Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0650

    2012/650/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Ottubru 2012 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE rigward l-inklużjoni ta’ Curaçao u Sint Maarten fil-lista ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem huma permessi u t-tħassir l-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi minn dik il-lista (notifikata bid-dokument numru C(2012) 7147) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 288, 19.10.2012, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R0626

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/650/oj

    19.10.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 288/13


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-17 ta’ Ottubru 2012

    li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE rigward l-inklużjoni ta’ Curaçao u Sint Maarten fil-lista ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem huma permessi u t-tħassir l-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi minn dik il-lista

    (notifikata bid-dokument numru C(2012) 7147)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2012/650/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti li joriġinaw mill-annimali. B’mod partikolari, jistipula li prodotti li joriġinaw mill-annimali għandhom jiġu importati biss minn pajjiż terz jew parti ta’ pajjiż terz li jidher fuq il-lista mfassla u aġġornata skont dak ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jipprovdi li, fit-tfassil u l-aġġornamenti ta’ listi bħal dawn, għandhom jitqiesu l-verifiki min-naħa tal-Unjoni f’pajjiżi terzi u l-garanziji min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi fir-rigward tal-konformità jew l-ekwivalenza mal-liġi tal-Unjoni dwar l-għalf u l-ikel u regoli dwar saħħet l-annimali kif speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-benessri tal-annimali (2).

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE tas-6 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi tal-ibħra u prodotti tas-sajd huma permessi (3), telenka dawk il-pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kriterji msemmija fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 u li għaldaqstant huma f’pożizzjoni li jiggarantixxu li l-esportazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti jissodisfaw il-kundizzjonijiet sanitarji stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni biex titħares saħħet il-konsumaturi u jistgħu skont dan jiġu esportati lejn l-Unjoni. B’mod partikolari, l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi u territorji li minnhom huma permessi l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem, ħlief molluski bivalvi, ekinodermi, tunikat u gastropodi tal-baħar ħajjin, iffriżati jew ipproċessati.

    (4)

    Il-pajjiż awtonomu tal-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi bħalissa huwa inkluż fil-lista fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE bħala pajjiż terz li minnu l-importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem huma permessi.

    (5)

    Wara r-riforma interna tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, effettiva sa mill-10 ta’ Ottubru 2010, l-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi ma baqax jeżisti bħala pajjiż awtonomu fi ħdan dak ir-Renju. Fl-istess data, Curaçao u Sint Maarten kisbu l-istatus ta’ pajjiżi awtonomi fi ħdan ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, filwaqt li Bonaire, Sint Eustatius u Saba saru muniċipalitajiet speċjali tal-parti Ewropea tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi. Huwa għalhekk xieraq li titħassar l-annotazzjoni għall-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi mil-lista stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE.

    (6)

    L-awtoritajiet kompetenti ta’ Curaçao u Sint Maarten ppreżentaw l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni biex jipprovaw li s-sistema ta’ kontroll sanitarju fis-seħħ f’dawk il-pajjiżi awtonomi tipprovdi biżżejjed garanziji ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni. L-informazzjoni provduta mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Curaçao u Sint Maarten turi wkoll li dawk l-awtoritajiet għandhom l-istess setgħat legali li jwettqu kontrolli bħal ma kellha l-awtorità kompetenti tal-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi u li l-operaturi tan-negozju tal-ikel huma marbuta bl-istess obbligi bħal fil-perjodu qabel l-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi ma baqax jeżisti. Barra minn hekk, skont dik l-informazzjoni, il-kontrolli sanitarji uffiċjali f’dawk il-pajjiżi awtonomi għadhom jissoktaw fl-istess livelli bħal fil-perjodu qabel l-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi ma baqax jeżisti.

    (7)

    Huwa għalhekk xieraq li Curaçao u Sint Maarten jiġu inklużi fil-lista stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE.

    (8)

    Id-Deċiżjoni 2006/766/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

    (9)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE hu emendat kif ġej:

    (1)

    l-annotazzjoni dwar l-Antilli tal-Pajjiżi l-Baxxi titħassar;

    (2)

    l-annotazzjoni li ġejja għal Curaçao tiddaħħal bejn l-annotazzjonijiet għal Cape Verde u l-Alġerija:

    “CW

    CURAÇAO”

     

    (3)

    l-annotazzjoni li ġejja għal Sint Maarten tiddaħħal bejn l-annotazzjonijiet għal El Salvador u t-Togo:

    “SX

    SINT MAARTEN”

     

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Maroš ŠEFČOVIČ

    Viċi President


    (1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

    (2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

    (3)  ĠU L 320, 18.11.2006, p. 53.


    Top