This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0774
2012/774/: Council Decision of 6 December 2012 on the position to be taken on behalf of the European Union within the Stabilisation and Association Council set up by the Stabilisation and Association Agreement between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Republic of Montenegro, of the other part, with regard to the adoption of provisions on the coordination of social security systems
2012/774/: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 6 ta’ Diċembru 2012 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, minn naħa oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali
2012/774/: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 6 ta’ Diċembru 2012 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, minn naħa oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali
ĠU L 340, 13.12.2012, p. 7–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
13.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 340/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-6 ta’ Diċembru 2012
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, minn naħa oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali
(2012/774/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 79(2)(b) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 51 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, minn naħa oħra (1) (il-“Ftehim”), jipprevedi li l-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni għandu, b’deċiżjoni, jadotta d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-prinċipji stabbiliti f’dak l-Artikolu. |
(2) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda, fir-rigward taż-Żona ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, dawn l-Istati Membri mhumiex qed jipparteċipaw fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, u mhumiex marbutin biha jew soġġetti għall-applikazzjoni tagħha. |
(3) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(4) |
Huwa opportun li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali. |
(5) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni għandha għaldaqstant tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, minn naħa oħra (il-“Ftehim”), fir-rigward tal-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali, għandha tiġi bbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Bidliet minuri għal dak l-abbozz tad-deċiżjoni jistgħu jiġu miftiehma mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni mingħajr il-ħtieġa li tiġi adottata deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
S. CHARALAMBOUS
(1) ĠU L 108, 29.4.2010, p. 3.
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru …/… TAL-KUNSILL TA’ STABBILIZZAZZJONI U TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-MONTENEGRO
ta’ …
fir-rigward tal-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali
IL-KUNSILL TA’ STABBILIZZAZZJONI U TA’ ASSOĊJAZZJONI,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, minn naħa oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 51 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 51 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, minn naħa oħra (il-“Ftehim”), jipprevedi l-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali tal-Montenegro u tal-Istati Membri u jistabbilixxi l-prinċipji għal din il-koordinazzjoni. |
(2) |
L-Artikolu 51 tal-Ftehim jipprevedi li l-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni għandu jadotta Deċiżjoni għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-prinċipji stabbiliti f’dak l-Artikolu. |
(3) |
Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, din id-Deċiżjoni ma għandha tagħti l-ebda drittijiet addizzjonali li jirriżultaw minn ċerti fatti jew avvenimenti li jseħħu fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra, fejn dawn il-fatti jew avvenimenti ma jitqisux taħt il-leġiżlazzjoni tal-ewwel Parti Kontraenti, għajr id-dritt ta’ esportazzjoni ta’ ċerti benefiċċji. |
(4) |
Fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, id-dritt tal-ħaddiema Montenegrini għall-benefiċċji tal-familja għandu jkun soġġett għall-kundizzjoni li l-membri tal-familja tagħhom jirresjedu legalment ma’ dawn il-ħaddiema fl-Istat Membru fejn il-ħaddiema huma impjegati. Fejn il-membri tal-familja tagħhom jirresjedu legalment fi Stat Membru ieħor, japplika r-Regolament (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 li jestendi r-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawn ir-Regolamenti unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom (2). Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tagħti xi intitolament għall-benefiċċji familjari fir-rigward tal-membri tal-familji ta’ ħaddiem residenti f’pajjiż li mhux Stat Membru, pereżempju l-Montenegro. |
