta’ kapaċità u ma kellu l-ebda ħsieb li jespandi l-kapaċità ta’ produzzjoni tiegħu fil-futur qrib. Dan il-produttur esportatur iddikjara wkoll li skont pubblikazzjoni tas-suq ta’ reputazzjoni tajba, ir-rati tal-użu tal-kapaċità tal-SPT tal-industrija Russa kienu “għoljin” u li l-ammont tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat fir-Russja kien konformi mal-konsum domestiku. Madankollu, l-informazzjoni pprovduta mill-kumpanija ma kinitx disponibbli fil-fajl għax il-kumpanija kienet għażlet li ma tikkooperax, u lanqas ma setgħet tiġi vverifikata. Barra minn hekk, it-terminu “għoljin” ma kienx ikkwantifikat fil-pubblikazzjoni u ma kienx possibbli li wieħed jasal għal konklużjoni dwar dan. Għalhekk il-kummenti fir-rigward tal-livelli tal-produzzjoni u l-konsum fir-Russja tal-prodott ikkonċernat ma kellhom l-ebda effett ta’ devalwazzjoni fuq l-eżistenza ta’ kapaċità żejda sinifikanti fir-Russja. Għandu jiġi nnutat li l-kapaċità installata smata ta’ kważi erba’ miljun tunnellata metrika fis-sena ma ġietx ikkuntestata wara l-iżvelar tas-sejbiet tal-investigazzjoni lill-partijiet interessati kollha.

4.1.2.4.   Ġibda tas-suq tal-Unjoni u swieq ta’ pajjiżi terzi oħra

(72)

Kif imsemmi hawn fuq, hemm kapaċità żejda tal-produzzjoni importanti fis-suq domestiku Russu, u dan jissuġġerixxi bżonn qawwi u naturali li jinstabu swieq alternattivi biex jassorbu dan l-eċċess ta’ kapaċità ta’ produzzjoni.

(73)

Is-suq tal-Unjoni huwa wieħed mill-akbar swieq fid-dinja u għadu qed jikber. Jidher ukoll biċ-ċar, fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni, li l-kumpaniji Russi wrew interess kbir li jiżviluppaw il-preżenza tagħhom f’wieħed mill-akbar swieq fid-dinja u jżommu sehem sinifikanti tas-suq fis-suq tal-Unjoni. Produttur esportatur wieħed fir-Russja argumenta li l-informazzjoni mressqa kif mitluba fin-notifika ta’ bidu kellha tkun il-bażi għas-sejbiet rigward l-eżistenza ta’ dumping u l-possibbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping u ħsara minflok issir determinazzjoni bbażata fuq l-aħjar fatti disponibbli. Madankollu, meta dan il-produttur esportatur fir-Russja għażel li ma jikkooperax aktar, huwa ddikjara li minħabba proċessi ta’ ristrutturar interni, il-mili tal-kwestjonarju, li kien jinkludi l-informazzjoni mressqa wara l-bidu, ma setax jintuża biex jiddetermina fil-każ tiegħu jekk hemmx probabbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping jew jekk iċ-ċirkostanzi nbidlux daqshekk li jiġġustifikaw ir-reviżjoni tal-livell tal-miżuri. Għalhekk, tqies li din l-informazzjoni ma setgħetx tintuża.

4.1.2.5.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà tat-tkomplija tad-dumping

(74)

Fid-dawl tas-sejbiet deskritti hawn fuq, wieħed jista’ jikkonkludi li l-importazzjonijiet mir-Russja għadhom ikunu l-oġġett ta’ dumping u li hemm probabbiltà kbira ta’ tkomplija ta’ dumping. Minħabba l-kapaċità żejda attwali u futura potenzjali fir-Russja u l-fatt li s-suq tal-Unjoni huwa wieħed mill-akbar swieq fid-dinja b’livell ta’ prezzijiet attraenti, wieħed jista’ jikkonkludi li l-esportaturi Russi x’aktarx iżidu aktar l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni bi prezzijiet ta’ dumping jekk il-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu.

4.1.3.   L-Ukraina

4.1.3.1.   Kummenti preliminari

(75)

B’żieda mal-analiżi tal-eżistenza tad-dumping matul il-PIR (il-premessi 54-61 hawn fuq), il-probabbiltà tat-tkomplija tad-dumping ġiet eżaminata wkoll.

(76)

F’dan ir-rigward, ġew analizzati l-elementi li ġejjin; il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Ukraina li kienu l-oġġett ta’ dumping, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fl-Ukraina u l-ġibda tas-suq tal-Unjoni u swieq terzi oħrajn.

4.1.3.2.   Volum u prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Ukraina

(77)

Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi f’Ġunju 2006, l-importazzjonijiet mill-Ukraina naqsu b’mod sinifikati u baqgħu fuq livell pjuttost baxx b’sehem fis-suq tal-Unjoni ta’ inqas minn 2 %. Fl-istess perjodu, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Ukraina baqgħu relattivament baxxi. Barra minn hekk, il-prezzijiet medji tal-bejgħ lil swieq oħra tal-esportazzjoni għajr l-Unjoni, fejn ma jiġix applikat l-ebda dazju anti-dumping, instabu li kienu f’livell simili jew anke aktar baxx mill-prezzijiet tal-bejgħ lill-Unjoni.

4.1.3.3.   Kapaċità ta’ produzzjoni u kapaċità żejda fl-Ukraina

(78)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku hemm tliet produtturi Ukraini ewlenin tal-SPT b’kapaċità ta’ produzzjoni totali smata ta’ madwar 1,5 miljun tunnellata kull sena jew kważi ugwali għall-konsum totali tal-Unjoni.

(79)

Anke jekk is-sehem fis-suq tal-Ukraina fl-Unjoni huwa ftit inqas minn 2 %, il-kapaċità żejda smata fl-Ukraina hija 50 % jew 750 000 tunnellata kull sena, li tirrappreżenta kważi nofs il-konsum tal-Unjoni.

4.1.3.4.   Ġibda tas-suq tal-Unjoni u swieq terzi oħra

(80)

L-investigazzjoni kkonfermat li t-tliet produtturi ewlenin tal-Ukraina kollha tal-SPT qegħdin jesportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. L-investigazzjoni stabbiliet ukoll li l-parti li qed tikkoopera qed tesporta lejn l-Unjoni bi prezzijiet ta’ dumping. L-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku tindika wkoll li l-produtturi ewlenin l-oħra fl-Ukraina jesportaw l-SPT lejn l-Unjoni bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk tal-kumpanija li qed tikkoopera.

