EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0097

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 97/2012 tas- 6 ta’ Frar 2012 li jemenda għall-164 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida

ĠU L 35, 8.2.2012, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/97/oj

8.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 97/2012

tas-6 ta’ Frar 2012

li jemenda għall-164 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(1) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fil-25 ta’ Jannar 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid żewġ persuni naturali mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. Il-Kumitat iddeċieda wkoll li jemenda annotazzjoni fil-lista.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat biex jirrifletti dan.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

(a)

“Monir Chouka (alias Abu Adam). Data tat-twelid: 30.7.1981. Post tat-twelid: Bonn, il-Ġermanja. Nazzjonalità: (a) Ġermaniża, (b) Marokkina. Numru tal-passaport: 5208323009 (Passaport Ġermaniż maħruġ fil-Belt ta' Bonn, il-Ġermanja fit-2.2.2007, jiskadi fil-1.2.2012). Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali: 5209530116 (Karta tal-identità nazzjonali Ġermaniża maħruġa fil-Belt ta' Bonn, il-Ġermanja fi-21.6.2006, skadiet fl-20.6.2011). Tagħrif ieħor: (a) L-indirizz ta' qabel: Ungartenstraße 6, Bonn, 53229, il-Ġermanja; (b) Assoċat mal-Moviment Iżlamiku tal-Uzbekistan; (c) Ħu Yassin Chouka. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 25.1.2012.”

(b)

“Yassin Chouka (alias Abu Ibraheem). Data tat-twelid: 11.12.1984. Post tat-twelid: Bonn, il-Ġermanja. Nazzjonalità: (a) Ġermaniża, (b) Marokkina. Numru tal-passaport: 5204893014 (Numru tal-passaport Ġermaniż maħruġ fil-Belt ta' Bonn, il-Ġermanja fil-5.10.2000, skada fil-5.10.2005). Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali: 5209445304 (Karta tal-identità nazzjonali Ġermaniża maħruġa fil-Belt ta' Bonn, il-Ġermanja fi-5.9.2005, skadiet fl-4.9.2010). Tagħrif ieħor: (a) L-indirizz ta' qabel: Karl-Barth-Straße 14, Bonn, 53129, il-Ġermanja; (b) Assoċat mal-Moviment Iżlamiku tal-Uzbekistan; (c) Ħu Monir Chouka. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 25.1.2012.”

(c)

“Mevlüt Kar (alias (a) Mevluet Kar, (b) Abu Obaidah, (c) Obeidah Al Turki, (d) Al-Turki, (e) Al Turki Kyosev, (f) Yanal Yusov, (g) Abu Udejf el-Turki, (h) Abu Obejd el-Turki, (i) Abdurrahman Almanci). Data tat-twelid: 25.12.1978. Post tat-twelid: Ludwigshafen, il-Ġermanja. Nazzjonalità: Torka. Numru tal-passaport: TR-M842033, Passaport Tork maħruġ fit-2 ta' Mejju 2002 f'Mainz, il-Ġermanja mill-Konsulat Ġenerali tat-Turkija, skada fl-24 ta' Lulju 2007). Tagħrif ieħor: (a) L-indirizz ta' qabel (sa minn Awwissu 2009): Güngören Merkez Mahallesi Toros Sokak 6/5, Istanbul, it-Turkija; (b) Assoċat mal-Grupp Ġiħad Iżlamiku. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 25.1.2012.”

(2)

L-annotazzjoni “Hani Al-Sayyid Al-Sebai (alias (a) Hani Yousef Al-Sebai, (b) Hani Youssef, (c) Hany Youseff, (d) Hani Yusef, (e) Hani al-Sayyid Al-Sabai, (f) Hani al-Sayyid El Sebai, (g) Hani al-Sayyid Al Siba’i, (h) Hani al-Sayyid El Sabaay, (i) El- Sababt, (j) Abu Tusnin, (k) Abu Akram, (l) Hani El Sayyed Elsebai Yusef, (m) Abu Karim, (n) Hani Elsayed Youssef). Indirizz: Londra, ir-Renju Unit. Data tat-twelid: (a) 1.3.1961, (b) 16.6.1960. Post tat-twelid: Qaylubiyah, l-Eġittu. Nazzjonalità: Eġizzjana.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tinbidel bi:

“Hani Al-Sayyid Al-Sebai Yusif (alias (a) Hani Yousef Al-Sebai, (b) Hani Youssef, (c) Hany Youseff, (d) Hani Yusef, (e) Hani al-Sayyid Al-Sabai, (f) Hani al-Sayyid El Sebai, (g) Hani al-Sayyid Al Siba’i, (h) Hani al-Sayyid El Sabaay, (i) El- Sababt, (j) Abu Tusnin, (k) Abu Akram, (l) Hani El Sayyed Elsebai Yusef, (m) Abu Karim, (n) Hani Elsayed Youssef). Indirizz: Londra, ir-Renju Unit. Data tat-twelid: (a) 1.3.1961, (b) 16.6.1960. Post tat-twelid: Qaylubiyah, l-Eġittu. Nazzjonalità: Eġizzjana. Tagħrif ieħor: Isem il-missier huwa Mohamed Elsayed Elsebai. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 29.9.2005.”


Top