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1231/2010 diġà jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (3) u tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (4) għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti minn dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom. Ir-Regolament (UE) Nru 1231/2010 diġà jkopri l-prinċipju ta’ aggregazzjoni tal-perjodi ta’ assigurazzjoni miksuba mill-ħaddiema Montenegrini f’bosta Stati Membri fir-rigward tad-dritt għal ċerti benefiċċji, kif stabbilit fl-Artikolu 51(1)(a) tal-Ftehim. |
(6) |
Jista’ jkun hemm bżonn li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali li jikkorrispondu għall-karatteristiċi speċifiċi tal-leġiżlazzjoni tal-Montenegro, sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tar-regoli tal-koordinazzjoni. |
(7) |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali tal-Istati Membri u tal-Montenegro, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Montenegro, kif ukoll bejn il-persuna kkonċernata u l-istituzzjoni tal-Istat kompetenti. |
(8) |
Id-dispożizzjonijiet transitorji għandhom jiġu adottati sabiex iħarsu l-persuni koperti b’din id-Deċiżjoni u sabiex ikun żgurat li ma jitilfu l-ebda dritt b’riżultat tad-dħul fis-seħħ tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
PARTI I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:
(a) |
“Ftehim” tfisser il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, minn naħa oħra; |
(b) |
“Regolament” tfisser ir-Regolament (KE) Nru 883/2004, kif applikabbli fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea; |
(c) |
“Regolament ta’ implimentazzjoni” tfisser ir-Regolament (KE) Nru 987/2009; |
(d) |
“Stat Membru” tfisser Stat Membru tal-Unjoni Ewropea; |
(e) |
“ħaddiem” tfisser:
|
(f) |
“membru tal-familja” tfisser:
|
(g) |
“leġiżlazzjoni” tfisser:
|
(h) |
“benefiċċji” tfisser:
|
(i) |
“benefiċċji esportabbli” tfisser:
|
2. Termini oħra użati f’din id-Deċiżjoni għandu jkollhom it-tifsira assenjata lilhom:
(a) |
fir-rigward tal-Istati Membri, fir-Regolament u fir-Regolament ta’ implimentazzjoni; |
(b) |
b’rabta mal-Montenegro, fil-leġiżlazzjoni rilevanti kif applikabbli fil-Montenegro. |
Artikolu 2
Persuni koperti
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal:
(a) |
ħaddiema li huma ċittadini Montenegrini u li huma, jew li kienu, legalment impjegati fit-territorju ta’ Stat Membru u li huma, jew li kienu, suġġetti għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, u s-superstiti tagħhom; |
(b) |
membri tal-familja tal-ħaddiema msemmija fil-punt (a) bil-kundizzjoni li dawk il-membri tal-familja huma, jew kienu, residenti legalment mal-ħaddiem ikkonċernat waqt li l-ħaddiem ikun impjegat fi Stat Membru; |
(c) |
ħaddiema li huma ċittadini ta’ Stat Membru u li huma, jew li kienu, legalment impjegati fit-territorju tal-Montenegro u li huma, jew li kienu, suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Montenegro, u s-superstiti tagħhom; u |
(d) |
membri tal-familja tal-ħaddiema msemmija fil-punt (c) bil-kundizzjoni li dawk il-membri tal-familja huma, jew kienu, residenti legalment mal-ħaddiem ikkonċernat waqt li l-ħaddiem ikun impjegat fil-Montenegro. |
Artikolu 3
Trattament ugwali
1. Il-ħaddiema li huma ċittadini Montenegrini u li huma impjegati legalment fi Stat Membru u kwalunkwe membru tal-familja tagħhom li jirrisjedi legalment magħhom għandhom igawdu, fir-rigward ta’ benefiċċji skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1)(h), minn trattament ħieles minn kull diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, meta mqabbla maċ-ċittadini tal-Istati Membri fejn dawn il-ħaddiema huma impjegati.
2. Il-ħaddiema li huma ċittadini ta’ Stat Membru u li huma impjegati legalment fil-Montenegro u kwalunkwe membru tal-familja tagħhom li jirrisjedi legalment magħhom għandhom igawdu, fir-rigward ta’ benefiċċji skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1)(h), minn trattament ħieles minn kull diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, meta mqabbla maċ-ċittadini Montenegrini.
PARTI II
RELAZZJONIJIET BEJN L-ISTATI MEMBRI U L-MONTENEGRO
Artikolu 4
Revoka tal-klawsoli ta’ residenza
1. Il-benefiċċji esportabbli, skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1)(i), li għandhom dritt għalihom il-persuni msemmija fl-Artikolu 2(a) u (c), ma għandhom ikunu soġġetti għall-ebda tnaqqis, modifika, sospensjoni, irtirar jew konfiska minħabba li l-benefiċjarju jirrisjedi:
(i) |
għall-fini ta’ benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, fit-territorju tal-Montenegro, jew |
(ii) |
għall-fini ta’ benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni tal-Montenegro, fit-territorju ta’ Stat Membru. |
2. Il-membri tal-familja ta’ ħaddiem imsemmija fl-Artikolu 2(b) għandhom ikunu intitolati għal benefiċċji esportabbli, skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1)(i)(i), bl-istess mod bħall-membri tal-familja ta’ ħaddiem li huwa ċittadin tal-Istat Membru kkonċernat meta dawk il-membri tal-familja jirresjedu fit-territorju tal-Montenegro.
3. Il-membri tal-familja ta’ ħaddiem imsemmija fl-Artikolu 2(d) għandhom ikunu intitolati għal benefiċċji esportabbli, skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1)(i)(ii), bl-istess mod bħall-membri tal-familja ta’ ħaddiem li huwa ċittadin tal-Montenegro meta dawn il-membri tal-familja jirresjedu fit-territorju ta’ Stat Membru.
PARTI III
DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI
Artikolu 5
Kooperazzjoni
1. L-Istati Membri u l-Montenegro għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni kollha dwar il-bidliet fil-leġiżlazzjoni tagħhom li jistgħu jolqtu l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
2. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri u tal-Montenegro għandhom joffru lil xulxin l-aħjar għajnuna li jistgħu u għandhom jaġixxu daqs li kieku qegħdin jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tagħhom stess. Bħala regola, l-għajnuna amministrattiva mogħtija minn dawk l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet għandha tkun bla ħlas. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u tal-Montenegro jistgħu jaqblu li ċerti spejjeż jitħallsu lura.
3. L-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri u tal-Montenegro jistgħu, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, jikkomunikaw direttament ma’ xulxin u mal-persuni involuti jew mar-rappreżentanti tagħhom.
4. L-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn din id-Deċiżjoni għandhom id-dmir ta’ informazzjoni u kooperazzjoni reċiproċi sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni korretta ta’ din id-Deċiżjoni.
5. Il-persuni koperti minn din id-Deċiżjoni għandhom jinfurmaw lill-istituzzjonijiet tal-Istat Membru kompetenti jew tal-Montenegro, fejn dan tal-aħħar huwa l-Istat kompetenti, u tal-Istat Membru ta’ residenza jew tal-Montenegro, fejn dan tal-aħħar huwa l-Istat ta’ residenza, mill-aktar fis possibbli dwar kull tibdil fis-sitwazzjoni personali jew familjari tagħhom li taffettwa d-dritt tagħhom għall-benefiċċji skont din id-Deċiżjoni.
6. In-nuqqas ta’ rispett lejn l-obbligu ta’ informazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 jista’ jirriżulta fl-applikazzjoni ta’ miżuri proporzjonati b’konformità mal-liġi nazzjonali. Madankollu, dawk il-miżuri għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk applikabbli għal sitwazzjonijiet simili skont il-liġi nazzjonali u ma għandhomx jagħmluha impossibbli jew diffiċli żżejjed fil-prattika għal dawk li japplikaw li jeżerċitaw id-drittijiet konferiti lilhom b’din id-Deċiżjoni.
7. L-Istati Membri u l-Montenegro jistgħu jipprevedu dispożizzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-verifika tad-dritt għall-benefiċċji sabiex jitqies il-fatt li l-benefiċjarji jabitaw jew jirresjedu barra t-territorju tal-Istat fejn tinsab l-istituzzjoni debitriċi. Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, ħielsa minn kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità u għandhom ikunu skont il-prinċipji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. Tali dispożizzjonijiet għandhom jiġu notifikati lill-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni.
