This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0131
2012/131/EU: Commission Decision of 13 July 2011 on levies for Interbev (notified under document C(2011) 4923)
2012/131/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Lulju 2011 dwar il-levies favur Interbev (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4923)
2012/131/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Lulju 2011 dwar il-levies favur Interbev (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4923)
ĠU L 59, 1.3.2012, p. 14–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
1.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 59/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Lulju 2011
dwar il-levies favur Interbev
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 4923)
(It-test bl-Franċiż biss huwa awtentiku)
(2012/131/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu (1),
Wara li, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tat-TFUE talbet lill-partijiet ikkonċernati jressqu l-kummenti tagħhom u kkunsidrat dawk il-kummenti,
Billi:
I PROĊEDURA
(1) |
Wara l-informazzjoni li rċeviet rigward il-miżura inkwistjoni, il-Kummissjoni Ewropea għamlet mistoqsijiet lill-awtoritajiet Franċiżi dwarha permezz ta’ ittra tat-2 ta’ Ottubru 2001. Ir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Franza fl-Unjoni Ewropea wieġbet lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra tad-9 ta’ Novembru 2001. |
(2) |
Peress li ġiet implimentata mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, il-miżura tniżżlet fir-reġistru tal-għajnuniet mhux notifikati, bin-numru NN 39/03. |
(3) |
Il-Kummissjoni fetħet il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE rigward l-għajnuna inkwistjoni, permezz ta’ ittra bin-Nru C(2003)2057 finali tad-9 ta’ Lulju 2003. |
(4) |
Id-deċiżjoni ta’ bidu tal-proċedura ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri l-oħra u lill-partijiet terzi interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-għajnuniet inkwistjoni. Il-Kummissjoni ma rċevietx osservazzjonijiet mill-partijiet terzi. L-awtoritajiet Franċiżi bagħtu l-kummenti tagħhom permezz tal-ittri tat-8 u l-10 ta’ Ottubru 2003, tat-13 ta’ Settembru u tad-29 ta’ Novembru 2005. |
(5) |
Fil-25 ta’ Frar 2011, intbagħtet talba għal informazzjoni supplimentari lil Franza; fid-29 ta’ Marzu 2011 saret laqgħa. |
(6) |
L-awtoritajiet Franċiżi wieġbu permezz ta’ ittra tal-24 ta’ Mejju 2011. |
II DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA INKWISTJONI
1. LEVIES FAVUR INTERBEV
1.1. L-ORGANIZZAZZJONIJIET INTERPROFESSJONALI (“IPO”) U L-ISKEMA TA’ LEVIES VOLONTARJI LI SARU OBBLIGATORJI
(7) |
L-organizzazzjonijiet interprofessjonali (“IPO”) huma għaqdiet li fi ħdanhom jiġbru, skont is-setturi, it-tipi differenti ta’ professjonijiet li l-aktar li jirrappreżentaw il-produzzjoni agrikola u, skont il-każ, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni u dawk li ġew rikonoxxuti bħala organizzazzjonijiet interprofessjonali mill-awtorità amministrattiva kompetenti. L-eżistenza, l-għanijiet u l-funzjonament tagħhom huma rregolati mill-Artikoli L. 631-1 et sequitur tal-Kodiċi rurali. Sabiex għaqda ta’ dan it-tip tkun rikonoxxuta, l-awtoritajiet kompetenti jridu jivverifikaw li jintlaħqu diversi kriterji, speċjalment li l-istatus tagħhom ikun skont il-liġi (l-Artikolu L.632-1 tal-Kodiċi rurali) u li l-organizzazzjonijiet li jikkostitwixxu l-IPO kkonċernata jkunu rappreżentattivi. |
(8) |
L-IPO għandhom l-għan li jieħdu azzjonijiet fl-interess tal-katini kollha ta’ settur u jistgħu jikkonkludu ftehimiet għal dan il-għan. Imbagħad, dawn il-ftehimiet u l-ġbir tal-levies volontarji maħsuba sabiex jiffinanzjaw l-azzjonijiet previsti minn dawn il-ftehimiet jistgħu jsiru obbligatorji (“jiġu estiżi”) permezz ta’ digriet interministerjali għall-atturi kollha tas-settur, kemm jekk kienu jew jekk ma kinux parti minn organizzazzjoni professjonali membru tal-IPO, sakemm huma konformi mal-għanijiet li telenka l-liġi. Essenzjalment, dawn il-ftehimiet għandhom l-għan li jtejbu l-għarfien dwar is-suq, ir-relazzjonijiet bejn il-professjonisti, il-kwalità u l-promozzjoni tal-prodotti. Il-Kodiċi rurali ma jawtorizzax l-estensjoni tal-ftehimiet ħlief meta jkollhom “interess komuni” ibbażat fuq azzjonijiet “li jikkonformaw mal-interess ġenerali u li huma kumpatibbli mar-regoli tal-politika agrikola komuni” (Ara l-Artikolu L.632-3 tal-Kodiċi rurali). |
(9) |
Il-modalitajiet ta’ ġbir u tqassim tal-levies volontarji li saru obbligatorji huma rregolati individwalment minn kull ftehim tal-IPO. |
1.2. L-IRWOL TAL-ISTAT
(10) |
Minkejja l-fatt li l-IPO jkunu persuni ġuridiċi rregolati skont il-liġi privata u li l-finanzjament tagħhom ikun garantit mil-levies tas-settur ikkonċernat, il-funzjonament tal-iskema volontarja tal-levies obbligatorji jeħtieġ l-intervent tal-Istat, b’mod partikolari skont il-modalitajiet li ġejjin:
|
2. GĦAN TAL-GĦAJNUNA
(11) |
L-għan tal-għajnuna inkwistjoni hu li tippromwovi l-azzjonijiet ta’ riċerka u żvilupp, tal-assistenza teknika u tal-promozzjoni (reklamar) għall-benefiċċju tas-settur tat-trobbija tal-bhejjem. |
2.1. IL-LEVIES STABBILITI MINN INTERBEV
(12) |
Żewġ tipi ta’ levies interprofessjonali, li l-awtoritajiet pubbliċi għamluhom obbligatorji, huma s-suġġett ta’ din id-Deċiżjoni. Min-naħa, dawn jittrattaw il-levy fuq il-laħam u l-ġewwieni maħsubin għall-konsum mill-bniedem tal-laħam tal-annimali ta’ razza bovina u ovina u l-annimali ħajjin ta’ razza bovina u ovina mibgħuta lejn il-pajjiżi tal-UE jew esportati (“il-levy fuq il-laħam”) u, min-naħa l-oħra, dawn jittrattaw il-levy għall-benefiċċju tal-Fond Nazzjonali għat-Trobbija tal-Bhejjem (“il-levy FNE”). |
(13) |
Il-ftehimiet interprofessjonali li jistabbilixxu l-levies favur Interbev li huma s-suġġett ta’ din id-Deċiżjoni huma dawn li ġejjin:
|
(14) |
L’Association Nationale Interprofessionnelle du Bétail et des Viandes (L-Assoċjazzjoni Nazzjonali Interprofessjonali tal-Bhejjem u l-Laħam - Interbev) hija organizzazzjoni interprofessjonali Franċiża tas-settur tal-bhejjem u tal-laħam. Ġiet iffurmata fid-9 ta’ Ottubru 1979 fuq inizjattiva tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw is-settur tal-bhejjem u tal-laħam fl-oqsma tal-laħam tal-bovini, tal-ovini u taż-żwiemel u hija rikonoxxuta permezz tad-Digriet tat-18 ta’ Novembru 1980 (3). Ir-rwol tagħha hu li tiddefendi u tippromwovi l-interessi komuni tat-trobbija tal-bhejjem u tal-attivitajiet industrijali, artiġjanali u kummerċjali tas-settur. Fl-1980, Interbev ġiet rikonoxxuta bħala organizzazzjoni interprofessjonali għas-settur tal-bhejjem u tal-laħam. Hi komposta minn tlettax-il organizzazzjoni professjonali nazzjonali li jirrappreżentaw l-impjiegi differenti tas-settur ekonomiku tal-bhejjem u tal-laħam: dawk li jrabbu l-bhejjem, negozjanti, biċċiera, grossisti, industrijalisti, fornituri. |
(15) |
Iż-żewġ għanijiet prinċipali tagħha huma l-istabbiliment ta’ ftehimiet professjonali u l-komunikazzjoni reċiproka. Ma’ dawn jiżdiedu l-programmi ta’ riċerka fis-settur tal-laħam. Il-ftehimiet interprofessjonali ffirmati fi ħdan l-assoċjazzjoni jiddefinixxu r-regoli li jikkontrollaw l-attività fis-settur. Dawn il-ftehimiet jistgħu jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet pubbliċi fil-qafas tal-proċedura ta’ estensjoni. Wara l-promulgazzjoni tal-estensjoni permezz ta’ Digriet konġunt tal-Ministeri tal-Agrikoltura u tal-Ekonomija, il-miżuri previsti permezz ta’ ftehim interprofessjonali jorbtu għall-operaturi kollha tas-settur. |
2.2. IL-LEVY FUQ IL-LAĦAM
(16) |
Permezz ta’ ftehim interprofessjonali tal-25 ta’ Lulju 1995, li ġie estiż permezz ta’ Digriet tat-18 ta’ Diċembru 1995 (4), Interbev introduċiet levy fuq il-laħam u l-ġewwieni maħsuba għall-konsum mill-bniedem tal-laħam tal-bovini u l-ovini, kif ukoll fuq il-laħam tal-annimali ħajjin tar-razza bovina u ovina mibgħuta lejn pajjiżi tal-UE jew esportati. |
(17) |
Il-levy kienet tolqot tliet kategoriji tal-laħam u/jew tal-annimali, stabbiliti kif ġej:
|
(18) |