4.1.3.5.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà tat-tkomplija tad-dumping

(81)

Meta jitqies li l-importazzjonijiet mill-Ukraina għadhom ikunu l-oġġett ta’ dumping u li l-bejgħ tal-esportazzjoni lis-swieq tal-esportazzjoni għajr l-Unjoni Ewropea jsiru bi prezzijiet li huma simili jew anke aktar baxxi mill-prezzijiet tal-Unjoni u, minħabba l-kapaċità żejda sinifikanti fl-Ukraina u l-fatt li s-suq tal-Unjoni huwa wieħed mill-akbar swieq fid-dinja, wieħed jista’ jikkonkludi li l-esportaturi Ukraini x’aktarx se jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom aktar lejn l-Unjoni bi prezzijiet ta’ dumping jekk il-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu.

4.2.   Konklużjoni

(82)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq huwa konkluż li hemm riskju sinifikanti u reali ta’ tkomplija tad-dumping fir-rigward ta’ pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi li joriġinaw mill-Ukraina u r-Russja jekk il-miżuri eżistenti jiskadu. Min-naħa l-oħra, iċ-ċirkostanzi partikolari li nstabu li jeżistu fir-rigward tal-Kroazja jwasslu għall-konklużjoni li ma hemm l-ebda riskju ta’ tkomplija tad-dumping jekk il-miżuri eżistenti anti-dumping jiskadu fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi li joriġinaw mill-Kroazja.

5.   PRODUZZJONI TAL-UNJONI U INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(83)

Fl-Unjoni, l-SPT huma manifatturati minn madwar 19-il produttur/grupp ta’ produtturi li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

(84)

Kif huwa indikat fil-premessa 14, intgħażel kampjun li jikkonsisti minn erba’ produtturi/gruppi ta’ produtturi mid-19-il produttur tal-Unjoni li ġejjin li ressqu l-informazzjoni meħtieġa:

Arcelor Mittal Tubular Products Ostrava, ir-Repubblika Ċeka,

Arcelor Mittal Tubular Products Roman S.A., ir-Rumanija,

Benteler Stahl/Rohr GmbH, il-Ġermanja,

Huta Batory, il-Polonja,

Ovako Steel AB, l-Isvezja,

Productos Tubulares S.A., Spanja,

Rohrwerk Max Hütte GmbH, il-Ġermanja,

Rurexpol Sp. z.o.o., il-Polonja,

Silcotub, ir-Rumanija,

Tenaris Dalmine S.p.A., Bergamo, l-Italja,

Tubos Reunidos S.A., Amurrio, Spanja,

TMK Artrom, ir-Rumanija,

Valcovny Trub Chomutov, ir-Repubblika Ċeka,

Vallourec Mannesmann Oil and Gas, Franza,

Vitkovice Valcovnatrub AS, ir-Repubblika Ċeka,

V & M Deutschland GmbH, Düsseldorf, il-Ġermanja,

V & M, Franza,

Voest Alpine Tubulars, l-Awstrija,

Železiarne Podbrezová, ir-Repubblika Slovakka.

(85)

Huwa nnutat li l-erba’ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 30 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PIR u 35 % tal-bejgħ totali fis-suq tal-Unjoni, filwaqt li d-19-il produttur tal-Unjoni ta’ hawn fuq kienu jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PIR li hija meqjusa bħala rappreżentattiva tal-produzzjoni tal-Unjoni kollha.

6.   SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-UNJONI

6.1.   Konsum fis-suq tal-Unjoni

(86)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, u fuq id-dejta tal-Eurostat għall-importazzjonijiet kollha tal-Unjoni.

(87)

Fuq il-bażi ta’ dik id-dejta, instab li l-konsum tal-Unjoni naqas b’34 % minn 2 597 110 tunnellata għal 1 724 743 tunnellata bejn l-2008 u l-PIR. Il-konsum fl-2008 kien għoli ħafna li jista’ jiġi spjegat mill-fatt li l-prezzijiet għoljin taż-żejt u l-gass fl-2008 ħeġġew l-investimenti f’dawn is-setturi u għalhekk żiedu d-domanda. It-tnaqqis sar bis-sħiħ fl-2009, meta l-konsum naqas bi kważi 50 %. Wara l-2009, il-konsum beda jerġa’ jiżdied, u din it-tendenza baqgħet tidher sal-PIR.

 

2008

2009

2010

PIR

Konsum tal-Unjoni (f’tunnellati)

2 597 110

1 345 551

1 609 118

1 724 743

Indiċi

100

52

62

66

6.2.   Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

6.2.1.   Kumulazzjoni

(88)

Fl-investigazzjonijiet preċedenti, l-importazzjonijiet tal-SPT li joriġinaw mill-Kroazja, ir-Russja u l-Ukraina ġew ivvalutati b’mod kumulattiv skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. Ġie eżamint jekk valutazzjoni kumulattiva kinitx ukoll xierqa fl-investigazzjoni attwali.

(89)

F’dan ir-rigward, instab li l-marġni ta’ dumping stabbilit skont l-importazzjonijiet minn kull pajjiż kien aktar minn de minimis. Fir-rigward tal-kwantitajiet, twettqet analiżi prospettiva tal-volumi ta’ esportazzjoni probabbli minn kull pajjiż, jekk il-miżuri jiġu revokati. Din żvelat li l-importazzjonijiet mir-Russja u l-Ukraina, bil-kontra tal-Kroazja, x’aktarx jiżdiedu għal livelli b’mod sinifikanti aktar għoljin minn dawk li ntlaħqu fil-PIR u żgur jaqbżu l-limitu negliġibbli, jekk il-miżuri jiġu revokati. Fir-rigward tal-Kroazja, instab li l-importazzjonijiet fl-Unjoni kienu negliġibbli fil-perjodu meqjus u l-produzzjoni waqfet kompletament wara l-PIR. Għalhekk mhuwiex probabbli ħafna li din is-sitwazzjoni tinbidel fuq perijodu ta’ żmien qasir.

(90)

Minħabba l-fatt li l-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Kroazja fil-PIR kien negliġibbli u ma kienx probabbli li jiżdied minħabba raġunijiet spjegati fil-premessa 88 hawn fuq, tqies li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ma ġewx issodisfati fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Kroazja.