Artikolu 6
Kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi
1. Dan l-Artikolu għandu japplika għall-persuni msemmija fl-Artikolu 2, li jirċievu benefiċċji esportabbli, fit-tifsira tal-Artikolu 1(1)(i), kif ukoll għall-istituzzjonijiet responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
2. Fejn benefiċjarju jew applikant għall-benefiċċji, jew membru tal-familja ta’ dik il-persuna, jabita jew jirrisjedi fit-territorju ta’ Stat Membru meta l-istituzzjoni debitriċi tkun qiegħda fil-Montenegro, jew jabita jew jirrisjedi fil-Montenegro meta l-istituzzjoni debitriċi tkun qiegħda fi Stat Membru, l-eżami mediku għandu jsir, fuq it-talba tal-istituzzjoni debitriċi, mill-istituzzjoni tal-post ta’ abitazzjoni jew ta’ residenza tal-benefiċjarju, skont il-proċeduri stabbiliti mil-leġiżlazzjoni applikata minn dik l-istituzzjoni.
L-istituzzjoni debitriċi għandha tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta’ abitazzjoni jew ta’ residenza dwar kwalunkwe ħtieġa speċjali li għandha tiġi segwita u, jekk meħtieġ, bil-punti li jridu jiġu koperti mill-eżami mediku.
L-istituzzjoni tal-post ta’ abitazzjoni jew ta’ residenza għandha tgħaddi rapport lill-istituzzjoni debitriċi li tkun talbet l-eżami mediku.
L-istituzzjoni debitriċi żżomm id-dritt li teżamina lill-benefiċjarju minn tabib tal-għażla tagħha, jew fit-territorju fejn il-beneficjarju jew l-applikant ta’ benefiċċji jabita jew jirrisjedi jew fil-pajjiż fejn tinsab l-istituzzjoni debitriċi. Madankollu, il-benefiċjarju jista’ jintalab li jirritorna fl-Istat Membru tal-istituzzjoni debitriċi biss fejn huwa jew hija j/tista’ jagħmel il-vjaġġ mingħajr ma dan ikun ta’ dannu għal saħħtu/saħħitha u fejn l-ispiża tal-vjaġġ u tal-akkomodazzjoni titħallas mill-istituzzjoni debitriċi.
3. Fejn benefiċjarju jew applikant għall-benefiċċji, jew membru tal-familja ta’ dik il-persuna, jabita jew jirrisjedi fit-territorju ta’ Stat Membru meta l-istituzzjoni debitriċi tkun tinsab fil-Montenegro, jew jabita jew jirrisjedi fil-Montenegro meta l-istituzzjoni debitriċi tkun tinsab fi Stat Membru, il-kontroll amministrattiv għandu jsir, fuq it-talba tal-istituzzjoni debitriċi, mill-istituzzjoni tal-post ta’ abitazzjoni jew ta’ residenza tal-benefiċjarju.
L-istituzzjoni tal-post ta’ abitazzjoni jew ta’ residenza għandha tressaq rapport lill-istituzzjoni debitriċi li talbet il-kontroll amministrattiv.
L-istituzzjoni debitriċi żżomm id-dritt li tinkariga professjonist biex jeżamina s-sitwazzjoni tal-benefiċjarju. Madankollu, il-benefiċjarju jista’ jintalab li jirritorna fl-Istat Membru tal-istituzzjoni debitriċi biss fejn huwa jew hija j/tista’ jagħmel il-vjaġġ mingħajr ma dan ikun ta’ dannu għal saħħtu/saħħitha u fejn l-ispiża tal-vjaġġ u tal-akkomodazzjoni titħallas mill-istituzzjoni debitriċi.
4. Stat Membru wieħed jew aktar u l-Montenegro jistgħu jaqblu fuq id-dispożizzjonijiet amministrattivi, wara li jkunu infurmaw b’dan lill-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni.
5. Bħala eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ għajnuna amministrattiva reċiproka mingħajr ħlas stabbilit fl-Artikolu 5(2) ta’ din id-Deċiżjoni, l-ammont effettiv tal-ispejjeż tal-kontrolli msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandu jitħallas lura lill-istituzzjoni li ntalbet twettaqhom mill-istituzzjoni debitriċi li talbithom.
Artikolu 7
Applikazzjoni tal-Artikolu 129 tal-Ftehim
L-Artikolu 129 tal-Ftehim għandu japplika fil-każ li kwalunkwe waħda mill-Partijiet tqis li l-Parti l-oħra ma kkonformatx mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6.
Artikolu 8
Dispożizzjonijiet speċjali għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Montenegro
Il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni jista’, jekk meħtieġ, jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċjali għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Montenegro fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 9
Proċeduri amministrattivi li jinsabu fil- ftehimiet bilaterali eżistenti
Il-proċeduri amministrattivi li jinsabu fil-ftehimiet bilaterali eżistenti bejn Stat Membru u l-Montenegro jistgħu jkomplu japplikaw b’kundizzjoni li dawk il-proċeduri ma jaffettwawx b’mod negattiv id-drittijiet jew l-obbligi tal-persuni kkonċernati, kif stabbilit f’din id-Deċiżjoni.
Artikolu 10
Ftehimiet li jissupplimentaw il-proċeduri amministrattivi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni
Stat Membru wieħed jew aktar u l-Montenegro jistgħu jikkonkludu ftehimiet maħsuba biex jissupplimentaw il-proċeduri amministrattivi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, speċjalment fir-rigward tal-prevenzjoni u tal-ġlieda kontra l-frodi u l-iżbalji.
PARTI IV
DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI
Artikolu 11
Dispożizzjonijiet transitorji
1. L-ebda dritt ma jista’ jinkiseb skont din id-Deċiżjoni għall-perijodu qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tagħha.
2. Soġġett għall-paragrafu 1, għandu jinkiseb dritt skont din id-Deċiżjoni anki jekk dan jirreferi għall-kontinġenza li tqum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tagħha.
3. Kull benefiċċju li ma ngħatax jew li ġie sospiż minħabba raġuni ta’ nazzjonalità jew post ta’ residenza tal-persuna kkonċernata għandu, fuq talba ta’ dik il-persuna, jingħata jew jitkompla b’effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, sakemm id-drittijiet li wasslu għall-benefiċċji li ngħataw qabel ma rriżultawx fi ħlas ta’ somma waħda f’daqqa.
4. Jekk talba, kif imsemmi fil-paragrafu 3, titressaq fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, id-drittijiet miksuba b’konformità ma’ din id-Deċiżjoni għandu jkollhom effett minn dik id-data, u l-leġiżlazzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru jew tal-Montenegro dwar ir-rinunzja jew il-limitazzjoni tad-drittijiet ma tistax tkun invokata kontra l-persuni kkonċernati.
5. Jekk talba, kif imsemmi fil-paragrafu 3, titressaq wara li jiskadi l-perijodu ta’ sentejn, imsemmi fil-paragrafu 4, id-drittijiet li ma jkunux intilfu jew li ma jkunux miżmuma biż-żmien għandu jkollhom effett mid-data li fiha tkun saret it-talba, suġġett għal kwalunkwe dispożizzjoni aktar favorevoli skont il-leġiżlazzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru jew tal-Montenegro.
Artikolu 12
Annessi għal din id-Deċiżjoni
1. L-Annessi għal din id-Deċiżjoni jikkostitwixxu parti integrali minnha.
2. Fuq talba tal-Montenegro jew tal-Unjoni Ewropea, l-Annessi jistgħu jkunu emendati b’deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi …, …
Għall-Kunsill ta’ Stabilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni
Il-President
(1) ĠU L 108, 29.4.2010, p. 3.
(2) ĠU L 344, 29.12.2010, p. 1.
(4) ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.
ANNESS I
LISTA TA’ BENEFIĊĊJI SPEĊJALI FI FLUS KONTANTI MHUX KONTRIBUTORJI, TAL-MONTENEGRO
ANNESS II
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-APPLIKAZZJONI TAL-LEĠIŻLAZZJONI TAL-MONTENEGRO