Il-ftehim interprofessjonali tal-25 ta’ Lulju 1995 ġie ssostitwit minn ftehim interprofessjonali ieħor tat-12 ta’ Ġunju 2001, li ġie estiż permezz ta’ Digriet tad-19 ta’ Settembru 2001 (6). L-Artikolu 1 tad-Digriet jipprevedi li l-ftehim hu estiż għal perjodu li jintemm tliet snin wara d-data tal-pubblikazzjoni tad-Digriet imsemmi, jiġifieri fit-30 ta’ Settembru 2004. |
(19) |
Il-ftehim interprofessjonali tat-12 ta’ Ġunju 2001 kien jipprevedi kontinwazzjoni tas-sitwazzjoni preċedenti fir-rigward tal-kategorija tal-laħam u/jew tal-annimali msemmija, b’żidied fit-total tal-levy: FRF 0,1574 (EUR 0,024) fuq il-laħam u l-ġewwieni maħsuba għall-konsum mill-bniedem ta’ annimali mbiċċra fi Franza; FRF 0,0656 (EUR 0,010) fuq laħam introdott jew importat sabiex jiġi kkonsmat fi Franza; FRF 11,15 (EUR 1,7) fuq l-annimali ħajjin tal-annimali ta’ razza bovina u ovina mibgħuta lejn pajjiż tal-UE jew esportati. |
(20) |
Il-ftehim tat-12 ta’ Ġunju 2001 introduċa wkoll il-possibbiltà ta’ rimborż parzjali tal-levy fuq il-laħam fil-mument meta jintbagħat lejn pajjiż tal-UE jew meta jiġi esportat lejn pajjiżi terzi. Ir-rata ta’ rimborż kienet dik ta’ FRF 0.0656/kg (EUR 0.010). |
(21) |
L-estensjonijijet introdotti fl-1995 u fl-2001 eskludew mid-dispożittiv il-levy fuq il-laħam introdott jew importat biex jiġi kkunsmat fi Franza. Għalhekk, dawn il-prodotti ma ntlaqtux mil-levy obbligatorja fuq il-laħam. |
2.3. IL-LEVY FNE
(22) |
Permezz tal-ftehim interprofessjonali tal-15 ta’ Ġunju 1994, estiż permezz tad-Digriet tat-18 ta’ Diċembru 1995 (7) u permezz tad-Digriet tad-19 ta’ Settembru 2001 (8), Interbev introduċiet levy favur il-Fond Nazzjonali għat-Trobbija tal-Bhejjem. Dan l-aħħar Digriet jipprevedi li l-ftehim jiġi estiż għal perjodu li jintemm tliet snin wara d-data tal-pubblikazzjoni tad-Digriet imsemmi, jew fit-30 ta’ Settembru 2004. |
(23) |
Dan il-fond professjonali, immexxi fil-qafas tal-Konfederazzjoni Nazzjonali tat-Trobbija tal-Bhejjem (Confédération Nationale de l’Élevage - CNE), inħoloq sabiex jilħaq iż-żewġ għanijiet ewlenin li ġejjin: min-naħa, jinkoraġġixxi r-ristrutturar tal-organizzazzjonijiet tas-servizz u jiffavorixxi l-adattament tagħhom għall-bżonnijiet futuri tal-persuni li jrabbu li dejjem qed jonqsu u li qed jaffrontaw il-politiki Komunitarji ta’ ġestjoni tal-produzzjonijiet; u min-naħa l-oħra, jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tal-metodi kollettivi fir-rigward tal-ħolqien tal-progress ġenetiku u riċerka applikata li fil-ġejjieni se jibqgħu fatturi ewlenin fil-kompetizzjoni għat-trobbija tal-bhejjem. |
(24) |
Levy maħsuba għall-finanzjament ta’ dan il-fond tinġabar mingħand persuni fiżiċi jew ġuridiċi proprjetarji jew koproprjetarji tal-annimali ta’ razza bovina u ovina mbiċċra fi Franza. Skont l-aħħar dejta kkomunikata mill-awtoritajiet Franċiżi, din il-levy kienet iffissata għal FRF 0,02/kg (EUR 0,003) ta’ laħam maqtul nett (jew FRF 7 fuq kull annimal adult ta’ razza bovina, FRF 2,40 fuq l-għoġġiela u FRF 0,36 fuq kull annimal ta’ razza ovina – EUR 1,05, 0,36 u 0,054 rispettivament). |
(25) |
Skont l-awtoritajiet Franċiżi, id-dħul minn din il-levy jintuża għat-titjib ġenetiku, is-sistema ta’ informazzjoni ġenetika, il-bijoteknoloġija u l-istudji ekonomiċi. |
2.4. L-AZZJONIJIET IFFINANZJATI MINN DAWN IL-LEVIES
(26) |
Ir-riżorsi ta’ Interbev li ġejjin mil-levies fuq il-laħam jintużaw għal tliet tipi ta’ azzjonijiet, b’mod partikolari:
|
(27) |
Il-komunikazzjoni u l-promozzjoni tinvolvi l-aktar il-finanzjament ta’ kampanji dwar it-temi differenti marbutin mal-prodotti tal-laħam ta’ kwalità, ngħidu aħna l-kampanji aktar ġeneriċi fuq it-televiżjoni u r-radju dwar il-laħam tal-bovini, kif ukoll azzjonijiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi. Jiġu ffinanzjati wkoll azzjonijiet ta’ promozzjoni dwar is-swieq barranin, jiġifieri l-parteċipazzjoni f’fieri kummerċjali u promozzjonijiet. |
(28) |
L-azzjonijiet ta’ assistenza teknika huma marbutin l-aktar maċ-ċertifikazzjoni u l-kwalifikazzjoni tal-postijiet għat-trobbija tal-annimali, b’mod partikolari bil-għan li jitneħħa x-xkiel li l-operaturi involuti jaffrontaw f’dawn il-proċessi. Interbev telabora wkoll speċifikazzjonijiet kollettivi favur is-setturi u tipparteċipa fit-tqassim u l-implimentazzjoni tal-karta ta’ prattiki tajba tat-trobbija tal-bhejjem u tal-Kodiċi ta’ prattiki tajba fix-xogħol tal-laħam u finalment tipparteċipa fil-kjarifikazzjoni tat-tranżazzjonijiet fis-settur kollu. |
(29) |
L-azzjonijiet ta’ riċerka u sperimentazzjoni huma dawk li l-aktar li huma adattati għall-bżonnijiet tas-settur, peress li jittrattaw, b’mod partikolari, is-sigurtà tal-ikel, il-ġestjoni tal-kwalità u l-benesseri tal-annimali. |
(30) |
Ir-riżorsi ta’ Interbev li ġejjin mil-levies tal-FNE jintużaw għall-azzjonijiet li ġejjin:
|
3. DEWMIEN TAL-MIŻURA INKWISTJONI
(31) |
Din id-Deċiżjoni tittratta l-perjodu ta’ żmien bejn l-1996 u l-2004, is-sena meta skada l-aħħar ftehim interprofessjonali li huwa s-suġġett ta’ din il-proċedura. |
4. BENEFIĊJARJI
(32) |
Il-benefiċjarji tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni huma dawk li jrabbu l-annimali ta’ razza bovina u ovina. |
(33) |
Id-destinatarji finali ewlenin tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni huma l-produtturi, dawk li jipproċessaw u l-fornituri tal-prodotti agrikoli. Huwa previst li ċerti attivitajiet ikunu jistgħu jitwettqu minn impriżi privati f’isem dawn tal-aħħar. |
(34) |
Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-pożizzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kumpatibbiltà tal-proċedura ta’ għażla tal-fornituri ta’ servizzi li lilhom ġie fdat it-twettiq tal-attivitajiet ta’ Interbev mar-regoli ta’ akkwist pubbliku. |
5. RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA (9)
(35) |
Il-Kummissjoni kienet innotat li, qabel xejn, fir-rigward tat-tip ta’ levies f’dan il-każ, il-gvern Franċiż iddeċieda li jagħmilhom obbligatorji fil-qafas tal-proċedura ta’ estensjoni ta’ ftehimiet interprofessjonali. L-estensjoni tal-ftehimiet saret permezz ta’ adozzjoni ta’ Digriet ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża. Barra minn hekk, dawn il-levies kienu jeħtieġu att ta’ awtorità pubblika sabiex jipproduċu l-effetti kollha tagħhom. Għaldaqstant, fl-istadju bikri ta’ bidu tal-proċedura ta’ eżaminazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li dan kien każ ta’ taxxi parafiskali, jiġifieri ta’ riżorsi pubbliċi u li dawn l-għajnuniet kienu illegali peress li ma ġewx innotifikati. |
(36) |
Skont il-punt 194 tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuniet mill-Istat fis-settur agrikolu u tal-forestrija 2007-2013 (10) (iktar ‘il quddiem “il-linji gwida agrikoli”), kull għajnuna illegali trid tiġi evalwata skont ir-regoli u l-linji gwida fis-seħħ fil-mument meta tingħata l-għajnuna. Il-linji gwida agrikoli ilhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2007. Il-linji gwida preċedenti, il-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuniet mill-Istat fis-settur agrikolu (2000-2006) (11), bdew japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2000. Minn dik id-data, l-għajnuna kollha mogħtija wara din id-data trid tiġi evalwata fid-dawl tal-linji gwida tas-sena 2000. Min-naħa l-oħra, l-għajnuna kollha mogħtija qabel din id-data trid tiġi evalwata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet u tal-prattika applikabbli qabel l-1 ta’ Jannar 2000. L-għajnuniet inkwistjoni ngħataw mill-1996 ‘il quddiem. |
(37) |
Peress li dawn huma għajnuniet mill-Istat iffinanzjati permezz ta’ taxxa parafiskali, l-azzjonijiet iffinanzjati mill-għajnuniet kif ukoll il-finanzjament tal-għajnuniet stess riedu jkunu soġġetti għal eżaminazzjoni mill-Kummissjoni. |
5.1. L-GĦAJNUNIET
5.1.1. L-azzjonijiet ta’ promozzjoni
(38) |
