This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0093
Commission Implementing Regulation (EU) No 93/2012 of 3 February 2012 concerning the authorisation of Lactobacillus plantarum (DSM 8862 and DSM 8866) as a feed additive for all animal species Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 93/2012 tat- 3 ta’ Frar 2012 dwar l-awtorizzazzjoni tal- Lactobacillus plantarum (DSM 8862 u DSM 8866) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 93/2012 tat- 3 ta’ Frar 2012 dwar l-awtorizzazzjoni tal- Lactobacillus plantarum (DSM 8862 u DSM 8866) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 33, 4.2.2012, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 25/07/2023; Imħassar b' 32023R1416
4.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 33/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 93/2012
tat-3 ta’ Frar 2012
dwar l-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (DSM 8862 u DSM 8866) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni bħal din. |
(2) |
Ġiet ippreżentata applikazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, għall-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (DSM 8862 u DSM 8866). Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti stipulati fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (DSM 8862 u DSM 8866) bħala addittiv fl-għalf tal-ħnieżer, il-bovini, in-nagħaġ, il-mogħoż u ż-żwiemel, li għandu jiġi klassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”. |
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), fl-opinjoni tagħha tal-11 ta' Ottubru 2011 (2), ikkonkludiet li l-Lactobacillus plantarum (DSM 8862 u DSM 8866) ma għandux effett ta' ħsara fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent meta jintużaw skont il-kondizzjonijiet proposti u li din il-preparazzjoni għandha l-potenzjal li ttejjeb il-produzzjoni tal-ħaxix għall-għalf mill-foraġġ kollu billi tnaqqas il-pH u żżid il-preservazzjoni tal-materja niexfa. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (DSM 8862 u DSM 8866) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-użu ta' dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma' dan ir-Regolament. |
(6) |
Huwa xieraq, li biex tiġi żgurata l-konsistenza, l-approvazzjoni ta’ dan l-addittiv għall-ħnieżer, il-bovini, in-nagħaġ, il-mogħoż u ż-żwiemel tiġi estiża għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, skont l-awtorizzazzjoni preċedenti għall-addittivi simili. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tal-ħaxix għall-għalf”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2011; 9(11):2408.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija ta' annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||
CFU /kg ta' materja friska |
|||||||||||||||||||||||||
Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: additivi tal-ħaxix għall-għalf. |
|||||||||||||||||||||||||
1k20812 |
— |
Lactobacillus plantarum (DSM 8862 u DSM 8866) |
|
L-ispeċi tal-annimali kollha |
— |
— |
— |
|
l-24 ta’ Frar 2022 |
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx