EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0524

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 524/2012 tal- 20 ta’ Ġunju 2012 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni

ĠU L 160, 21.6.2012, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1307

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/524/oj

21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 524/2012

tal-20 ta’ Ġunju 2012

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 142(i) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistabbilixxi lista ta’ skemi ta’ appoġġ li jagħtu dritt għal pagament dirett skont dak ir-Regolament.

(2)

L-Artikolu 129(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jagħti l-possibbiltà lill-Istati Membri ġodda li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja li jagħtu pagament separat għall-frott artab mill-2012. Il-Bulgarija, l-Ungerija u l-Polonja ddeċidew li jużaw dik il-possibiltà.

(3)

Il-pagament separat għall-frott artab mhuwiex elenkat fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Madankollu, min-natura tiegħu stess, dak il-pagament għandu jitqies bħala pagament dirett kif definit fl-Artikolu 2(d) ta’ dak ir-Regolament minħabba li mis-sena kalendarja 2012, dan jissostitwixxi l-pagament transitorju għall-frott artab mogħti skont l-Artikolu 98 ta’ dak ir-Regolament, li huwa elenkat fl-Anness I għal dak ir-Regolament bħala pagament dirett. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 129(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-pagament separat għall-frott artab għandu jingħata skont il-limiti tal-ammonti massimi msemmija fl-Anness XII ta’ dak ir-Regolament li jikkorrispondu għall-pagament għall-frott artab.

(4)

Għal dik ir-raġuni, in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-pagament separat għall-frott artab fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jikkostitwixxi ommissjoni li teħtieġ li tiġi rimedjata.

(5)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Billi l-pagament separat għall-frott artab jista’ jingħata mill-2012, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-entrata li ġejja qed tiddaħħal wara l-entrata “Frott u ħxejjex”:

“Frott u ħxejjex

(l-Artikolu 129(1) ta’ dan ir-Regolament)

Pagament separat għall-frott artab”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.


Top