Il-Kummissjoni fakkret li l-kumpatibbiltà tal-għajnuniet mogħtija qabel l-1 ta’ Jannar 2002 riedu jiġu vverifikati fid-dawl tal-għajnuniet nazzjonali għar-reklamar tal-prodotti agrikoli u ta’ ċerti prodotti li mhumiex koperti mill-Anness II għat-Trattat tal-KEE (12) u li l-kumpatibbiltà tal-għajnuniet mogħtija wara din id-data kellha tiġi vverifikata fid-dawl tal-linji gwida tal-Komunità applikabbli għall-għajnuna mill-Istat għar-reklamar ta’ prodotti li mhumiex koperti fl-Anness I tat-Trattat KE u ta’ ċerti prodotti li mhumiex koperti mill-Anness I (13). Essenzjalment, iż-żewġ testi iħaddnu l-istess prinċipji, filwaqt li jipprevedu b’mod partikolari kriterji negattivi u pożittivi li jridu jiġu rispettati. Fir-rigward tal-ogħla limitu ta’ għajnuniet, dawn l-azzjonijiet jridu jiġu ffinanzjati mis-settur sa minimu ta’ 50 % tal-kostijiet. F’dan il-każ, il-miżuri ġew ffinanzjati kollha mit-taxxi parafiskali u essenzjalment, l-isforzi finanzjarji tal-professjonisti jilħqu dan il-livell. B’hekk, fl-istadju bikri tal-bidu tal-proċedura ta’ eżaminazzjoni l-Kummissjoni kkunsidrat li l-kundizzjonijiet applikabbli ġew rispettati. |
5.1.2. L-azzjonijiet ta’ assistenza teknika
(39) |
Il-Kummissjoni fakkret li l-kumpatibbiltà tal-għajnuniet mogħtija qabel l-1 ta’ Jannar 2000 riedet tiġi vverifikata fid-dawl tal-prattika tal-Kummissjoni ispirata mill-proposta ta’ miżuri utli għall-għajnuniet mogħtija mill-Istati Membri fis-settur tat-trobbija tal-bhejjem u tal-prodotti tat-trobbija (14) u li l-kumpatibbiltà tal-għajnuniet mogħtija wara dik id-data riedet tiġi vverifikata fid-dawl tal-linji gwida agrikoli. Essenzjalment, il-prattika tal-Kummissjoni applikabbli qabel is-sena 2000 u l-linji gwida agrikoli jħaddnu l-istess prinċipji. Għalhekk, għajnuniet mogħtija għal 100 % tal-ispejjeż ammissibbli huma awtorizzati għal dan it-tip ta’ għajnuniet. Barra minn hekk, l-għajnuniet iridu jkunu aċċessibbli għall-professjonijisti kollha li jkunu potenzjalment interessati. B’hekk, fl-istadju bikri tal-bidu tal-proċedura ta’ eżaminazzjoni l-Kummissjoni kkunsidrat li l-kundizzjonijiet applikabbli ġew rispettati. |
5.1.3. L-azzjonijiet ta’ riċerka u sperimentazzjoni
(40) |
Il-Kummissjoni fakkret li l-kumpatibbiltà ta’ dawn l-għajnuniet riedet tiġi verifikata fid-dawl tal-qafas Komunitarju tal-għajnuniet mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp (15) u tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni li temenda dan il-qafas (16). Għalhekk, rata ta’ għajnuna li tista’ tilħaq il-100 % tkun kumpatibbli mas-suq intern sakemm l-erba’ kundizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu: l-għajnuna tkun ta’ interess ġenerali għas-settur; l-informazzjoni tkun ippubblikata fil-ġurnali xierqa; ir-riżultati tal-ħidmiet ikunu provduti fuq bażi ugwali, kemm fis-sens ta’ kostijiet kif ukoll ta’ żmien; l-għajnuna tissodisfa l-kriterji kummerċjali internazzjonali li l-UE kkommettiet ruħha għalihom. B’hekk, fl-istadju tal-bidu tal-proċedura ta’ eżaminazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kundizzjonijiet applikabbli ġew rispettati. |
5.1.4. L-azzjonijiet iffinanzjati mil-levy FNE
(41) |
Il-Kummissjoni kienet mħassba dwar in-natura preċiża tal-azzjonijiet iffinanzjati mil-levy favur l-FNE, li kellha l-għan li tinkoraġġixxi r-ristrutturar tal-organizzazzjonijiet tas-servizz u tiffavorixxi l-adattament tagħhom għall-bżonnijiet futuri ta’ dawk li jrabbu, kif ukoll li tikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tal-metodi kollettivi għall-ħolqien tal-progress ġenetiku u r-riċerka applikata. Id-dħul minn din il-levy kellu jintuża, skont l-awtoritajiet Franċiżi, għat-titjib ġenetiku, is-sistema ta’ informazzjoni ġenetika, il-bijoteknoloġija u l-istudji ekonomiċi. Dawn l-elementi ta’ informazzjoni kienu biżżejjed sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi dwar il-kumpatibbiltà ta’ dawn l-azzjonijiet mad-dispożizzjonijiet Komunitarji eventwalment applikabbli. B’hekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi, fl-istadju tal-bidu tal-proċedura ta’ eżaminazzjoni, li l-azzjonijiet iffinanzjati mil-levy FNE kienu kumpatibbli mat-Trattat tal-KE (17). |
5.2. IL-FINANZJAMENT TAL-GĦAJNUNIET
5.2.1. Il-levy fuq il-laħam
(42) |
Mill-1 ta’ Jannar 1996, il-levy tirrigwarda, inter alia, l-annimali ħajjin tar-razza bovina u ovina mibgħuta lejn Stati Membri oħra, kif ukoll il-prodotti tal-laħam bovin u ovin mibgħuta lejn Stati Membri oħra, minkejja l-fatt li, għal dawn tal-aħħar, fl-2001 ġie introdott rimborż parzjali ta’ din il-levy. Skont sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem “il-Qorti tal-Ġustizzja”) (18), taxxa għandha tkun ikkunsidrata bħala vjolazzjoni tal-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni stabbilita fl-Artikolu 110 tat-TFUE jekk il-vantaġġi li ġejjin mill-allokazzjoni tad-dħul mit-taxxa jagħtu vantaġġ lil dawk il-prodotti nazzjonali intaxxati li ġew proċessati jew kummerċjalizzati fis-suq nazzjonali, billi parzjalment tikkumpensal-piż appoġġjat minnhom u billi b’dan il-mod ma tiffavorixxix il-prodotti nazzjonali esportati. |
(43) |
Fl-istadju tal-proċedura ta’ eżaminazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li d-dħul li ġej mit-taxxa fuq il-prodotti u l-annimali ħajjin mibgħuta lejn Stati Membri oħra maħsub sabiex jiffinanzja l-azzjonijiet ta’ promozzjoni, ta’ assistenza teknika u ta’ riċerka u sperimentazzjoni mmexxija minn Interbev, seta’ jkun jikkostitwixxi finanzjament tal-għajnuna li huwa inkumpatibbli mas-suq intern fir-rigward tat-Trattat u b’mod partikolari l-Artikolu 107 tiegħu u, konsegwentament, li l-għajnuniet mill-Istat ffinanzjati b’dan il-mod kienu jkunu inkumpatibbli mat-Trattat imsemmi. Fil-fatt, it-taxxa setgħet kienet ta’ żvantaġġ għall-produzzjoni ta’ dawn l-annimali bil-għan li jiġu esportati lejn Stati Membri oħra peress li l-allokazzjoni tad-dħul fin-natura tagħha setgħet tiffavorixxi l-produzzjoni naturali kummerċjalizzata fi Franza b’detriment għall-produzzjoni nazzjonali esportata, u li l-livell ta’ taxxa ma kienx jikkunsidra l-profitti differenti miġbura mill-prodotti nazzjonali skont jekk ikunux kkumerċjalizzati fi Franza jew barra minn Franza. |
5.2.2. Il-levy FNE
(44) |
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli fil-mument ta’ bidu tal-proċedura ta’ eżaminazzjoni, il-Kummissjoni ma kellhiex għad-dispożizzjoni tagħha, fl-istadju tal-proċedura ta’ eżaminazzjoni, elementi li jindikaw li din il-levy kienet tolqot lill-annimali importati jew mibgħuta lejn Stati Membri oħra. |
6. KUMPATIBBILTÀ TAL-LEVIES VOLONTARJI OBBLIGATORJI MAS-SISTEMA TAL-ORGANIZZAZZJONI KOMUNI TAS-SWIEQ
(45) |
Fir-rigward tal-kumpatibbiltà tal-levies volontarji obbligatorji mas-sistema tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq (minn hawn ‘il quddiem “CMO”) skont is-sentenza tat-22 ta’ Mejju 2003 Freskot (19), il-Kummissjoni kkunsidrat li f’dan il-każ, il-levies volontarji obbligatorji ma xekklux, direttament jew indirettament, il-prezzijiet tal-prodotti finali kkonċernati għaliex il-ġbir ma jaffettwax il-prezz tal-prodotti, peress li huma stabbiliti mis-suq ħieles. Għalhekk, il-ħlas impost fuq il-prodotti tal-laħam u l-annimali mrobbija huwa kkumpensat permezz tal-vantaġġ li joffru l-attivitajiet iffinanzjati. Konsegwentament, nistgħu nikkunsidraw li l-effetti tal-ġbir fuq il-prezz huma ferm limitati jew ineżistenti. |
III KUMMENTI TA’ FRANZA
(46) |
Permezz ta’ ittri tat-8 u l-10 ta’ Ottubru 2003, l-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni sabiex tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE fir-rigward tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni. |
(47) |
Permezz ta’ ittri tat-13 ta’ Settembru u d-29 ta’ Novembru 2005, l-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw osservazzjonijiet oħra b’risposta għat-talbiet għal informazzjoni supplimentari mibgħuta mill-Kummissjoni. |
(48) |
Wara t-talba għal informazzjoni supplimentari mibgħuta mill-Kummissjoni fil-25 ta’ Frar 2011 u l-laqgħa tad-29 ta’ Marzu 2011, l-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw osservazzjonijiet oħra permezz ta’ ittra tal-24 ta’ Mejju 2011. |
(49) |
L-awtoritajiet Franċiżi josservaw li l-Kummissjoni tikkunsidra li r-riżorsi li ġejjin minn tali levies interprofessjonali obbligatorji, huma simili għat-taxxi parafiskali li jistgħu joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni fis-suq intern. L-awtoritajiet Franċiżi osservaw ukoll li l-miżuri kellhom jiġu notifikati. Imbagħad irrapportaw dan li ġej: |
1. IL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAL-EŻAMINAZZJONI TAL-KUMMISSJONI SKONT L-AWTORITAJIET FRANĊIŻI
(50) |
Fir-rigward tal-levies miġbura skont il-ftehimiet interprofessjonali tal-15 ta’ Ġunju 1994 favur il-fondi tat-trobbija tal-bhejjem u tat-18 ta’ Diċembru 1995 għal Interbev, l-awtoritajiet Franċiżi kkunsidraw li l-Kummissjoni kienet fetħet l-investigazzjoni tagħha permezz ta’ ittri tas-16 ta’ Jannar 1995 (għajnuna NN 34/95) u tat-18 ta’ Marzu 1996 u temmitha permezz ta’ ittra (SG (96) D/6396) tal-15 ta’ Lulju 1996 billi kkonkludiet li “il-miżuri inkwistjoni jaqgħu esklussivament fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament KEE Nru 2328/91 u jridu jkunu soġġetti għal eżaminazzjoni skont ir-Regolament imsemmi. Fil-fatt, l-Artikolu 35(2) ta’ dan ir-Regolament jeskludi l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat”. |
(51) |
Bħala risposta għall-Kummissjoni, li ddikjarat li f’dak iż-żmien ma kinitx esprimiet l-opinjoni tagħha dwar l-azzjonijiet l-oħra mmexxija minn Interbev (peress li d-dossier NN 34/95 kien jikkonċerna biss l-investimenti għar-ristrutturar tal-postijiet fejn jitrabbew l-annimali ta’ razza bovina li jipproduċu l-ħalib), l-awtoritajiet Franċiżi sostnew li, b’risposta għall-ittra tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 1996, kienu taw l-opinjoni tagħhom f’dawn it-termini: “effettivament, il-fond nazzjonali għat-trobbija tal-bhejjem hu maħsub […] sabiex itejjeb l-għażla fit-trobbija u sabiex isostni r-riċerka, b’mod partikolari ġenetika. […]” (ittra tat-13 ta’ Settembru 2005). |
(52) |
Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jaħsbu li l-Kummissjoni kienet infurmata b’mod sħiħ bl-eżistenza tal-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni, promozzjoni, riċerka u sperimentazzjoni ffinanzjati minn Interbev u setgħet, fil-qafas ta’ dan id-dossier, tindirizza xi talbiet għal informazzjoni kumplimentari lill-awtoritajiet Franċiżi. Peress li l-Kummissjoni ma bagħtet xejn lura wara din il-Komunikazzjoni, l-awtoritajiet Franċiżi kkonkludew li l-informazzjoni mibgħuta kienet tissodisfa lill-Kummissjoni. |
(53) |
F’risposta ulterjuri lill-Kummissjoni, li argumentat li bagħtet talba għal informazzjoni addizzjonali (30 ta’ Mejju 1996) permezz tal-ittra msemmija hawn fuq, l-awtoritajiet Franċiżi sostnew l-ewwel nett li qatt ma rċevew talbiet għal informazzjoni addizzjonali u, it-tieni nett, fehmu li n-nuqqas ta’ intervent mill-Kummissjoni bejn it-30 ta’ Mejju 1996 u t-2 ta’ Ottubru 2001 kien ifisser li hi aċċettat b’mod impliċitu l-kumpatibbiltà tal-azzjonijiet li kienet taf bihom. |
(54) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li l-Kummissjoni kienet infurmata bl-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni mmexxija minn Interbev fil-qafas tad-dossier C 18/95, dwar l-azzjonijiet favur is-settur tat-trobbija tan-nagħaġ. |
(55) |
Għaldaqstant, peress li fil-fehma tagħhom il-Kummissjoni ma komplietx bl-eżaminazzjoni ta’ dawk il-ftehimiet, l-awtoritajiet Franċiżi jidhrilhom li kkunsidraw b’mod leġittimu li l-Kummissjoni ma kinitx qed topponi l-applikazzjoni tagħhom. |
(56) |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-awtoritajiet Franċiżi jaħsbu li din il-proċedura kienet tikkonċerna biss il-ftehim interprofessjonali tat-12 ta’ Ġunju 2001. |
(57) |
Finalment, fl-ittra tagħhom tal-24 ta’ Mejju 2011 u fil-laqgħa tad-29 ta’ Marzu 2011, l-awtoritajiet Franċiżi bagħtu lill-Kummissjoni d-dejta dwar il-perjodu kollu kkonċernat. |
2. RAĠUNI LI TIĠĠUSTIFIKA N-NUQQAS TA’ NOTIFIKA TAL-GĦAJNUNA SKONT L-AWTORITAJIET FRANĊIŻI
(58) |
Fir-rigward tal-azzjonijiet sussegwenti permezz tar-riżorsi li ġew mil-levies miġbura bl-implimentazzjoni tal-ftehimiet interprofessjonali l-ġodda tat-12 ta’ Ġunju 2001, favur Interbev u FNE, ma deherx li kien neċessarju li l-awtoritajiet Franċiżi jinnotifikawhom peress li huma ffinanzjati biss mil-levies privati miġbura fis-settur ikkonċernat. |
3. L-AZZJONIJIET IMMEXXIJA MINN INTERBEV
(59) |
Fir-rigward tal-azzjonijiet immexxija minn Interbev, l-awtoritajiet Franċiżi jinnotaw li l-Kummissjoni, meta ħarġet l-analiżi tal-informazzjoni mogħtija lilha permezz tal-ittra tad-9 ta’ Novembru 2001, qisithom bħala kumpatibbli mal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuniet mill-Istat fis-settur agrikolu (2000-2006) u mal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuniet mill-Istat għar-reklamar ta’ prodotti agrikoli u ta’ ċerti prodotti li ma jidħlux fl-Anness I. Huma jikkonfermaw li matul il-perjodu kkonċernat f’din id-Deċiżjoni, Interbev iffinanzjat dawn l-azzjonijiet ta’ reklamar, assistenza teknika, riċerka u sperimentazzjoni, fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk imsemmija qabel fl-ittra tad-9 ta’ Novembru 2001. |
4. L-AZZJONIJIET TA’ RIĊERKA U ASSISTENZA TEKNIKA MWETTQA PERMEZZ TAL-FNE
(60) |
Fir-rigward tal-FNE, l-awtoritajiet Franċiżi, permezz ta’ ittra b’risposta għad-deċiżjoni ta’ bidu tal-proċedura (8 u 10 ta’ Ottubru 2003), ipprovdew l-ispjegazzjonijiet li ġejjin. |
(61) |
L-azzjonijiet imwettqa permezz tar-riżorsi tal-FNE huma azzjonijiet ta’ assistenza teknika u riċerka applikata. L-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw li dawn ġew imfassla b’konformità mal-punti 14 u 17 tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuniet mill-Istat fis-settur agrikolu (2000-2006). |
(62) |
L-ewwel nett, huwa ppreċiżat li r-riżorsi miġbura mill-FNE servew għall-azzjonijiet li ġejjin:
|
4.1. IL-QASAM ĠENETIKU
(63) |
Fil-qasam ġenetiku, il-parteċipazzjoni tal-FNE hija strettament riżervata għall-akkumpanjament ta’ ċerti azzjonijiet kollettivi li jitwettqu fil-qafas tal-Istrument Nazzjonali għat-Titjib Ġenetiku u definiti mill-Kummissjoni Nazzjonali għat-Titjib Ġenetiku (CNAG) li jgħaqqad lir-rappreżentanti tal-Istat, tal-professjoni, tar-riċerka u tal-edukazzjoni. |
(64) |
Essenzjalment, il-finanzi mogħtija mill-FNE huma mmirati sabiex jakkumpanjaw l-azzjonijiet tad-dipartiment ġenetiku tal-Istitut tat-trobbija tal-bhejjem, li l-għan ewlieni tiegħu hu: l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet ta’ livell lokali li jikkontribwixxu għall-progress ġenetiku tal-annimali li jixtarru; l-elaborazzjoni, il-manutenzjoni u l-evoluzzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet li jiddefinixxu l-proċeduri lokali; il-kontroll tal-proċeduri ta’ valorizzazzjoni u ta’ reġistrazzjoni tad-dejta meħtieġa għall-evalwazzjoni ġenetika tar-riprodotturi fil-ħażniet kollettivi ta’ informazzjoni fil-kompjuters; l-adattament tal-proċeduri ta’ indiċjar bi sħubija mal-INRA, l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ skambju tad-dejta fuq livell internazzjonali u t-tqassim tal-indiċi uffiċjali fi Franza. |
4.2. TIĠDID U ŻVILUPP TAS-SISTEMI TA’ INFORMAZZJONI DWAR IT-TROBBIJA TAL-BHEJJEM
(65) |
Fuq il-bażi tal-azzjoni tiegħu ta’ tiġdid u żvilupp tas-sistemi ta’ informazzjoni fit-trobbija tal-annimali, l-FNE jipparteċipa fit-tiġdid tas-sistema ta’ informazzjoni ġenetika (SIG). Dan it-tiġdid, li nbeda fl-1995, ġie mfassal sabiex jimmodernizza sistema kollettiva ta’ informazzjoni implimentata aktar minn 20 sena ilu u tinġabar sabiex tiġi żgurata ġestjoni aktar effikaċi tad-dejta dwar il-ġenetika filwaqt li jiġu integrati l-funzjonalitajiet ġodda meħtieġa għall-indiċjar u sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż. |
(66) |
Barra minn hekk, l-FNE pparteċipa fl-istudju tal-fattibbiltà ekonomika, teknika u ġuridika ta’ proġett ta’ sistema professjonali tal-informazzjoni dwar it-trobbija tal-bhejjem (SPIE) li għandu l-għan li jiżgura l-valorizzazzjoni professjonali u interprofessjonali tad-dejta uffiċjali ta’ identifikazzjoni u ta’ dejta oħra li tista’ tiġi provduta. |
4.3. INTERVENTI FIL-QASAM TAR-RIĊERKA APPLIKATA
(67) |
Diversi programmi ta’ riċerka applikata kienu soġġetti għall-għoti ta’ appoġġ min-naħa tal-FNE, li għandu l-għan li jkompli l-parteċipazzjoni tiegħu fi studji li jittrattaw suġġetti ta’ interess ġenerali għas-settur tat-trobbija tal-bhejjem, bħal pereżempju l-għajnuna għall-programm ta’ riċerka applikata u tat-trasferiment tal-bijoteknoloġiji tar-riproduzzjoni (trasferiment tal-embriju, l-għażla tas-sess, fertilizzazzjoni in vitro, klonazzjoni). Dawn il-ħidmiet jikkonċernaw it-tekniki l-ġodda tal-embrijoloġija, li huma partikolarment interessanti fil-perspettiva għall-użu fil-ġejjieni tal-markaturi molekulari u għall-ħidmiet ta’ għażla assistita minn sinjali. Il-programm afferma ruħu permezz ta’ titjib notevoli fir-rendiment tat-trasferiment embrijonali klassiku, l-iżvilupp u t-titjib fil-metodu Franċiż tal-għażla tas-sess tal-embrijuni, l-iżvilupp tal-metodu tal-aspirazzjoni tal-ooċiti permezz ta’ apparat ekografiku, it-titjib tat-teknika ta’ fertilizzazzjoni in vitro. |
(68) |
L-FNE pparteċipa wkoll fil-proġett pilota ta’ riċerka dwar ir-rikombinazzjoni omologa. Permezz tal-metodu tat-transġenesi, il-proġett, immexxi mill-INRA, involva modifika kkontrollata ta’ ġenoma tal-annimali billi l-inseriment ta’ transġene kien immirat f’post speċifiku tad-DNA. Dan l-inseriment hu maħsub sabiex jagħti l-għażla għall-bidla ta’ ġene ma’ ieħor mingħajr l-użu ta’ organiżmi ġenetikament modifikati. |
(69) |
Barra minn hekk, l-FNE pparteċipa fil-programm IDEA f’dak li jikkonċerna l-identifikazzjoni elettronika tal-annimali ta’ razza bovina u ovina. Ikkontribwixxa wkoll għall-finanzjament tal-proġetti nazzjonali fil-qafas tal-programm Komunitarju IDEA bil-għan li titjieb l-affidabbiltà fl-identifikazzjoni tal-annimali permezz tal-użu tat-tekniki l-ġodda tal-użu elettroniku. |
4.4. STUDJI EKONOMIĊI
(70) |
L-FNE intalab jipparteċipa fil-finanzjament tal-istudji ekonomiċi li huma indispensabbli għall-organizzazzjonijiet ta’ trobbija tal-bhejjem, l-aktar sabiex iwieġeb għall-mistoqsijiet ġejjin mir-riformi suċċessivi tal-PAK, mit-tkabbir tal-Ewropa, mill-kriżi tas-snin li għaddew u mill-evoluzzjoni tal-kuntest internazzjonali. |
(71) |
Dawn l-istudji kollha huma mwettqa taħt it-tmexxija ta’ grupp imsejjaħ “Groupe Économique du Bétail” (Grupp Ekonomiku tal-Bhejjem - GEB) immexxi mill-Istitut tat-Trobbija tal-Bhejjem li jiggarantixxi l-koerenza tal-ħidmiet differenti mitluba mill-professjoni u l-kumplimentarjetà tagħhom mal-istudji eżistenti f’postijiet oħra. |
(72) |
Il-ħidmiet jitwettqu permezz tal-monitoraġġ tas-sitwazzjoni ta’ bħalissa għas-setturi tal-produzzjoni tal-ħalib u tal-laħam, fi Franza u fl-Ewropa, id-dossiers ekonomiċi ta’ kull xahar li janalizzaw fil-fond l-aspetti tal-ekonomija tal-produzzjoni tal-annimali fi Franza, fl-Ewropa u fid-dinja, il-ħidmiet speċifiċi bħall-monitoraġġ tal-prezzijiet, tal-ispejjeż tal-produzzjoni, tan-negozjar Komunitarju u tal-WTO. |
(73) |
L-osservatorju ekonomiku tal-GEB jgħaqqad l-għarfien konkret dwar il-funzjonament tal-irziezet, hekk kif użat min-netwerk tat-trobbija tal-bhejjem u jiżgura sinerġija bejn l-approċċ makro u mikroekonomiku. |
4.5. AZZJONIJIET OĦRA
(74) |
L-FNE huwa msejjaħ ukoll sabiex isostni kif xieraq it-tnedija tal-proġetti unifikanti l-ġodda maħsuba biex jiffaċilitaw l-adattament tas-settur tat-trobbija tal-bhejjem għall-iżviluppi soċjo-ekonomiċi, bħall-implimentazzjoni tal-karta tal-prattiki tajba tat-trobbija tal-bhejjem, li hija l-aktar inizjattiva importanti ta’ dan it-tip fl-Ewropa, u t-tnedija tal-proġett ta’ komunikazzjoni dwar ix-xogħol ta’ raħħal, wara t-tieni kriżi tal-BSE sabiex jerġa’ jġib lura qbil bejn dawk li jrabbu l-bhejjem u ċ-ċittadini. |
4.6. QAFAS KOMUNITARJU
(75) |
L-awtoritajiet Franċiżi enfasizzaw li, mingħajr dubju, l-azzjonijiet kollha li ġew iffinanzjati huma ta’ interess ġenerali għal dawk kollha li jrabbu l-annimali ta’ razza bovina jew ovina; qatt ma kien il-każ ta’ azzjonijiet li jibbenefikaw biss lil operaturi individwali jew lil gruppi ta’ operaturi partikolari. |
(76) |
Il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-FNE ħafna drabi hija inqas minn 50 % tal-ispiża ta’ dawn il-ħidmiet u r-riċerki. Tista’ taqbeż il-50 % f’ċerti proġetti speċifiċi, iżda r-rata ta’ għajnuna fl-ebda każ ma’ taqbeż il-100 %. |
4.6.1. Assistenza teknika
(77) |
L-istudji ekonomiċi huma ffinanzjati billi jiġi żgurat li min-naħa jiġi rispettat il-limitu ta’ EUR 100 000 għal kull persuna li trabbi l-bhejjem, kull perjodu ta’ tliet snin, u min-naħa l-oħra r-rispett tar-regola li tistipula li r-riżultati għandhom ikunu aċċessibbli għal dawk kollha li jrabbu. |
4.6.2. Riċerka applikata
(78) |
L-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw li d-dejta minn kull studju ekonomiku, bħal dik miġbura minn kull programm ta’ riċerka, meta ssir definittiva, tkun soġġetta għal distribuzzjoni fuq skala kbira. Sistematikament, dan iwassal għall-pubblikazzjoni u t-tqassim tar-riżultati tal-ħidmiet kollha megħjuna mill-fond, sabiex dawk li jrabbu l-bhejjem u l-organizzazzjonijiet tagħhom fuq il-post jkunu jistgħu jibbenefikaw minnhom u jkollhom aċċess għalihom mingħajr diskriminazzjoni. |
(79) |
Jintużaw żewġ kanali kbar ta’ komunikazzjoni: dak tal-organizzazzjonijiet professjonali tat-trobbija tal-bhejjem u dak tal-Istitut tat-trobbija tal-bhejjem, permezz tal-pubblikazzjonijiet tekniċi u ekonomiċi b’komunikazzjoni tqassim fuq skala wiesa’ fost dawk li jrabbu l-bhejjem u l-persuni tekniċi. |
(80) |
Minħabba n-n-natura ta’ interess ġenerali tar-riċerka, mhu previst l-ebda użu kummerċjali tar-riżultati. Dawk li tabilħaqq jibbenefikaw mill-azzjonijijet huma dawk kollha li jrabbu l-annimali ta’ razza bovina u ovina, li jitqassmulhom ir-riżultati teoretiċi u prattiċi tal-ħidmiet. |
(81) |
L-istudji ffinanzjati ma jagħtu lok għal ebda ħlas dirett lill-produtturi jew lill-proċessuri. |
5. LEVIES FUQ L-ANNIMALI U L-LAĦAM IMPORTATI
5.1. IL-LEVIES INTERBEV
(82) |
Skont l-informazzjoni mibgħuta f’mumenti differenti mill-awtoritajiet Franċiżi, fir-rigward tat-tassazzjoni tal-laħam introdott fi Franza u li ġej minn azjendi li jrabbu l-bhejjem ta’ Stati Membri oħra jew ta’ pajjiżi terzi, il-Kummissjoni setgħet tinnota li d-Digrieti interministerjali għal estensjoni tal-ftehimiet interprofessjonali tal-1995 u l-2001 minn dejjem eskludew il-levies fuq il-laħam importat mill-kamp ta’ applikazzjoni. |
5.2. IL-LEVIES FNE
(83) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni osservat li l-levy miġbura favur l-FNE setgħet tiġi applikata għal annimali mrobbija barra mit-territorju nazzjonali, iżda introdotti fi Franza biex jinqatlu hemmhekk. |
(84) |
Fl-ittra tagħhom tas-6 ta’ Ottubru 2003, l-awtoritajiet Franċiżi rrikonoxxew ir-relevanza ta’ din l-oġġezzjoni fuq il-livell tal-prinċipji tal-leġiżlazzjoni Komunitarja. B’hekk, ħadmu sabiex jimmodifikaw it-test tal-ftehim bil-għan li tiġi eskluża kull levy fuq l-annimali mrobbija barra t-territorju nazzjonali, iżda miġjuba fi Franza għat-tbiċċir. L-awtoritajiet Franċiżi pproponew li jibagħtu t-test il-ġdid lill-Kummissjoni, meta l-ftehim il-ġdid ikun ifformalizzat u ffirmat. |
(85) |
Barra minn hekk huma qalu li fil-prattika, l-importazzjoni ta’ annimali ħajjin ma kinitx komuni u ma kinitx toħloq riskju ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni. Skont is-servizzi doganali, il-“bovini kbar adulti” importati ammontaw għal 24 933 fl-2001 u 22 250 fl-2002 rispettivament. Ir-rata ta’ tbiċċir fuq livell nazzjonali tammonta għal 4 miljuni, waqt li l-importazzjoni ta’ annimali ħajjin kienet tirrappreżenta biss 0.58 % mit-tbiċċir totali. Min-naħa l-oħra, aktar minn 70 % ta’ dawn l-importazzjonijiet kienu jirrigwardaw annimali bl-aqwa struttura fiżika u bi prezz għoli, maħsuba għal tip ta’ konsum speċifiku fit-tramuntana ta’ Franza. Jekk wieħed jikkunsidra l-prezz medju tal-importazzjoni ta’ dawn l-annimali (skont id-Dwana: EUR 1.50/kg, jiġifieri l-ekwivalenti ta’ EUR 2.5 għal kull kg netta), il-levy favur l-FNE miġbura fuq l-annimali riedet tkun ta’ 0.1 % tal-valur tal-annimal. |
(86) |
Skont l-awtoritajiet Franċiżi, minn naħa waħda, il-levies volontarji obbligatorji miġbura kienu minimi, għax spiss kien hemm nuqqas ta’ ħlas fuq l-annimali importati u iktar tard dan sar sistematiku u, min-naħa l-oħra, it-total tal-levy volontarja obbligatorja kkonċernata, imqabbel mal-valur tal-annimali, tant kien baxx li ma setax jikkaġuna distorsjoni fil-kompetizzjoni. Fl-ittra tagħhom tal-24 ta’ Mejju 2011, l-awtoritajiet Franċiżi bagħtu eżempji stampati ta’ kalkoli ta’ levies u ta’ dikjarazzjonijiet tal-impriża li juru li l-prattika ta’ rimborż setgħet seħħet f’ċerti każijiet, iżda li din il-prattika ma kinitx obbligatorja. |
(87) |
Permezz ta’ ittra tat-13 ta’ Settembru 2005 u tal-24 ta’ Mejju 2011, l-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw li mill-2003, il-levy FNE kienet biss fuq l-annimali mrobbija u mbiċċra fi Franza (20). |
6. LEVIES FUQ L-ANNIMALI U L-LAĦAM MIBGĦUTA LEJN STATI MEMBRI OĦRA
6.1. DWAR IL-LEVIES INTERBEV
(88) |
Rigward il-levy li tolqot il-laħam mibgħut lejn Stati Membri oħra, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni lejn riskju ta’ diskriminazzjoni marbut mas-sistema ta’ levy li ma kinitx ikkunsidrat l-ispedizzjoni barra t-territorju nazzjonali ta’ ċerti prodotti sottomessi għal-levy u tibża’ li tali miżura tiffavorixxi l-produzzjonijiet nazzjonali kummerċjalizzati fi Franza. |
(89) |
Kif spjegat fil-premessa 16 et sequitur, il-laħam mibgħut lejn Stati Membri oħra ġie sottomess għal levy volontarja obbligatorja ta’ EUR 0,0126/kg u mill-ftehim interprofessjonali tat-12 ta’ Ġunju 2001, ir-rata ta’ levy volontarja obbligatorja saret EUR 0,024/kg. Barra minn hekk, mid-data meta beda l-ftehim imsemmi kienet ippjanata sistema ta’ rimborż li titla’ għal EUR 0,010/kg. |
(90) |
Fir-rigward tal-levies volontarji obbligatorji li jolqtu lill-annimali mibgħuta lejn Stati Membri oħra, fl-ittra tagħhom tal-24 ta’ Mejju 2011, l-awtoritajiet Franċiżi taw spjegazzjonijiet sabiex juru li l-levies volontarji obbligatorji msemmija kienu proporzjonati mal-benefiċċji miksuba mill-azzjonijiet iffinanzjati minn tali levies. |
(91) |
L-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li l-ispedizzjonijiet ta’ annimali ħajjin kienu jikkonċernaw lill-frieħ li jkunu nfatmu tal-ispeċi bovina. Kif indikat fil-premessa 17 et sequitur, l-annimali kienu sottomessi għal levy volontarja obbligatorja li ġiet ikkalkulata għal kull annimal u mhux għal kull kilogramma ta’ laħam. |
(92) |
Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi bagħtu kalkolu li permezz tiegħu tiġi evalwata l-ekwivalenza bejn il-piż ta’ kull annimal u l-piż ta’ kull kilogramma. Fil-fatt, il-ftehim interprofessjonali tal-25 ta’ Lulju 1995 kien jindika li l-levy volontarja obbligatorja għat-tbiċċir kienet ta’ FRF 0,084/kg ta’ karkassa waqt li l-levy volontarja obbligatorja fuq l-ispedizzjoni ta’ annimali ħajjin kienet ta’ FRF 7 fuq kull annimal bovin adult (Artikolu 4). Iżda, ferħ li jkun infatam jiżen bejn 250 u 280 kg ħaj, li jfisser toqol medju ta’ laħam (porzjon ta’ 65 %) ta’ 163 kg. Għaldaqstant, il-levy ta’ FRF 7 fuq kull annimal kienet tfisser levy ta’ FRF 0,042/kg, komparabbli ma’ nofs il-levy li kellha titħallas fuq il-laħam. |
(93) |
Il-ftehim interprofessjonali tat-12 ta’ Ġunju 2001 kien estenda dan id-dispożittiv billi segwa l-istess ekwivalenza. It-totali (f’euro) kienu li ġejjin: levy volontarja obbligatorja fuq it-tbiċċir ta’ EUR 0,024/kg ta’ karkassa (Artikolu 2) u levy volontarja obbligatorja fuq l-ispedizzjoni ta’ annimali ħajjin ta’ EUR 1,7 fuq kull annimal bovin adult (Artikolu 4). Il-levy ta’ EUR 1,7 fuq kull annimal bovin adult kienet ekwivalenti għal-levy ta’ EUR 0,0104/kg, komparabbli ma’ nofs il-levy li kellha titħallas fuq il-laħam. |
(94) |
L-awtoritajiet Franċiżi jikkalkulaw li d-dħul totali (EUR 38 136 670) li ġej mill-levy volontarja obbligatorja miġbura minn fuq il-prodotti mibgħuta lejn Stati Membri oħra (annimali ħajjin u laħam) kien dak ta’ 15 % tad-dħul totali li ġej mil-levies volontarji obbligatorji kollha miġbura minn Interbev bejn l-1995 u l-2004 (ta’ EUR 252 855 282). Billi jiġi adottat approċċ globali fuq is-snin 1995-2004, l-awtoritajiet Franċiżi jikkalkulaw li d-dħul imsemmi kien proporzjonali għall-vantaġġ fuq il-prodotti mibgħuta lejn Stati Membri oħra bħala riżultat tal-miżuri li ttieħdu. |
(95) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li l-annimali u l-laħam mibgħuta barra minn Franza minn naħa waħda bbenefikaw mill-azzjonijiet imwettqa barra t-territorju nazzjonali, li jirrappreżentaw l-ammont ta’ EUR 21 490 848 u, min-naħa l-oħra mill-azzjonijiet utli għall-annimali u l-prodotti kollha tkun xi tkun id-destinazzjoni tagħhom. L-awtoritajiet Franċiżi jikkalkulaw li, minn din is-somma ta’ azzjonijiet utli għall-annimali u l-prodotti kollha li titla’ sa EUR 91 231 075, ikun tajjeb li wieħed jikkunsidra li EUR 28 280 000 biss iffinanzjaw azzjonijiet imwettqa barra t-territorju nazzjonali. |
(96) |
L-azzjonijiet li kienu jikkonċernaw b’mod speċifiku lill-annimali u l-prodotti esportati kienu partikolarment operazzjonijiet ta’ promozzjoni (pereżempju: fieri kummerċjali internazzjonali, azzjonijiet ta’ informazzjoni professjonali u ta’ relazzjonijiet pubbliċi, Ġimgħa Internazzjonali Favur l-Ambjent f’Berlin, kors ta’ taħriġ dwar il-qtugħ tal-laħam li jsir barra l-pajjiż). L-azzjonijiet li kienu jikkonċernaw l-annimali u l-prodotti kollha, kienu x’kienu is-swieq tagħhom, fi Franza u barra Franza kienu partikolarment jinkludu azzjonijiet ta’ pubbliċità bħall-kampanji dwar “le boeuf européen de qualité” (iċ-ċanga Ewropea ta’ kwalità), il-proċess tat-tbiċċir, dwar ir-“races à viande” (“razez għall-produzzjoni tal-laħam”), u ċertu numru ta’ azzjonijiet ta’ riċerka dwar is-sigurtà tal-ikel, dwar il-benesseri tal-annimali, dwar il-ġestjoni tal-kwalità, dwar il-karatterizzazzjoni tal-prodott, dwar il-proċess ta’ ċertifikazzjoni jew it-traċċabbiltà tal-laħam tal-bovini li r-riżultati tagħhom xterdu sew kemm fi Franza kif ukoll barra minn Franza. |
(97) |
Bħala total, l-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li l-prodotti mibgħuta barra Franza bbenefikaw minn ammont totali ta’ EUR 49 770 000 bħala riżultat tal-azzjonijiet interprofessjonali. Dan it-total għandu jitqabbel mal-levies volontarji obbligatorji li kellhom jitħallsu, jiġifieri EUR 38 136 670. Il-parti ta’ levies volontarji obbligatorji mħallsa mill-produzzjoni Franċiża esportata matul il-perjodu li jkopri s-snin 1995-2004 kienet ibbilanċjata meta mqabbla mal-benefiċċji li ħadet mill-azzjonijiet iffinanzjati minn Interbev. |
6.2. IL-LEVIES FNE
(98) |
Fl-ittra tagħhom tat-13 ta’ Settembru 2005, l-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw li l-prodotti mibgħuta ma kinux soġġetti għal levy għall-FNE. |
IV STIMA TAL-GĦAJNUNA
(99) |
L-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE japplikaw għall-prodotti agrikoli kollha tal-Anness I għalih, sottomessi għal organizzazzjoni komuni tas-suq (il-prodotti agrikoli kollha, minbarra l-laħam taż-żiemel, l-għasel, il-kafé, l-alkoħol ta’ oriġini agrikola, il-ħall li ġej mill-alkoħol u s-sufra) skont ir-Regolamenti differenti li jikkontrollaw l-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq rispettivi. |
1. L-EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA FIS-SENS TAL-ARTIKOLU 107(1) TAT-TFUE
(100) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, ħlief għad-derogi previsti fit-Trattat imsemmi, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern. |
(101) |
L-Artikoli 107 sa 109 tat-TFUE, fiż-żmien ikkonċernat, kienu saru applikabbli fis-settur tal-laħam tal-bovini permezz tal-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 1254/99 tal-Kunsill (21) li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq għal dawn il-prodotti. Qabel l-adozzjoni ta’ dan tal-aħħar, dawn l-Artikoli kienu saru applikabbli fl-istess settur permezz tal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-laħam taċ-ċanga [traduzzjoni mhux uffiċjali] (22). Kienu saru applikabbli fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż permezz tal-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 2529/2001 tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2001 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż (23). Qabel l-adozzjoni ta’ dan tal-aħħar, l-Artikoli kienu saru applikabbli fl-istess settur permezz tal-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2467/98 tat-3 ta’ Novembru 1998 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż [traduzzjoni mhux uffiċjali] (24) u, qabel l-adozzjoni ta’ dan tal-aħħar, permezz tal-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 tal-25 ta’ Settembru 1989, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż [traduzzjoni mhux uffiċjali] (25). |
(102) |
Illum, l-Artikoli 107 sa 109 tat-TFUE huma applikabbli, għaż-żewġ setturi msemmija fil-premessa 32 et sequitur ta’ din id-Deċiżjoni, permezz tal-Artikolu 180 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (26) (27). |
1.1. L-EŻISTENZA TA’ VANTAĠĠ SELETTIV
(103) |
Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, l-interventi jitqiesu bħala għajnuniet meta, fi kwalunkwe forma, ikunu jistgħu jiffavorixxu direttament jew indirettament xi impriżi jew jitqiesu bħala vantaġġ ekonomiku li l-impriża benefiċjarja kieku ma kinitx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq (28). F’dan il-każ, l-appoġġ mogħti jiffavorixxi ċerti impriżi attivi fis-settur tat-trobbija tal-bhejjem ta’ razza bovina jew ovina permezz tat-twettiq ta’ azzjonijiet li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-produtturi jew l-oqsma rappreżentati minn Interbev. |
(104) |
Barra minn hekk, dejjem skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-interventi jitqiesu bħala għajnuniet meta, taħt forom diversi, inaqqsu xi piżijiet li normalment ikunu imposti fuq baġit ta’ impriża u li, b’hekk, mingħajr ma jkunu sussidji fis-sens strett tal-kelma, jaġixxu bħalhom u jkollhom l-istess effetti (29). |
(105) |
Fir-rigward tal-eżistenza ta’ vantaġġ, din trid tkun stabbilita fuq livell tal-benefiċjarji potenzjali tal-azzjonijiet favur is-settur tal-laħam kif ukoll tal-levies interprofessjonali inkwistjoni u tal-finanzjament tagħhom. F’dan il-każ, l-appoġġ mogħti ffavorixxa ċerti impriżi attivi fis-settur tat-trobbija tal-bhejjem ta’ razza bovina jew ovina permezz ta’ twettiq ta’ azzjonijiet li minnhom jistgħu jibbenefikaw il-produtturi tas-settur. |
1.2. GĦAJNUNA MOGĦTIJA MILL-ISTAT JEW PERMEZZ TA’ RIŻORSI TAL-ISTAT
(106) |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex vantaġġ jiġi kkwalifikat bħala għajnuna mill-Istat, l-ewwel nett jeħtieġ li jingħata direttament jew indirettament permezz tar-riżorsi tal-Istat, u t-tieni nett, ikun imputabbli għall-Istat (30). |
(107) |
F’dan il-każ, dwar it-tip ta’ levies (levies volontarji obbligatorji), il-Kummissjoni tikkunsidrahom bħala taxxi parafiskali, jiġifieri riżorsi pubbliċi. Il-Kummissjoni ibbażat l-analiżi tagħha fuq il-konsiderazzjonijiet li ġejjin. |
(108) |
L-ewwel nett, għandu jiġi enfasizzat li, skont ġurisprudenza stabbilita, u b’mod partikolari l-punt 139 tal-Kawża Salvat (31), id-distinzjoni bejn il-korpi privati u pubbliċi mhijiex “element determinanti għall-applikazzjoni tat-Trattat fuq l-għajnuna mill-Istat”. Barra minn hekk, is-sentenza Ladbroke (32) tikkonferma b’mod ferm ċar li l-Artikolu 107(1) tat-TFUE “jinkludi l-istrumenti finanzjarji kollha li s-settur pubbliku jista’ realment juża biex isostni l-impriżi, indipendentement mill-fatt jekk dawn l-istrumenti humiex jew le parti, b’mod permanenti, mill-patrimonju tas-settur imsemmi hawn fuq. Għaldaqstant, anki jekk is-somom (…) mhumiex fil-pussess permanenti tat-teżor pubbliku, il-fatt li jibqgħu b’mod kostanti taħt il-kontroll pubbliku, u għalhekk fid-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, huwa biżżejjed biex jiġu kklassifikati bħala riżorsi Statali u biex il-miżura msemmija tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat” [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
(109) |
L-ewwel nett, fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-fatt li l-levies volontarji obbligatorji inkwistjoni jikkonsistu f’levies mis-settur privat u li mhumiex għad-dispożizzjoni permanenti tal-Istat mhuwiex biżżejjed sabiex jiġi deċiż li dawn jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Għaldaqstant, il-Kummissjoni trid tevalwa bl-istess mod il-livell ta’ kontroll eżerċitat mill-Istat fir-rigward tad-dħul li ġej mil-levies volontarji obbligatorji inkwistjoni u l-kapaċità tal-Istat sabiex jimplimenta l-użu tar-riżorsi biex jiffinanzja l-miżuri ta’ għajnuna. |
(110) |
Fil-każ eżaminat, il-Kummissjoni tosserva li l-approvazzjoni tal-gvern, permezz tar-rikonoxximent mogħti lil Interbev, tikkostitwixxi prerekwiżit għat-twaqqif tal-levies volontarji obbligatorji. Għalhekk, anki jekk Interbev hi entità mmexxija mil-liġi privata, il-kapaċità tagħha li tintroduċi levies volontarji obbligatorji fis-settur tal-attività tagħha hi soġġetta għall-approvazzjoni tal-funzjonament u tal-għanijiet tagħha mill-Istat (ara l-premessa 14 ta’ din id-Deċiżjoni). |
(111) |
Il-Kodiċi rurali jipprevedi wkoll li l-levies isiru obbligatorji għall-membri kollha tal-professjoni inkwistjoni peress li huma estiżi permezz ta’ Digriet interministerjali (ara l-premessa 10 ta’ din id-Deċiżjoni). Jidher li dan it-tip ta’ levies jeħtieġ att ta’ awtorità pubblika sabiex jidħol kompletament fis-seħħ (33). |
(112) |
Fuq il-bażi ta’ dawn il-fatti, il-Kummissjoni tosserva li l-levies volontarji obbligatorji eżaminati jistgħu jitqiesu qishom kienu taħt il-kontroll tal-Istat u bħala parti mir-riżorsi tal-Istat. |
(113) |
It-tieni nett, l-użu tad-dħul mil-levies volontarji obbligatorji hu determinat mill-għanijiet u l-qafas tal-funzjonament tal-interprofessjoni kif definiti fil-Kodiċi rurali (ara l-premessi 7 sa 10). Għalhekk, l-Istat għandu s-setgħa li jalloka l-użu tad-dħul li ġej mil-levies volontarji obbligatorji sabiex jiffinanzja miżuri ta’ għajnuna mwettqa minn Interbev. B’hekk, il-vantaġġi mogħtija minn Interbev jkunu jistgħu jitqiesu bħala imputabbli għall-Istat. |
(114) |
Barra minn hekk, għandu jiġi mfakkar li, fil-Kawża C-345/02 Pearle (34), il-Qorti tal-Ġustizzja identifikat ċerti indizji li jippermettu li jiġi determinat jew le jekk it-taxxi parafiskali jridux jitqiesu jew le bħala riżorsi tal-Istat imputabbli għall-Istat peress li, essenzjalment, jinġabru minn organizzazzjoni interprofessjonali għall-membri tagħha. |
(115) |
B’konformità mat-test propost mill-Qorti tal-Ġustizzja f’din il-kawża, il-levies obbligatorji miġbura minn korp intermedjarju li jirrappreżenta l-impriżi ta’ ċerti setturi tal-ekonomija mhumiex ikkunsidrati bħala riżorsi tal-Istat jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(116) |
Iżda, jidher biċ-ċar li l-miżura attwali ma tilħaqx il-kundizzjonijiet kollha tal-Kawża Pearle. L-ewwel nett, l-eżistenza, l-iskopijiet u l-funzjonament ta’ Interbev huma rregolati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali (ara l-premessi 10 u 14) u l-finanzjament tagħha mil-levy volontarja obbligatorja jeħtieġ l-intervent mill-Istat (ara l-premessa 10). Barra minn hekk, l-Artikolu 632-2-1 tal-Kodiċi rurali jistabbilixxi li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea u jistgħu jibbenefikaw minn prijoritajiet fl-għoti tal-għajnuniet pubbliċi. Għaldaqstant, Interbev tista’ tiġi kkunsidrata bħala strument għall-implimentazzjoni ta’ politika sostnuta mill-Istat li twettaq attivitajiet fl-interess ġenerali tal-interprofessjoni (ara l-premessi 40 u 61 et sequitur). Barra minn hekk, kif stabbilit fl-Istatut ta’ Interbev, il-baġits tal-interprofessjoni jistgħu jiżdiedu permezz ta’ sussidju dirett mill-Istat. Fl-aħħar nett, f’dan il-każ, meta jiġi kkunsidrat l-interess ġenerali tal-attivitajiet ta’ riċerka ffinanzjati (ara l-premessa 10) ma jkunx jista’ jiġi stabbilit b’ċertezza li l-benefiċjarji tal-għajnuniet huma dejjem il-persuni soġġetti għat-taxxa. |
(117) |
Fir-rigward tal-konsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri inkwistjoni huma imputabbli għall-Istat u huma ffinanzjati minn riżorsi tal-Istat. |
1.3. L-EFFETTI FUQ IL-KUMMERĊ U D-DISTORSJONI TAL-KOMPETIZZJONI
(118) |
Sabiex ikunu jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, l-għajnuniet iridu jkunu jaffettwaw ukoll il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Dan il-kriterju jeħtieġ li l-benefiċjarji tal-għajnuniet iwettqu attività ekonomika. |
(119) |
Sabiex jiġi stabbilit jekk din l-għajnuna taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, jeħtieġ li fl-aħħar nett jiġi determinat dwar jekk din l-għajnuna tistax taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u toħloqx distorsjoni fil-kompetizzjoni. |