(91)

Fir-rigward tal-importazzjonijiet mit-tliet pajjiżi kkonċernati, l-investigazzjoni sabet li l-SPT importati minn dawn il-pajjiżi kienu l-istess fil-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi tagħhom. Barra minn hekk, it-tipi varji ta’ SPT importati kienu simili tat-tipi prodotti fl-Unjoni u ġew ikkumerċjalizzati fl-Unjoni fl-istess perjodu. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, tqies li l-SPT importati li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati kienu jikkompetu mal-SPT prodotti fl-Unjoni.

(92)

Għalhekk, fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, tqies li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ġew issodisfati fir-rigward tar-Russja u l-Ukraina. L-importazzjonijiet minn dawn iż-żewġ pajjiżi għalhekk ġew eżaminati b’mod kumulattiv. Billi l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku u b’mod partikolari l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn il-prodotti importati tagħhom, ma ġewx issodisfati fir-rigward tal-Kroazja, l-importazzjonijiet li joriġinaw minn dan il-pajjiż ġew eżaminati individwalment.

6.3.   Importazzjonijiet mir-Russja u l-Ukraina

6.3.1.   Volum, sehem fis-suq u prezzijiet tal-importazzjonijiet

(93)

Skont id-dejta mill-Eurostat, il-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mir-Russja u l-Ukraina naqas b’47 % matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod aktar preċiż, kien hemm tnaqqis ewlieni ta’ 44 % fl-2009 u minn dak iż-żmien l-importazzjonijiet naqsu ftit minn 40 611 għal 38 108 tunnellati. Dan għandu jitqies fl-isfond ta’ konsum li qed jonqos.

(94)

Is-sehem fis-suq tal-importazzjonijiet Russi u Ukraini naqas minn 2,7 % għal 2,2 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(95)

Sa fejn huma kkonċernati l-prezzijiet medji peżati tal-importazzjonijiet tal-SPT, dawn naqsu bi 15-il punt perċentwali fl-2009, u mbagħad reġgħu żdiedu sakemm fil-PIR laħqu l-istess livell bħal dak fl-2008. Dan it-tnaqqis u żieda sussegwenti segwew bejn wieħed u ieħor it-tendenza tal-kost tal-materja prima.

 

2008

2009

2010

PIR

Importazzjoni (tunnellati)

72 328

40 611

39 505

38 108

Indiċi

100

56

55

53

Sehem fis-suq %

2,8  %

3,0  %

2,5  %

2,2  %

Indiċi

100

111

93

88

Prezz tal-importazzjoni

741,03

627,66

649,96

734,22

Indiċi

100

85

88

99

6.3.2.   Twaqqigħ tal-prezz

(96)

Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Russi, it-twaqqigħ tal-prezz fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-Russja kellu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-istatistika tal-importazzjoni skont il-kodiċi NM bl-użu tal-informazzjoni miġbura fuq il-bażi tal-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku. It-twaqqigħ tal-prezz fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Ukraina ġie stabbilit bl-użu tal-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur mill-Ukraina li kkoopera, mingħajr id-dazju anti-dumping. Il-prezzijiet tal-bejgħ rilevanti tal-industrija tal-Unjoni kienu dawk għall-klijenti indipendenti, aġġustati fejn meħtieġ għal livell ex-works. Fil-PIR, il-marġni tat-twaqqigħ għall-importazzjonijiet tal-SPT li joriġinaw mir-Russja u l-Ukraina kienu bejn 20,4 % u 55,4 % mingħajr id-dazju anti-dumping.

6.4.   Importazzjonijiet mill-Kroazja

6.4.1.   Volum, sehem fis-suq u prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Kroazja

(97)

Skont id-dejta mill-Eurostat, il-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mill-Kroazja żdied b’133 % matul il-perjodu kkunsidrat. Saru ftit importazzjonijiet fl-2008, imbagħad l-importazzjonijiet żdiedu sal-2010, u fil-PIR reġgħu naqsu ftit. B’mod globali, il-livell tal-importazzjonijiet mill-Kroazja baqa’ baxx ħafna matul il-perjodu kkunsidrat kollu.

(98)

Is-sehem fis-suq tal-importazzjonijiet mill-Kroazja żdied minn 0,1 % sa 0,3 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(99)

Sa fejn huma kkonċernati l-prezzijiet tal-importazzjoni, dawn naqsu b’mod kontinwu bi 23 % matul il-perjodu kkunsidrat.

 

2008

2009

2010

PIR

Importazzjonijiet

 

 

 

 

indiċi

100

153

251

233

Sehem fis-suq %

0,1  %

0,2  %

0,3  %

0,3  %

Prezz tal-importazzjoni

 

 

 

 

indiċi

100

89

74

77

6.4.2.   Twaqqigħ tal-prezz

(100)

It-twaqqigħ tal-prezz ġie stabbilit bl-użu tal-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-produttur mill-Kroazja li kkoopera, mingħajr id-dazju anti-dumping, u nstab li kien 29,3 %. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kwalunkwe produttur esportatur ieħor fil-Kroazja, din il-konklużjoni hija valida wkoll għall-pajjiż kollu kemm hu.

6.5.   Pajjiż ieħor ikkonċernat mill-miżuri anti-dumping

(101)

Skont id-dejta tal-Eurostat, il-volum tal-importazzjonijiet tal-SPT, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif definit fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 926/2009 (19) naqas bi 80 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(102)

Is-sehem fis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqas minn 20,5 % fl-2008 għal 3,1 % fil-PIR.

7.   SITWAZZJONI EKONOMIKA TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(103)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċi rilevanti kollha li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni.

7.1.   Kummenti preliminari

(104)

Fid-dawl tal-fatt li ntuża t-teħid ta’ kampjuni fir-rigward tal-industrija tal-Unjoni, il-ħsara ġiet ivvalutata kemm fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura fil-livell tal-industrija tal-Unjoni kollha kif definit fil-premessa 57 kif ukoll fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(105)

Meta ntuża t-teħid ta’ kampjuni, skont il-prattika stabbilita, ċerti indikaturi tal-ħsara (produzzjoni, kapaċità, produttività, bejgħ, sehem fis-suq, tkabbir u impjiegi) huma analizzati għall-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi, filwaqt li dawk l-indikaturi tal-ħsara li jirrigwardaw il-prestazzjoni ta’ kumpaniji individwali, jiġifieri prezzijiet, spejjeż tal-produzzjoni, profitabbiltà, salarji, investimenti, redditu fuq l-investiment, fluss tal-flus, abbiltà li jinkiseb il-kapital, huma eżaminati fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

7.2.   Dejta relatata mal-industrija tal-Unjoni

(a)   Produzzjoni

(106)

Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset b’16 % bejn l-2008 u l-PIR, jiġifieri minn 3 479 266 tunnellata għal 2 917 325 tunnellata. Il-volum tal-produzzjoni naqas b’mod sinifikanti bi 43 % fl-2009 bħala konsegwenza tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku globali. B’mod konformi mas-sitwazzjoni tad-domanda mtejba, il-volum irkupra fl-2010 u l-PIR u żdied b’27 % bejn l-2009 u l-PIR, iżda ma laħaqx iżjed il-livell tal-2008. Il-volum tal-produzzjoni wera tendenza simili għal dik tal-konsum, iżda naqas inqas mill-konsum fis-suq tal-Unjoni bħala konsegwenza tad-domanda fuq swieq mhux tal-UE.

L-industrija tal-Unjoni

2008

2009

2010

PIR

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

3 479 266

1 979 967

2 675 053

2 917 325

indiċi

100

57

77

84

(b)   Kapaċità u rati tal-użu tal-kapaċità

(107)

Il-kapaċità ta’ produzzjoni baqgħet stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Waqt li l-produzzjoni naqset b’16 %, l-użu tal-kapaċità li rriżultat naqset, minn 80 % fl-2008 sa 67 % fil-PIR. Madankollu, it-tnaqqis ewlieni minn 80 % sa 45 % madankollu sar fl-2009 bħala riżultat tat-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni. Fl-2010 u l-PIR l-użu tal-kapaċità kiber b’mod kontinwu.

L-industrija tal-Unjoni

2008

2009

2010

PIR

Kapaċità

4 334 520

4 378 520

4 332 520

4 357 520

indiċi

100

101

100

101

Użu tal-kapaċità

80  %

45  %

62  %

67  %

indiċi

100

56

77

83

(c)   Ħażniet

(108)

Sa fejn huma kkonċernati l-ħażniet, il-maġġoranza l-kbira tal-produzzjoni ssir bħala reazzjoni għall-ordnijiet. Għalhekk, filwaqt li l-livell tal-ħażniet tal-produtturi fil-kampjun naqas b’mod sinifikanti fl-2009, iżda żdied, bi fluttwazzjoni żgħira fl-2010 sal-PIR kważi sal-livell tal-2008, huwa meqjus li f’dan il-każ il-ħażniet ma kinux indikatur rilevanti tal-ħsara.

Produtturi fil-kampjun

2008

2009

2010

PIR

Ħażna tal-għeluq (tunnellati)

106 078

82 788

107 490

104 184

indiċi

100

78

101

98

(d)   Volum tal-bejgħ

(109)

Il-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas b’21 % bejn l-2008 u l-PIR. Wara li naqas bi 42 % fl-2009, il-volum tal-bejgħ reġa’ żdied b’21 punt perċentwali sal-PIR. Dan l-iżvilupp huwa konformi mal-evoluzzjoni tal-konsum fis-suq tal-Unjoni, li naqas bi 48 % fl-2009 bħala riżultat tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u beda jirkupra wara.

L-industrija tal-Unjoni

2008

2009

2010

PIR

Bejgħ lil partijiet mhux relatati fl-Unjoni (tunnellati)

1 445 070

841 514

1 060 349

1 135 572

Indiċi

100

58

73

79

(e)   Sehem fis-suq

(110)

L-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid is-sehem fis-suq tagħha bil-mod mill-2008 sal-PIR. Din iż-żieda hija l-aktar dovuta għall-miżuri anti-dumping li huma fis-seħħ kontra l-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-2009 ’l hawn. Is-sehem fis-suq hawn taħt huwa s-sehem tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni, kemm għall-klijenti mhux relatati kif ukoll dawk relatati, fl-Unjoni bħala perċentwal tal-konsum tal-Unjoni.

L-industrija tal-Unjoni

2008

2009

2010

PIR

Sehem fis-suq

70,2  %

78,7  %

84,5  %

85,2  %

Indiċi

100

112

120

121

(f)   Tkabbir

(111)

Bejn l-2008 u l-PIR, meta l-konsum tal-Unjoni naqas b’34 %, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’21 % biss. L-industrija tal-Unjoni għalhekk kisbet aktar sehem fis-suq, filwaqt li l-importazzjonijiet mir-Russja u l-Ukraina tilfu 0,6 % matul l-istess perjodu.

(g)   Impjiegi

(112)

Il-livell tal-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 8 % bejn l-2008 u l-PIR. It-tnaqqis beda fl-2009, kompla fl-2010, iżda fil-PIR reġa’ żdied bi 11 % meta mqabbel mal-2010. Dan juri li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tadatta għas-sitwazzjoni ġdida tas-suq.

L-industrija tal-Unjoni

2008

2009

2010

PIR

Impjiegi

14 456

13 131

12 073

13 368

indiċi

100

91

84

92

(h)   Produttività

(113)

Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala output għal kull ekwivalenti għal full time (“FTE”) impjegat kull sena, kienet voltatili matul il-perjodu kkunsidrat.

L-industrija tal-Unjoni

2008

2009

2010

PIR

Produttività tunnellati għal kull impjegat

240,7

150,8

221,6

218,2

indiċi

100

63

92

91

(i)   Kobor tal-marġni tad-dumping

(114)

Fid-dawl tal-volum globali tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, l-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni tal-kobor tal-marġnijiet reali tad-dumping ma jistax jitqies negliġibbli.

7.3.   Dejta relatata mal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(a)   Prezzijiet tal-bejgħ u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet domestiċi

(115)

Il-prezzijiet tal-bejgħ għal kull unità tal-industrija tal-Unjoni naqsu bi 13 % bejn l-2008 u l-PIR. Il-prezzijiet żdiedu ftit fl-2009 qabel ma naqsu bi 17 % fl-2010. Fil-PIR il-prezzijiet telgħu ftit meta mqabbla mal-2010. Dan l-iżvilupp fil-prezzijiet huwa marbut mal-fatt li l-2008 kienet sena b’domanda għolja ħafna u prezzijiet għoljin tal-materja prima li jirriżultaw fi prezzijiet ta’ bejgħ ogħla. L-effetti ta’ dan kienu għadhom jistgħu jinħassu fl-ewwel parti tal-2009. Mit-tieni parti tal-2009, id-domanda naqset b’mod sinifikanti u l-prezzijiet waqfu jsegwu t-tendenza tal-prezzijiet dejjem jonqsu tal-materja prima. Fil-PIR it-tnaqqis tal-prezzijiet deher li kien waqaf.

