EUR-Lex El acceso al Derecho de la Unión Europea

Volver a la página principal de EUR-Lex

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 32012D0171

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/171/PESK tat- 23 ta’ Marzu 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

ĠU L 87, 24.3.2012, p. 95/102 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Estatuto jurídico del documento Ya no está vigente, Fecha de fin de validez: 31/10/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/171/oj

24.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/95


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/171/PESK

tat-23 ta’ Marzu 2012

li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2010/639/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-25 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja, persuni u entitajiet oħra għandhom jiġu inklużi mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness V għad-Deċiżjoni 2010/639/PESK.

(3)

L-informazzjoni marbuta ma' persuna waħda fuq il-lista fl-Anness V għad-Deċiżjoni 2010/639/PESK għandha tiġi aġġornata.

(4)

Għalhekk, l-Anness V għad-Deċiżjoni 2010/639/PESK għandu jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness V għad-Deċiżjoni 2010/639/PESK għandu jiġi emendat kif jinsab fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-Anness V għad-Deċiżjoni 2010/639/PESK.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 280, 26.10.2010, p. 18.


ANNESS I

L-entrata għall-persuna msemmija hawn taħt għandha tiġi sostitwita bl-entrata li tidher hawn taħt:

 

Ismijiet

Traskrizzjonijiet tal-ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Bjelorussa)

Ismijiet

(ortografija Russa)

Post u data tat-twelid

Pożizzjoni

1.

Mazouka Anzhalika Mikhailauna

Mazovko, Anzhelika Mikhailovna

(Mazovka Anzhelika Mikhailovna)

Мазоўка Анжалiка Мiхайлаўна

Мазовкo Анжелика Михайловна

(Мазовкa Анжелика Михайловна)

 

Imħallef fil-Qorti tad-Distrett ta' Sovetski ta' Minsk. Fl-2010-2011 hija mmultata jew ikkundannata lil rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għall-protesti paċifiċi tagħhom għal sentenzi ta' ħabs fil-każijiet li ġejjin:

a)

2011. 07. 14, Bussel Alyaksandr, 10 ijiem ħabs;

b)

2011. 07. 14, Krukowski Syarhey, 8 ijiem ħabs;

c)

2011. 07. 14, Kantsin Yahor, 10 ijiem ħabs;

d)

2011. 07. 07, Sukhanossik Vyachaslaw, 8 ijiem ħabs;

e)

2010. 12. 21, Nyanakhaw Andrey, 15-il jum ħabs;

f)

2010. 12. 20, Myslivets Ihar, 15-il jum ħabs;

g)

2010. 12. 20, Vilkin Alyaksey, 12-il jum ħabs;

h)

2010. 12. 20, Kharitonaw Paval, 12-il jum ħabs.

Ripetutament imponiet sentenzi ta' priġunerija kontra dawk involuti fi protesti paċifiċi u konsegwentement hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja.


ANNESS II

Persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 2

Persuni

 

Ismijiet

Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Bjelorussa)

Ismijiet

(ortografija Russa)

Post u data tat-twelid

Pożizzjoni

1.

Chyzh, Iury Aliaksandravich

(Chyzh, Yury Aliaksandravich)

Chizh, Iuri Aleksandrovich

(Chizh, Yuri Aleksandrovich)

ЧЫЖ, Юрый Аляксандравiч

ЧИЖ, Юрий Александрович

Post tat-twelid: Soboli, Bierezowskij Rajon, Brestkaja Oblast (Соболи, Березовский район, Брестская область)

Data tat-twelid 28.03.1963

Nru tal-passaport: SP 0008543 (il-validità attwali hija dubjuża).

Iury Chyzh jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim ta' Lukashenko permezz tal-kumpannija holding tiegħu LLC Triple li hija attiva f'għadd ta' setturi tal-ekonomija tal-Bjelorussja, inklużi attivitajiet li jirriżultaw minn għotjiet pubbliċi u konċessjonijiet mir-reġim. Il-pożizzjonijiet li huwa għandu fil-qasam sportiv, speċjalment bħala President tal-Bord tal-Klabb tal-Futbol FC Dynamo Minsk u President tal-Federazzjoni tal-Bjelorussja tal-Lotta, jikkonfermaw l-assoċjazzjoni tiegħu mar-reġim.

2.

Anatoly Ternavsky

Анатолий Тернавский

 

Twieled fl-1950

Persuna qrib membri tal-familja tal-President Lukashenko; sponsor tal-Klabb tal-Isports tal-President.

L-attivitajiet kummerċjali ta' Ternavsky fiż-żejt u prodotti taż-żejt juru r-relazzjoni mill-qrib tiegħu mar-reġim, b'kont meħud tal-monopolju tal-Istat fuq is-settur tal-irfinar taż-żejt u l-fatt li ftit individwi huma intitolati li joperaw fis-settur taż-żejt. Il-kumpannija tiegħu Univest-M hija waħda mill-akbar żewġ kumpanniji privati tal-esportazzjoni taż-żejt fil-Bjelorussja.

3.

Zhuk Alena Siamionauna

(Zhuk Alena Syamionauna)

Zhuk Elena Semenovna

(Zhuk Yelena Semyonovna)

Жук Алена Сямёнаўна

Жук Елена Семеновна

 

Imħallef tal-qorti distrettwali ta' Pervomayskij f'Vitsebsk. Fl-24 ta' Frar 2012, hija kkundannat lil Syarhei Kavalenka, li ilu jitqies bħala priġunier politiku mill-bidu ta' Frar 2012, għal sentejn u xahar il-ħabs talli kiser il-probation. Hija kienet responsabbli direttament għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' persuna għaliex hija ċaħdet lil Syarhei Kavalenka mid-dritt ta' proċess ġust. Preċedentement Syarhei Kavalenka kien ingħata sentenza sospiża talli dendel barra f'Vitsebsk bandiera bajda-ħamra-bajda storika li kienet ġiet ipprojbita. Is-sentenzasussegwenti mogħtija minn Alena Zhuk kienet ħarxa b'mod sproporzjonat meta mqabbla man-natura tar-reat u mhux konformi mal-kodiċi kriminali tal-Bjelorussja. L-azzjonijiet tagħha jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

4.

Lutau Dzmitry Mikhailavich

Lutov Dmitri Mikhailovich

(Lutov Dmitry Mikhailovich)

Лутаў Дзмiтрый Мiхайлавiч

Лутов Дмитрий Михайлович

 

Prosekutur fil-proċess ta' Syarhei Kavalenka li ngħata sentenza ta' sentejn u xahar il-ħabs talli kiser il-probation. Preċedentement Syarhei Kavalenka kien ingħata sentenza sospiża li dendel barra bandiera bajda-ħamra-bajda, simbolu tal-moviment tal-oppożizzjoni, fuq siġra tal-Milied f'Vitsebsk. Is-sentenza sussegwenti mogħtija mill-imħallef li ppresjeda l-kawża kienet ħarxa b'mod sproporzjonat meta mqabbla man-natura tar-reat u mhux konformi mal-kodiċi kriminali tal-Bjelorussja. L-azzjonijiet ta' Lutau jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

5.

Atabekau Khazalbek Bakhtibekavich

Atabekov Khazalbek Bakhtibekovich

Атабекаў Хазалбек Бактiбекавiч

Атабеков Хазалбек Баxтибекович

(Атабеков Кхазалбек Баxтибекович)

 

Kurunell, kmandant ta' brigata speċjali tat-Truppi Interni fis-subborg ta' Uruchie f'Minsk. Huwa kkmanda l-unità tiegħu matul ir-repressjoni tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010 fejn intużat forza eċċessiva. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

6.

Charnyshou Aleh

Chernyshev Oleg A.

Чарнышоў Алег

Черышев Олег А

 

Kurunell, kap tal-unità ta' kontra t-terroriżmu tal-KGB - unità "Alpha". Huwa pparteċipa personalment fi trattament inuman u degradanti tal-attivisti tal-oppożizzjoni fiċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk wara r-repressjoni tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. L-azzjonijiet tiegħu kienujikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

7.

Arlau Aliaksey

(Arlau Aliaksei)

Arlau Aliaksandr Uladzimiravich

Orlov Aleksei

(Orlov Alexey)

Orlov Aleksandr Vladimirovich

(Orlov Alexandr Vladimirovich)

Apлaў Аляксей

Apлaў Аляксандр Уладзiмiравiч

Opлов Алексей

Opлов Александр Владимирович

 

Kurunell, kap taċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk. Huwa kien personalment responsabbli għal trattament jew kastigi krudili, inumani jew degradanti ta' dawk li kienu miżmuma matul il-ġimgħat u x-xhur wara r-repressjoni tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

8.

Sanko Ivan Ivanavich

Sanko Ivan Ivanovich

Санько Iван Iванавiч

Санько Иван Иванович

 

Maġġur, investigatur anzjan tal-KGB. Huwa wettaq investigazzjonijiet li inkludew l-użu ta' provi ffalsifikati kontra l-attivisti tal-oppożizzjoni fiċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk wara r-repressjoni tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur ċar tad-drittijiet tal-bniedem billi ċaħħad id-dritt ta' proċess ġust u l-ksur tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

9.

Traulka Pavel

Traulko Pavel

Траулька Павел

Траулько Павел

 

Tenent Kurunell, ex operattiv tal-counter-intelligence militari tal-KGB (attwalment kap tas-servizz tal-istampa tal-Kumitat Investigattiv tal-Bjelorussja li għadu kif ġie ffurmat). Huwa ffalsifika provi kontra attivisti tal-oppożizzjoni u uża theddid sabiex jikseb konfessjonijiet mingħandhom fiċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk wara r-repressjoni tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. Huwa kien direttament responsabbli għall-użu ta' trattament jew kastigi krudili, inumani jew degradanti u ċaħħad id-dritt għal proċess ġust. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxuksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

10.

Sukhau Dzmitri Viachaslavavich

(Sukhau Dzimitry Vyachyaslavavich)

Sukhov Dmitri Vyacheslavovich

(Sukhov Dmitry Viacheslavovich)

Сухаў Дзмiтрi Вячаслававiч

Сухов Дмитрий Вячеславович

 

Tenent Kurunell, operattiv tal-counter-intelligence militari tal-KGB. Huwa ffalsifika provi kontra attivisti tal-oppożizzjoni u uża theddid sabiex jikseb konfessjonijiet mingħandhom fiċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk wara r-repressjoni tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. Huwa kien responsabbli direttament għall-ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem ta' priġunieri politiċi u attivisti tal-oppożizzjoni bl-użu ta' forza eċċessiva kontrihom. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

11.

Alinikau Siarhei Aliaksandravich

(Alinikau Siarhey Alyaksandravich)

Aleinikov Sergei Aleksandrovich

Алиникаў Сяргей Аляксандравич

Алeйникoв Сергей Aлександрович

 

Maġġur, kap tal-unità operattiva tal-kolonja penali IK-17 fi Shklov, tefa' pressjoni fuq priġunieri politiċi billi ċaħħadhom mid-drittijiet tagħhom ta' korrispondenza u żjarat, ħareġ ordnijiet biex jiġu soġġetti għal reġim penali aktar strett, tiftix u heddidhom sabiex jikseb konfessjonijiet. Huwa kien responsabbli direttament għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' priġunieri politiċi u attivisti tal-oppożizzjoni bl-użu ta' forza eċċessiva kontrihom. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

12.

Shamionau Vadzim Iharavich

Shamenov Vadim Igorevich

(Shamyonov Vadim Igorevich)

Шамёнаў Вадзiм Iгаравiч

Шамёнов Вадим Игоревич

 

Kaptan, kap tal-unità operattiva tal-Kolonja Penali IK-17 fi Shklov. Huwa tefa' pressjoni fuq il-priġunieri politiċi, ċaħħadhom mid-drittijiet tagħhom ta' korrispondenza u heddidhom sabiex jikseb konfessjonijiet. Huwa kien responsabbli direttament għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' priġunieri politiċi u attivisti tal-oppożizzjoni bl-użu ta' trattament jew kastigi krudili, inumani jew degradanti. L-azzjonijiet tiegħu kienujikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.


Entitajiet

 

Ismijiet

Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Bjelorussa)

Ismijiet

(ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

LLC Delovaya Set

ООО Деловая сеть

 

 

Entità kkontrollata minn Vladimir Peftiyev.

2.

CJSC Sistema investicii i inovacii

ЗАО Системы инвестиций и инноваций

 

 

Entità kkontrollata minn Vladimir Peftiyev.

3.

PUC Sen-Ko

ЧУП Сен-Ко

 

 

Entità kkontrollata minn Vladimir Peftiyev.

4.

PUC BT Invest

ЧУП БТ Инвест

 

 

Entità kkontrollata minn Vladimir Peftiyev.

5.

The Spirit and Vodka Company Aquadiv

Малиновщизненский спиртоводочный завод Аквадив

 

 

Entità kkontrollata minn Vladimir Peftiyev.

6.

Beltekh Holding

Белтех Холдинг

 

 

Entità kkontrollata minn Vladimir Peftiyev.

7.

Spetspriborservice

Спецприборсервис

 

 

Entità kkontrollata minn Vladimir Peftiyev.

8.

Tekhnosoyuzpribor

Техносоюзприбор

 

 

Entità kkontrollata minn Vladimir Peftiyev.

9.

LLC Triple

ООО ТРАЙПЛ

 

Pobediteley Vjal 51/2, Kamra 15 220035 Minsk

Республика Беларусь, 220035 Минск, проспект Победителей, дом 51, корпус 2, помещение 15

Kumpannija holding ta' Iury Chyzh. Iury Chyzh jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim ta' Lukashenko speċjalment permezz tal-kumpannija holding tiegħu LLC Triple.

10.

JLLC Neftekhimtrading

СООО НефтеХимТрейдинг

 

Irreġistrata fl- 2002, Minsk

Sussidjarja ta' LLC Triple.

11.

CJSC Askargoterminal

ЗАО Аскарготерминал

 

 

Sussidjarja ta' LLC Triple.

12.

LLC Triple Metal Trade

ООО Трайплметаллтрейд

 

 

Sussidjarja ta' LLC Triple.

13.

JSC Berezovsky KSI

ОАО Березовский комбинат силикатных изделий

 

 

Sussidjarja ta' LLC Triple.

14.

JV LLC Triple-Techno

СП ООО Трайпл-Техно

 

 

Sussidjarja ta' LLC Triple.

15.

JLLC Variant

СООО Вариант

 

 

Sussidjarja ta' LLC Triple.

16.

JLLC Triple-Dekor

СООО Трайпл-Декор

 

 

Sussidjarja ta' LLC Triple.

17.

JCJSC QuartzMelProm

СЗАО Кварцмелпром

 

 

Sussidjarja ta' LLC Triple.

18.

JCJSC Altersolutions

СЗАО Альтерсолюшнс

 

 

Sussidjarja ta' LLC Triple.

19.

JCJSC Prostoremarket

СЗАО Простомаркет

 

 

Sussidjarja ta' LLC Triple.

20.

JLLC AquaTriple

СП ООО Акватрайпл

 

 

Sussidjarja ta' LLC Triple.

21.

LLC Rakowski browar

ООО Ракаўскi бровар

 

 

Sussidjarja ta' LLC Triple.

22.

MSSFC Logoysk

ГСОК Логойск

 

 

Sussidjarja ta' LLC Triple.

23.

Triple-Agro ACC

Трайпл-Агро

 

 

Sussidjarja ta' LLC Triple.

24.

CJCS Dinamo-Minsk

ЗАО ФК Динамо-Минск

 

 

Sussidjarja ta' LLC Triple.

25.

JLLC Triplepharm

СООО Трайплфарм

 

 

Sussidjarja ta' LLC Triple.

26.

LLC Triple-Veles

ООО Трайплфарм

 

 

Sussidjarja ta' LLC Triple.

27.

Univest-M

Юнивест

 

 

Entità kkontrollata minn Anatoly Ternavsky

28.

FLLC Unis Oil

ИООО Юнис Ойл

 

 

Sussidjarja ta' Univest-M.

29.

JLLC UnivestStroyInvest

СООО ЮнивестСтройИнвест

 

 

Sussidjarja ta' Univest-M.


Arriba