This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0822
2012/822/EU, Euratom: Commission Implementing Decision of 19 December 2012 amending Decision 90/179/Euratom, EEC authorising the Federal Republic of Germany to use statistics for years earlier than the last year but one and not to take into account certain categories of transactions or to use certain approximate estimates for the calculation of the VAT own resources base (notified under document C(2012) 9569)
2012/822/UE, Euratom: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Diċembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 90/179/Euratom, KEE li tawtorizza lir-Reġubblika Federali tal-Ġermanja biex tuża statistika għas-snin li jippreċedu l-aħħar sena għajr għal sena waħda u biex ma tikkunsidrax ċerti kategoriji ta’ tranżazzjonijiet jew biex tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (notifikata bid-dokument numru C(2012) 9569)
2012/822/UE, Euratom: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Diċembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 90/179/Euratom, KEE li tawtorizza lir-Reġubblika Federali tal-Ġermanja biex tuża statistika għas-snin li jippreċedu l-aħħar sena għajr għal sena waħda u biex ma tikkunsidrax ċerti kategoriji ta’ tranżazzjonijiet jew biex tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (notifikata bid-dokument numru C(2012) 9569)
ĠU L 352, 21.12.2012, p. 65–66
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
21.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 352/65 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ Diċembru 2012
li temenda d-Deċiżjoni 90/179/Euratom, KEE li tawtorizza lir-Reġubblika Federali tal-Ġermanja biex tuża statistika għas-snin li jippreċedu l-aħħar sena għajr għal sena waħda u biex ma tikkunsidrax ċerti kategoriji ta’ tranżazzjonijiet jew biex tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 9569)
(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(2012/822/UE, Euratom)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir tar-riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 370 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2), l-Istati Membri li, fl-1 ta’ Jannar 1978, intaxxaw it-tranżazzjonijiet elenkati fl-Anness X, Parti A, jistgħu jibqgħu jintaxxaw dawk it-tranżazzjonijiet; għandu jittieħed kont ta’ dawn it-tranżazzjonijiet biex tkun determinata l-bażi tar-riżorsi tal-VAT. |
(2) |
Skont l-Artikolu 371 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Istati Membri li, fl-1 ta’ Jannar 1978, eżentaw it-tranżazzjonijiet elenkati fl-Anness X, Parti B, jistgħu jibqgħu jeżentaw dawk it-tranżazzjonijiet, skont il-kundizzjonijiet li japplikaw fl-Istat Membru kkonċernat f’dik id-data; għandu jittieħed kont ta’ dawn it-tranżazzjonijiet biex tkun determinata l-bażi tar-riżorsi tal-VAT. |
(3) |
B’effett mill-1 ta’ Jannar 1991 il-possibbiltà li kienet tagħti lok lil Stati Membri biex ikomplu jeżentaw tranżazzjonijiet elenkati fil-punt 13 tal-Anness F għas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (3), kienet imwaqqfa permezz tal-Artikolu 1 punt 2(a) tat-Tmintax-il Direttiva tal-Kunsill 89/465/KEE (4); b’konsegwenza, l-awtorizzazzjoni mogħtija b’konnessjoni ma’ din mill-Kummissjoni għar-raġunijiet biex tkun determinata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT għandha titwaqqaf. |
(4) |
Fil-każ tal-Ġermanja, il-Kummissjoni, fuq il-bażi tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89, adottat id-Deċiżjoni 90/179/Euratom, KEE (5) li tawtorizza lill-Ġermanja, b’effett mill-1 ta’ Jannar 1989, biex tuża statistika għas-snin ta’ qabel is-sena ta’ qabel u biex ma tikkunsidrax ċerti kategoriji ta’ tranżazzjonijiet jew biex tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT. |
(5) |
Il-Kummissjoni tistieden lill-Ġermanja biex tivverifika jekk dawk l-awtorizzazzjonijiet mogħtija lill-Ġermanja bl-ebda limitu espliċitu ta’ żmien, kinux għadhom meħtieġa u biex tikkonferma dan lill-Kummissjoni; Il-Ġermanja kkonfermat li awtorizzazzjoni biex ma tikkunsidrax it-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 13 tal-Anness F tas-Sitt Direttiva u li awtorizzazzjoni għall-użu ta’ stimi approssimattivi għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 3 tal-Anness X, il-Parti B tad-Direttiva 2006/112/KE ma kellhiex tintuża; b’konsegwenza, l-awtorizzazzjonijiet mogħtija b’konnessjoni ma’ din mill-Kummissjoni għar-raġunijiet biex tkun determinata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT għandha titwaqqaf. |
(6) |
Għall-finijiet ta’ kjarifika u trasparenza tar-regoli tal-Unjoni, dispożizzjonijiet li skadew jew ma baqgħux fis-seħħ għandhom jitneħħew. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
(1) Artikolu 2 punt 3 tad-Deċiżjoni 90/179/Euratom, KEE b’dan qed jiġi mħassar.
(2) Artikolu 3 punt 3 tad-Deċiżjoni 90/179/Euratom, KEE b’dan qed jiġi mħassar.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Janusz LEWANDOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
(3) ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1.
(4) ĠU L 226, 3.8.1989, p. 21.
(5) ĠU L 99, 19.4.1990, p. 22.