Produtturi fil-kampjun

2008

2009

2010

PIR

Prezz tal-bejgħ medju għal kull unità fl-UE (EUR/tunnellata)

1 286

1 300

1 086

1 115

Indiċi

100

101

84

87

(b)   Salarji

(116)

Bejn l-2008 u l-PIR, is-salarju medju għal kull FTE naqas bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, ma għandha ssir l-ebda konklużjoni sinifikanti.

(c)   Investimenti u abbiltà li jinkiseb il-kapital

(117)

L-investimenti fl-SPT żdiedu b’24 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-investimenti kienu sinifikanti u kienu jammontaw għal aktar minn EUR 100 miljun fil-PIR. L-SPT hija industrija li tuża kapital kbir li teħtieġ investimenti sinifikanti fil-linji tal-produzzjoni sabiex tibqa’ kompetittiva. L-investigazzjoni żvelat li l-investimenti saru biex tinżamm il-kapaċità tal-produzzjoni fil-livell attwali tagħha u mhux bl-iskop li jiżdied il-volum tal-produzzjoni. Instab ukoll li l-produtturi fil-kampjun ma ffaċċjawx diffikultajiet fil-kisba tal-kapital matul il-perjodu kkunsidrat.

Produtturi fil-kampjun

2008

2009

2010

PIR

Investimenti (EUR 1 000 )

83 334

91 330

101 775

103 635

indiċi

100

110

122

124

(d)   Profitabbiltà fis-suq tal-Unjoni

(118)

Għalkemm il-profitabbiltà naqset b’66 % matul il-perjodu kkunsidrat, il-produtturi fil-kampjun irnexxielhom jiksbu profitti matul il-perjodu kkunsidrat kollu. Il-profitti miksuba mill-2008 sal-PIR kienu ’l fuq mill-profitt immirat ta’ 3 % stabbilit fl-investigazzjoni l-aktar reċenti. Is-sena 2008 kienet sena tajba ħafna bi profitti għoljin. Fl-2009, u fl-2010 wkoll, il-profitabbiltà naqset b’50 % meta mqabbla mas-sena preċedenti, iżda fil-PIR il-profitabbiltà reġgħet żdiedet b’35 % meta mqabbla mal-2010 u kienet ta’ 6,6 %. L-industrija tal-Unjoni rnexxielha tadatta mad-domanda mnaqqsa fl-UE u ġiet megħjuna mid-domanda globali kontinwa għall-produtturi fil-kampjun li permezz tagħha setgħu jnaqqsu l-ispejjez fissi. It-tnaqqis fil-profitabbiltà wara l-2008 huwa spjegat bit-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku li rriżulta fi tnaqqis sinifikanti tad-domanda, tnaqqis fil-prezzijiet u tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni li kellu impatt negattiv fuq il-kost tal-produzzjoni.

Produtturi fil-kampjun

2008

2009

2010

PIR

Profitabbiltà fis-suq tal-Unjoni (%)

19,7  %

9,6  %

4,9  %

6,7  %

indiċi

100

49

25

34

(e)   Redditu fuq l-investimenti

(119)

Ir-redditu fuq l-investimenti (RFI), espress bħala l-profitt totali ġġenerat mill-attività tal-SPT bħala perċentwal tal-valur nett fil-kotba tal-assi direttament u indirettament relatati mal-produzzjoni tal-SPT, b’mod wiesa’ segwa t-tendenzi ta’ profitabbiltà ta’ hawn fuq matul il-perjodu kkunsidrat kollu u baqa’ pożittiv matul il-perjodu kkunsidrat kollu. Ir-RFI naqas bi 80 % matul il-perjodu kkunsidrat iżda reġa’ żdied fil-PIR b’50 % meta mqabbel mal-2010.

Produtturi fil-kampjun

2008

2009

2010

PIR

RFI (%)

30  %

7  %

4  %

6  %

indiċi

100

23

13

20

(f)   Fluss tal-flus

(120)

Is-sitwazzjoni tal-fluss tal-flus iddeterjorat b’mod sinifikanti bejn l-2008 u l-PIR, għax naqset bi 93 %. It-tendenza tal-fluss tal-flus ma evolvietx b’mod konformi mat-tendenza tal-profitabbiltà u dan jista’ jiġi spjegat permezz tal-kost tad-deprezzament, li huwa tipikament għoli għal din l-industrija li tuża kapital kbir.

Produtturi fil-kampjun

2008

2009

2010

PIR

Fluss tal-flus (EUR 1 000 )

466 198

345 152

45 562

33 614

indiċi

100

74

10

7

(g)   Irkupru mill-effetti tad-dumping fl-imgħoddi

(121)

Filwaqt li l-indikaturi eżaminati hawn fuq juru li l-industrija tal-Unjoni batiet mit-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku minħabba li naqsu l-volum tal-bejgħ, il-volum tal-produzzjoni, ir-RFI u l-fluss tal-flus, dawn jindikaw ukoll li l-industrija tal-Unjoni adattat it-tagħmir tal-produzzjoni tagħha biex taffaċċja aħjar l-ambjent ekonomiku ġdid u tkun tista’ tieħu l-opportunitajiet fis-swieq tal-Unjoni u mhux tal-Unjoni, b’mod partikolari f’segmenti fejn jistgħu jinkisbu marġnijiet għoljin. It-titjib fis-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, wara l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping fl-2006 kontra l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u fl-2009 kontra l-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, juri li l-miżuri huma effettivi u li l-industrija tal-Unjoni rkuprat mill-effetti tal-prattiki ta’ dumping fl-imgħoddi, għalkemm ma għadhiex tilħaq il-livell ta’ profitabbiltà tal-2008.

7.4.   Konklużjoni

(122)

Għalkemm il-konsum naqas b’34 %, l-industrija tal-Unjoni irnexxielha żżid is-sehem fis-suq tagħha, u l-volum tal-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ naqsu inqas mill-konsum. F’termini ta’ profitabbiltà, l-industrija tal-Unjoni għamlet profitt matul il-perjodu kkunsidrat kollu. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, wieħed jista’ jikkonkludi li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx ħsara materjali matul il-perjodu kkunsidrat.

8.   POSSIBBILTÀ TAR-RIKORRENZA TAL-ĦSARA

(123)

Kif spjegat fil-premessi 69, 70, 77 u 78, il-produtturi esportaturi fir-Russja u l-Ukraina għandhom il-potenzjal li jżidu sostanzjalment il-volum tal-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni billi jużaw il-kapaċità żejda disponibbli ta’ madwar 1 750 000 tunnellata, li hija ekwivalenti għall-konsum totali tal-Unjoni. Il-kapaċità totali tal-produtturi esportaturi fir-Russja u l-Ukraina tammonta għal 5 500 000 tunnellata. Għalhekk mhuwiex probabbli li kwantitajiet sostanzjali ta’ SPT mir-Russja u l-Ukraina jippenetraw is-suq tal-Unjoni biex jerġgħu jiksbu s-sehem fis-suq mitluf minħabba d-dazju anti-dumping fis-seħħ u jżiduh aktar jekk il-miżuri jiġu revokati.

(124)

Kif ġie enfasizzat fil-premessa 95, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-Russja u l-Ukraina nstabu li kienu baxxi u inqas mill-prezzijiet tal-UE. Dawn il-prezzijiet baxxi x’aktarx ikomplu jkunu mitluba. Tassew li fil-każ tal-Ukraina, kif huwa indikat fil-premessa 80, il-prezzijiet jistgħu saħansitra jonqsu aktar. Imġiba tal-prezzijiet bħal din, flimkien mal-kapaċità tal-esportaturi f’dawn il-pajjiżi li jwasslu kwantitajiet sinifikanti tal-prodott ikkonċernat lis-suq tal-Unjoni, għandu jkollha, fil-probabbiltà kollha, effett ’l isfel fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, b’impatt negattiv mistenni fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Kif muri hawn fuq, il-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni hija marbuta mill-qrib mal-livell tal-prezz fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk huwa probabbli li jekk l-industrija tal-Unjoni kienet esposta għal aktar volumi ta’ importazzjonijiet mir-Russja u l-Ukraina bi prezzijiet oġġett ta’ dumping, dan jirriżulta fid-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha kif instab fl-investigazzjoni l-aktar reċenti. Fuq din il-bażi, huwa konkluż li r-revoka tal-miżuri kontra l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Russja u l-Ukraina x’aktarx tirriżulta fir-rikorrenza ta’ ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

(125)

Huwa importanti li jiġi mfakkar li miżuri anti-dumping ġew imposti fl-2006 biex jinnewtralizzaw id-dumping ta’ ħsara kkawżat minn importazzjonijiet minn, fost oħrajn, il-Kroazja, ir-Russja u l-Ukraina. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika bis-sħiħ minn dawn il-miżuri billi l-ishma fis-suq ta’ dawn il-pajjiżi ġew sostitwiti b’importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx. Dan żgur li kellu effett ta’ restrizzjoni tal-irkupru tal-industrija tal-Unjoni sal-mument meta ġew imposti miżuri kontra ċ-Ċina fl-2009. Għalhekk jista’ jiġi konkluż li l-irkupru tal-industrija tal-industrija tal-Unjoni mid-dumping tal-imgħoddi ma jistax jitqies komplut u li l-industrija tal-Unjoni tibqa’ vulnerabbli għall-effett ta’ ħsara possibbilment ikkawżat mill-preżenza ta’ kwantitajiet sostanzjali ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni.

(126)

Sa fejn għandha x’taqsam il-Kroazja u kif indikat fil-premessa 60, l-impjant uniku qiegħed għall-bejgħ, il-produzzjoni waqfet kompletament u mhuwiex probabbli li terġa’ tibda dalwaqt. Barra minn hekk, minħabba l-volumi negliġibbli esportatati lejn l-Unjoni, anke jekk terġa’ tinbeda l-produzzjoni dalwaqt, mhuwiex probabbli li l-volum li jista’ jiġi esportat lejn l-Unjoni jilħaq il-volumi esportati fl-imgħoddi.

(127)

Għalhekk, fid-dawl tal-esportazzjonijiet negliġibbli fil-perjodu kkunsidrat u l-fatt li l-produzzjoni waqfet kompletament wara l-PIR, huwa konkluż li r-revoka tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Kroazja wisq probabbli ma tirriżultax fir-rikorrenza ta’ ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

9.   INTERESS TAL-UNJONI

9.1.   Introduzzjoni

(128)

B’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti kontra r-Russja u l-Ukraina jkunux kontra l-interess tal-Unjoni kollha kemm hi. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti. Għandu jiġi mfakkar li, fl-investigazzjonijiet preċedenti, l-adozzjoni ta’ miżuri ma kinitx ikkunsidrata li tmur kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li l-investigazzjoni preżenti hija reviżjoni, li b’hekk tanalizza sitwazzjoni li fiha l-miżuri tal-anti-dumping diġà kienu fis-seħħ, jippermetti l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe impatt negattiv mhux xieraq fuq il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri tal-anti-dumping eżistenti.

(129)

Fuq din il-bażi, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet fuq il-probabbiltà tar-rikorrenza ta’ dumping ta’ ħsara, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li żżomm miżuri kontra l-importazzjoni li joriġinaw mir-Russja u l-Ukraina f’dan il-każ partikolari.

9.2.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(130)

L-industrija tal-Unjoni wriet li hija industrija strutturalment vijabbli. Dan kien ikkonfermat mill-iżvilupp pożittiv tas-sitwazzjoni ekonomika tagħha osservat matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod partikolari, il-fatt li l-industrija tal-Unjoni żiedet is-sehem fis-suq tagħha matul il-perjodu kkunsidrat huwa indikatur qawwi li l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tadatta għaċ-ċirkostanzi tas-suq li nbidlu. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni baqgħet tagħmel profitt matul il-perjodu kkunsidrat.

(131)

Wieħed jista’ raġonevolment jistenna li l-industrija tal-Unjoni tkompli tibbenefika jekk il-miżuri jinżammu. L-impożizzjoni ta’ miżuri se tippermetti lill-industrija tal-Unjoni żżid il-volum tal-bejgħ u l-livell tal-profitt tagħha biex tippermetti investiment kontinwu fil-faċilitajiet tal-produzzjoni tagħha. Jekk il-miżuri kontra l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Russja u l-Ukraina ma jinżammux, huwa probabbli li l-industrija tal-Unjoni terġa’ ġġarrab ħsara mill-importazzjonijiet li żdiedu bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn dawn il-pajjiżi u li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha tiddeterjora.

