This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0457R(01)
Corrigendum to Council Decision 2012/457/CFSP of 2 August 2012 amending Decision 2010/413/CFSP concerning restrictive measures against Iran ( OJ L 208, 3.8.2012 )
Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/457/PESK tat- 2 ta’ Awwissu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran ( ĠU L 208, 3.8.2012 )
Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/457/PESK tat- 2 ta’ Awwissu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran ( ĠU L 208, 3.8.2012 )
ĠU L 41, 12.2.2013, p. 13–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/457/corrigendum/2013-02-12/oj
12.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 41/13 |
Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/457/PESK tat-2 ta’ Awwissu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 208 tat-3 ta’ Awwissu 2012 )
Paġna 20, Anness II, il-ħames entrata (“Bank Tejarat”), it-tielet kolonna (“Raġunijiet”):
flok:
“Il-Bank Tejarat huwa parzjalment proprjetà tal-Istat. Huwa ffaċilita b’mod dirett l-isforzi nukleari tal-Iran. Fl-2011, pereżempju, il- Bank Tejarat iffaċilita l-mobilizzazzjoni ta’ għexieren ta’ miljuni ta’ dollari fi sforz biex jiġi assistit l-isforz kontinwu tal-Organizzazzjoni tal-Enerġija Atomika tal-Iran (AEOI), li hija indikata min-NU, biex jinkiseb uranju tat-tip yellowcake. L-AEOI hija l-organizzazzjoni Iranjana ewlenija għar-riċerka u l-iżvilupp tat-teknoloġija nukleari, u tamministra il-programmi ta’ produzzjoni ta’ materjal fissili. Fil-passat, il-Bank Tejarat assista wkoll banek Iranjani indikati biex jevitaw sanzjonijiet internazzjonali, pereżempju billi pparteċipa f’kummerċ li jinvolvi l-kumpanniji ta’ kopertura tas-Shahid Hemmat Industrial Group, indikati min-NU.”
aqra:
“Il-Bank Tejarat huwa parzjalment proprjetà tal-Istat. Huwa ffaċilita b’mod dirett l-isforzi nukleari tal-Iran. Fl-2011, pereżempju, il-Bank Tejarat iffaċilita l-mobilizzazzjoni ta’ għexieren ta’ miljuni ta’ dollari fi sforz biex jiġi assistit l-isforz kontinwu tal-Organizzazzjoni tal-Enerġija Atomika tal-Iran (AEOI), li hija indikata min-NU, biex jinkiseb uranju tat-tip yellowcake. L-AEOI hija l-organizzazzjoni Iranjana ewlenija għar-riċerka u l-iżvilupp tat-teknoloġija nukleari, u tamministra il-programmi ta’ produzzjoni ta’ materjal fissili. Fil-passat, il-Bank Tejarat assista wkoll banek Iranjani indikati biex jevitaw sanzjonijiet internazzjonali, pereżempju billi pparteċipa f’kummerċ li jinvolvi l-kumpanniji ta’ kopertura tas-Shahid Hemmat Industrial Group, indikati min-NU.
Permezz tas-servizzi finanzjarji tiegħu lill-Bank Mellat u l-Export Development Bank of Iran (EDBI), indikati mill-UE, fl-aħħar snin, il-Bank Tejarat appoġġa wkoll l-attivitajiet ta’ sussidjarji u subordinati tal-Iran Revolutionary Guard Corps, id-Defense Industries Organisation indikata min-NU u l-MODAFAL, indikata min-NU.”.