EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012Q0307(02)R(01)

Rettifika għall-Istruzzjonijiet prattiċi lill-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali ( ĠU L 68, 7.3.2012 )

ĠU L 73, 13.3.2012, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/proc_rules/2012/307(2)/corrigendum/2012-03-13/oj

13.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/23


Rettifika għall-Istruzzjonijiet prattiċi lill-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 68 tas-7 ta' Marzu 2012 )

F'paġna 25, it-tielet premessa:

minflok:

“Wara li kkunsidrat li, skont l-Istruzzjonijiet li l-Qorti Ġenerali tat lir-Reġistratur tagħha fil-5 ta’ Lulju 2007 (ĠU L 232, p. 1), kif emendati fis-17 ta’ Mejju 2010 (ĠU L 170, p. 53) u fl-24 ta’ Jannar 2012 (ĠU L 68, p. 23) (iktar ’il quddiem l-“Istruzzjonijiet lir-Reġistratur”), ir-Reġistratur għandu jiżgura li l-atti proċedurali mqiegħda fl-inkartament ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Istatut, tar-Regoli tal-Proċedura u ta’ dawn l-Istruzzjonijiet Prattiċi lill-partijiet (iktar ’il quddiem l-“Istruzzjonijiet Prattiċi”), kif ukoll mal-imsemmija Istruzzjonijiet lir-Reġistratur u, b’mod partikolari, għandu jitlob ir-regolarizzazzjoni tal-atti li ma jkunux konformi u, fin-nuqqas ta’ regolarizzazzjoni, jekk ikun il-każ, għandu jirrifjutahom jekk ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Istatut jew tar-Regoli tal-Proċedura;”,

aqra:

“Wara li kkunsidrat li, skont l-Istruzzjonijiet li l-Qorti Ġenerali tat lir-Reġistratur tagħha fil-5 ta’ Lulju 2007 (ĠU L 232, p. 1), kif emendati fis-17 ta’ Mejju 2010 (ĠU L 170, p. 53) u fl-24 ta’ Jannar 2012 (ĠU L 68, p. 20) (iktar ’il quddiem l-“Istruzzjonijiet lir-Reġistratur”), ir-Reġistratur għandu jiżgura li l-atti proċedurali mqiegħda fl-inkartament ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Istatut, tar-Regoli tal-Proċedura u ta’ dawn l-Istruzzjonijiet Prattiċi lill-partijiet (iktar ’il quddiem l-“Istruzzjonijiet Prattiċi”), kif ukoll mal-imsemmija Istruzzjonijiet lir-Reġistratur u, b’mod partikolari, għandu jitlob ir-regolarizzazzjoni tal-atti li ma jkunux konformi u, fin-nuqqas ta’ regolarizzazzjoni, jekk ikun il-każ, għandu jirrifjutahom jekk ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Istatut jew tar-Regoli tal-Proċedura;”.


Top