9.3.   Interess tal-importaturi

(132)

Huwa mfakkar li fl-investigazzjonijiet preċedenti nstab li l-impatt tal-impożizzjoni ta’ miżuri ma jkunx sinifikanti għall-importaturi. Kif indikat fil-premessa 18, tliet importaturi wieġbu l-kwestjonarju u kkooperaw bis-sħiħ f’din l-investigazzjoni. Huma indikaw li l-miżuri kienu qed jgħollu l-prezzijiet. Madankollu, billi l-investigazzjoni wriet li l-importaturi li kkooperaw iġibu l-SPT minn bosta fornituri minn ħafna pajjiżi differenti u li l-prezzijiet kienu f’livelli kompetittivi, l-impatt possibbli ta’ kontinwazzjoni tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet mir-Russja u l-Ukraina se jkun limitat.

(133)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li l-miżuri attwali fis-seħħ ma kellhomx effett sostanzjali negattiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-importaturi u li t-tkomplija tal-miżuri ma taffettwahomx b’mod ħażin.

9.4.   Interess tal-utenti

(134)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli jidher li s-sehem tal-SPT fl-ispejjez tal-produzzjoni tal-utenti huwa pjuttost baxx. L-SPT huma ġeneralment parti minn proġetti akbar (bojlers, katusi, kostruzzjoni) li minnhom jifformaw biss parti limitata. L-impatt possibbli tat-tkomplija tal-miżuri jista’, għalhekk, ma jkunx sinifikanti.

(135)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-utenti kollha magħrufa. Kif imsemmi fil-premessa 18, utent wieħed biss ikkoopera f’din l-investigazzjoni. Dan indika li ma ġarrabx ħsara minħabba l-eżistenza tal-miżuri peress li sorsi oħra kienu disponibbli u li l-SPT ma kinux jirrappreżentaw sehem sinifikanti tal-ispiża tal-produzzjoni tiegħu. F’dan il-kuntest, ġie konkluż li minħabba l-inċidenza negliġibbli tal-ispiża tal-SPT fuq l-industriji tal-utenti u l-eżistenza ta’ sorsi ta’ provvista oħrajn disponibbli, il-miżuri fis-seħħ ma għandhomx effett sinifikanti fuq l-industrija tal-utenti.

9.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(136)

Minħabba dak imsemmi hawn fuq, huwa konkluż li ma hemm l-ebda raġunijiet konvinċenti kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping attwali.

10.   MIŻURI KONTRA D-DUMPING

(137)

Il-partijiet kollha ġew infurmati dwar il-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom huwa maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-Russja u l-Ukraina u li jintemmu fir-rigward tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Kroazja. Ingħataw ukoll perjodu biex jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar.

(138)

Esportatur Russu wieħed talab u ngħata seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta. Dak l-esportatur argumenta li l-Kummissjoni b’mod mhux korrett ikkonkludiet li ma kkooperax fl-investigazzjoni. Dan l-esportatur kien ippreżenta ruħu bħala parti interessata u pprovda lill-Kummissjoni żewġ sottomissjonijiet, l-aktar relatati mal-ħsara, li tqiesu b’mod xieraq mill-Kummissjoni. Madankollu, dak l-esportatur ma weġibx il-kwestjonarju anti-dumping u ma pprovda l-ebda informazzjoni fir-rigward tal-prezz tal-esportazzjoni tiegħu. Għalhekk il-Kummissjoni ma kellha l-ebda għażla oħra ħlief li tikkalkula l-valur normali fir-rigward tar-Russja fuq il-bażi tal-aħjar fatti disponibbli. L-użu ta’ din il-metodoġija ma ġiex ikkontestat minn dak l-esportatur. F’dawn iċ-ċirkostanzi dan l-esportatur ma jistax jitqies li kkoopera bis-sħiħ fl-investigazzjoni.

(139)

L-istess esportatur iddikjara wkoll li l-iżvelar kien vag, kontradittorju u mhux motivat biżżejjed. Madankollu, din it-talba ma kinitx sostanzjata.

(140)

Esportatur Russu ieħor argumenta li l-importazzjonijiet mir-Russja għandhom jitqiesu b’mod separat minn dawk tal-Ukraina. Madankollu, fl-investigazzjoni l-aktar reċenti, l-importazzjonijiet mir-Russja u l-Ukraina ġew ivvalutati b’mod kumulattiv (flimkien mal-importazzjonijiet mill-Kroazja). Billi l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku għadhom issodisfati fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-Russja u l-Ukraina, l-effetti ta’ tali importazzjonijiet ġew ivvalutati b’mod kumulattiv kif stabbilit fil-premessi minn (88) sa (92). L-ebda argument ma ġie ppreżentat li jista’ jiġġustifika bidla fil-metodoloġija f’dan ir-rigward.

(141)

Bosta partijiet interessati argumentaw li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma tirrikjedix iż-żamma tal-miżuri għax ir-rikorrenza ta’ ħsara mhijiex probabbli. Madankollu, ma tressaq l-ebda argument ġdid li jista’ jwassal għal konklużjoni differenti fir-rigward tar-rikorrenza tal-ħsara kif stabbilit fil-premessi minn 123 sa 127 hawn fuq.

(142)

Ġie argumentat ukoll minn bosta partijiet interessati li ż-żmien twil li fih baqgħu fis-seħħ il-miżuri mhuwiex ġustifikat u wasal iż-żmien li jiskadu. F’dan ir-rigward għandu jiġi mfakkar li din hija l-ewwel reviżjoni ta’ skadenza li tikkonċerna l-ambitu attwali tal-prodott. Il-miżuri fir-rigward ta’ dan l-ambitu tal-prodott ilhom fis-seħħ biss mill-2006, u dan ma jistax jitqies bħala tul ta’ żmien mhux ġustifikat. Il-miżuri kienu tassew fis-seħħ bejn l-1997 u l-2004 fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-Russja u bejn l-2000 u l-2004 fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Kroazja u l-Ukraina, iżda dawn il-miżuri kienu jikkonċernaw ambitu ħafna iżgħar tal-prodott. Fi kwalunkwe każ, billi nstab f’din l-investigazzjoni li l-kundizzjoijiet fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku ġew issodisfati għat-tkomplija tal-miżuri, il-fatt li l-miżuri setgħu kienu fis-seħħ għal bosta snin huwa irrilevanti.

(143)

Fl-aħħar nett ġie ddikjarat li l-importazzjonijiet mir-Russja huma trattati b’mod differenti mill-importazzjonijiet mill-Belarus u l-Kroazja, u dan jista’ jitqies diskriminatorju. Din id-dikjarazzjoni ma tirriflettix ir-realtà għax is-sitwazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-pajjiżi hija kompletament differenti. L-ilment fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Belarus ġie rtirat u l-proċediment imbagħad intemm skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku (20). Wara l-iżvelar, ma ġiet ipprovduta l-ebda indikazzjoni li juru li tali tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni. Fir-rigward tal-Kroazja, kif stabbilit fil-premessi minn 63 sa 65, il-produzzjoni fil-Kroazja twaqqfet.

(144)

Għalhekk jista’ jiġi konkluż li l-kummenti li waslu ma kinux ta’ natura li jbiddlu l-konklużjonijiet ta’ hawn fuq.

(145)

Minn dan ta’ hawn fuq jirriżulta li, kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-SPT, li joriġinaw mir-Russja u l-Ukraina, għandhom jinżammu. Għall-kuntrarju, il-miżuri applikabbli għall-importazzjonijiet mill-Kroazja għandhom jitħallew jiskadu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B’dan huwa impost dazju definittiv tal-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew tal-azzar, bi profil trasversali ċirkulari, ta’ dijametru estern li ma jaqbiżx l-406,4 mm b’Valur Ekwivalenti tal-Karbonju (Carbon Equivalent Value — CEV) li ma jaqbiżx iż-0,86 skont il-formula u l-analiżi kimika tal-Istitut Internazzjonali tal-Iwweldjar (International Institute of Welding - IIW) (21) li bħalissa huma kklassifikati fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM ex 7304 11 00, ex 7304 19 10, ex 7304 19 30, ex 7304 22 00, ex 7304 23 00, ex 7304 24 00, ex 7304 29 10, ex 7304 29 30, ex 7304 31 80, ex 7304 39 58, ex 7304 39 92, ex 7304 39 93, ex 7304 51 89, ex 7304 59 92 u ex 7304 59 93 (22) (kodiċijiet TARIC 7304110010, 7304191020, 7304193020, 7304220020, 7304230020, 7304240020, 7304291020, 7304293020, 7304318030, 7304395830, 7304399230, 7304399320, 7304518930, 7304599230 u 7304599320) u li joriġinaw mir-Russja u l-Ukraina.

2.   Ir-rata tad-dazju definittiv tal-anti-dumping applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji ta’ hawn taħt għandha tkun din li ġejja:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju anti-dumping

%

Kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-Russja

Joint Stock Company Chelyabinsk Tube Rolling Plant u Joint Stock Company Pervouralsky Novotrubny Works

24,1

A741

 

OAO Volzhsky Pipe Plant, OAO Taganrog Metallurgical Works, OAO Sinarsky Pipe Plant u OAO Seversky Tube Works

27,2

A859

 

Il-kumpaniji l-oħra kollha

35,8

A999

L-Ukraina

OJSC Dnepropetrovsk Tube Works

12,3

A742

 

LLC Interpipe Niko Tube u OJSC Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant (Interpipe NTRP)

17,7

A743

 

CJSC Nikopol Steel Pipe Plant Yutist

25,7

A744

 

Il-kumpaniji l-oħra kollha

25,7

A999

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.

4.   Il-proċediment ta’ reviżjoni li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew tal-azzar, bi profil trasversali ċirkulari, ta’ dijametru estern li ma jaqbiżx l-406,4 mm b’Valur Ekwivalenti tal-Karbonju (Carbon Equivalent Value — CEV) li ma jaqbiżx 0,86 skont il-formula u l-analiżi kimika tal-Istitut Internazzjonali tal-Iwweldjar (International Institute of Welding — IIW) li bħalissa huma kklassifikati fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM ex 7304 11 00, ex 7304 19 10, ex 7304 19 30, ex 7304 22 00, ex 7304 23 00, ex 7304 24 00, ex 7304 29 10, ex 7304 29 30, ex 7304 31 80, ex 7304 39 58, ex 7304 39 92, ex 7304 39 93, ex 7304 51 89, ex 7304 59 92 u ex 7304 59 93 u li joriġinaw fil-Kroazja, huwa b’dan terminat.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 322, 25.11.1997, p. 1.

(3)  ĠU L 23, 28.1.2000, p. 78.

(4)  ĠU L 45, 17.2.2000, p. 1.

(5)  ĠU L 246, 20.7.2004, p. 10.

(6)  ĠU L 46, 17.2.2005, p. 7.

(7)  ĠU L 46, 17.2.2005, p. 46.

(8)  ĠU L 300, 17.11.2005, p. 1.

(9)  ĠU L 175, 29.6.2006, p. 4.

(10)  ĠU C 288, 30.11.2007, p. 34.

(11)  Kawża C-191/09 – Interpipe Niko Tube u Interpipe NTRP vs il-Kunsill.

(12)  ĠU L 165, 26.6.2012, p. 1.

(13)  ĠU C 187, 28.6.2011, p. 16.

(14)  ĠU C 223, 29.7.2011, p. 8 u ĠU C 303, 14.10.2011, p. 11.

(15)  Is-CEV għandu jiġi determinat b’konformità mar-Rapport Tekniku, 1967, IIW doc. IX-555-67, ippubblikat mill-Istitut Internazzjonali tal-Iwweldjar (IIW).

(16)  Ara l-premessi 87 u minn 94 sa 99 tar-Regolament (KE) Nru 954/2006.

(17)  Ara l-premessi minn 119 sa 127 tar-Regolament (KE) Nru 954/2006.

(18)  ĠU L 220, 15.8.2008, p. 1.

(19)  ĠU L 262, 6.10.2009, p. 19.

(20)  ĠU L 121, 8.5.2012, p. 36.

(21)  Is-CEV għandu jiġi determinat b’konformità mar-Rapport Tekniku, 1967, IIW doc. IX-555-67, ippubblikat mill-Istitut Internazzjonali tal-Iwweldjar (IIW).

(22)  Kif definit bħalissa fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 tas-27 ta’ Settembru 2011 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1). Il-kopertura tal-prodott hija ddeterminata billi jiġu kkombinati d-deskrizzjoni tal-prodott fl-Artikolu 1(1) u d-deskrizzjoni tal-prodott tal-kodiċi NM korrispondenti meħuda flimkien.


Top