(120) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja osservat li filwaqt li vantaġġ mogħti minn Stat Membru isaħħaħ il-pożizzjoni ta’ kategorija ta’ impriżi meta mqabbla ma’ impriżi kompetituri oħra fil-kummerċ intrakomunitarju, dawn tal-aħħar iridu jitqiesu bħala influwenzati minn dan il-vantaġġ (35), li jkun biżżejjed sabiex tiġi pprovata l-eżistenza ta’ distorsjoni fil-kompetizzjoni. |
(121) |
Il-fatt li hemm kummerċ bejn l-Istati Membri fis-settur tal-produzzjoni tal-laħam huwa pprovat biżżejjed permezz tal-eżistenza ta’ organizzazzjoni komuni ta’ swieq fis-settur (36). Pereżempju, il-kummerċ intrakomunitarju tal-prodotti tal-laħam fi Franza jirrappreżenta madwar 15 % tat-total ta’ kummerċ tal-Unjoni għall-prodotti msemmija (37). |
(122) |
Għalhekk, l-għajnuniet mogħtija jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri biżżejjed biex jaffettwaw il-produzzjoni nazzjonali b’detriment għall-produzzjoni tal-Istati Membri l-oħra. Fil-fatt, fiż-żmien ikkonċernat kopert minn din id-Deċiżjoni, is-settur tal-produzzjoni tal-laħam kien ferm miftuħ għall-kompetizzjoni fuq livell Komunitarju u, għalhekk, ferm sensittiv għal kull miżura li tiffavorixxi l-produzzjoni fi kwalunkwe Stat Membru. |
1.4. KONKLUŻJONIJIET DWAR IN-NATURA TAL-“GĦAJNUNA” FIS-SENS TAL-ARTIKOLU 107(1) TAT-TFUE
(123) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, li l-miżuri imposti f’dan il-każ favur il-benefiċjarji jagħtihom vantaġġ li l-operaturi l-oħrajn ma jistgħux jibbenefikaw minnu u jxekklu jew huma theddida għall-kompetizzjoni billi jiffavorixxu ċerti impriżi u ċerti produzzjonijiet, peress li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
(124) |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura inkwistjoni taqa’ taħt l-Artikolu 107(1) tat-TFUE u hija għajnuna mill-Istat. |
2. EŻAMINAZZJONI TAL-KUMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNIET
2.1. L-AMBITU TAD-DEĊIŻJONI
(125) |
L-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li d-Deċiżjoni inkwistjoni għandha tkopri l-ftehim interprofessjonali tat-12 ta’ Ġunju 2001 biss, kif spjegat aktar ‘il fuq (ara l-premessa 56). |
(126) |
Il-Kummissjoni, fil-qafas tal-għajnuna NN 34/95, ma kellhiex għad-dispożizzjoni tagħha informazzjoni dwar il-levies FNE jew is-sistema ta’ finanzjament tal-għajnuniet minn dan id-dossier (38). Barra minn hekk, il-pożizzjoni tagħha kienet tikkonċerna biss l-għajnuniet lill-investimenti għal ċerti persuni li jrabbu l-bhejjem, l-aktar fil-kuntest tal-ewwel xirja ta’ annimali. Il-Kummissjoni l-anqas ma kienet ħadet pożizzjoni fir-rigward tas-sistema ta’ levy volontarja obbligatorja, jew tal-għajnuniet għat-titjib ġenetiku, is-sistema ta’ informazzjoni ġenetika, il-bijoteknoloġija jew l-istudji ekonomiċi, jew inkella l-azzjonijiet ta’ promozzjoni, assistenza teknika, riċerka u sperimentazzjoni ffinanzjati mil-levies Interbev, li ma ġewx notifikati fis-sens tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. |
(127) |
Dawn l-azzjonijiet issemmew minn Franza fl-ittra tad-29 ta’ April 1996 fil-qafas tad-dossier NN 49/1996, iżda f’dak li jirrigwarda l-attivitajiet marbuta mal-FNE biss. |
(128) |
F’risposta għal din l-ittra, il-Kummissjoni xorta waħda talbet informazzjoni addizzjonali permezz ta’ ittra tat-30 ta’ Mejju 1996 (VI/021559), sabiex tifhem in-natura u l-ambitu tal-għodod finanzjarji li jiffaċilitaw ir-ristrutturar tal-azjendi tat-trobbija tal-bhejjem involuti fl-identifikazzjoni u l-għażla tal-annimali kif ukoll l-azzjonijiet ta’ żvilupp. Il-Kummissjoni kienet talbet ukoll li tkun inkluża skeda informattiva. Mandakollu, l-awtoritajiet Franċiżi ma rrispondewx għal din l-ittra u l-Kummissjoni ma ħaditx pożizzjoni dwar il-kumpatibbiltà tal-attivitajiet inkwistjoni mas-suq intern. Il-Kummissjoni fetħet il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE, fir-rigward tal-għajnuna inkwistjoni, permezz ta’ ittra tad-9 ta’ Lulju 2003 (39). |
(129) |
Il-ftehimiet interprofessjonali tal-15 ta’ Ġunju 1994 għall-fondi għat-trobbija u tat-18 ta’ Diċembru 1995 għal Interbev, kif ukoll l-għajnuniet mill-Istat iffinanzjati minn dawn il-ftehimiet, dejjem iridu jiġu eżaminati fid-dawl tar-regoli dwar l-għajnuniet mill-Istat, minħabba li s’issa għadhom ma ġewx approvati mill-Kummissjoni. |
(130) |
Konsegwentement, din id-Deċiżjoni tikkonċerna wkoll il-ftehimiet tal-15 ta’ Ġunju 1994 għall-benefiċċju tal-FNE u tat-18 ta’ Diċembru 1995 għall-benefiċċju ta’ Interbev. Matul l-analiżi ta’ dawn il-ftehimiet, il-Kummissjoni ma tkellmitx dwar l-azzjonijiet iffinanzjati mil-levies interprofessjonali msemmija. |
(131) |
Kif huwa indikat fil-premessa 57, l-awtoritajiet Franċiżi aċċettaw din l-interpretazzjoni b’mod impliċitu. |
2.2. APPLIKAZZJONI TAL-ARTIKOLU 107(3) TAT-TFUE
(132) |
Fl-Artikolu 107 tat-TFUE hemm xi eċċezzjonijiet għall-prinċipju ġenerali ta’ inkumpatibbiltà tal-għajnuniet mill-Istat mat-TFUE, minkejja li huwa ċar li wħud minnhom mhumiex applikabbli, l-aktar dawk previsti fil-paragrafu 2 tiegħu. Dawn l-anqas ma ġew invokati mill-awtoritajiet Franċiżi. |
(133) |
Fir-rigward tad-Derogi previsti fl-Artikolu 107(3), iridu jiġu interpretati b’mod strett fl-evalwazzjoni tal-programm kollu ta’ għajnuna reġjonali jew settorjali jew kull applikazzjoni individwali tal-iskemi ta’ għajnuniet ġenerali. B’mod partikolari, jistgħu jingħataw biss fil-każ fejn il-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi li l-għajnuna hi neċessarja għat-twettiq ta’ wieħed mill-għanijiet inkwistjoni. L-għoti ta’ benefiċċju tal-imsemmija derogi għal għajnuniet li ma jimplikawx kontroparti simili ifixkel il-kummerċ bejn l-Istati Membri u joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni mingħajr ġustifikazzjoni fir-rigward tal-interess Komunitarju u, simultanjament, jagħti vantaġġi mhux ġustifikati lill-operaturi ta’ ċerti Stati Membri. |
(134) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuniet inkwistjoni mhumiex maħsuba sabiex jiffavorixxu l-iżvilupp ekonomiku ta’ reġjun li l-livell tal-għixien tiegħu huwa baxx wisq jew fejn hemm nuqqas serju ta’ impjieg fis-sens tal-Artikolu 107(3)(a). Lanqas mhuma maħsuba sabiex jippromwovu t-twettiq ta’ proġett importanti ta’ interess komuni Ewropew jew sabiex jgħinu fl-irkupru minn qagħda ekonomika ħażina ħafna ta’ Stat Membru fis-sens tal-Artikolu 107(3)(b). L-għajnuniet lanqas mhuma maħsuba sabiex jippromwovu l-kultura jew il-konservazzjoni tal-patrimonju fis-sens tal-Artikolu 107(3)(d). |
(135) |
L-Artikolu 107(3)(c) xorta waħda jipprevedi li l-għajnuniet maħsuba sabiex jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ċerti reġjuni ekonomiċi jistgħu jitqiesu bħala kumpatibbli mas-suq intern meta ma jbiddlix il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jiġi mxekkel l-interess komuni. Sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mid-deroga prevista fl-Artikolu msemmi aktar qabel, l-għajnuniet iridu jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-settur ikkonċernat. |
2.3. IDENTIFIKAZZJONI TAL-LINJI GWIDA APPLIKABBLI GĦALL-MIŻURI MHUX NOTIFIKATI
(136) |
Skont il-punt 194 tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuniet mill-Istat fis-settur agrikolu u tal-forestrija u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment tar-regoli applikabbli għall-analiżi tal-għajnuniet illegali mill-Istat (40), kull għajnuna illegali fis-sens tal-Artikolu 1(f), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (41) trid tiġi evalwata skont ir-regoli u l-linji gwida fis-seħħ fil-mument meta tingħata l-għajnuna (42). |
(137) |
Linji gwida speċifiċi għas-settur agrikolu kienu japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2000. Minn dak in-nhar, kull għajnuna miksuba wara din id-data trid tkun evalwata fid-dawl tal-linji gwida applikabbli fil-perjodu kkonċernat. Bejn l-1 ta’ Jannar 2000 u l-31 ta’ Diċembru 2006, kienu japplikaw il-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuniet mill-Istat fis-settur agrikolu. Mill-1 ta’ Jannar 2007, bdew japplikaw il-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuniet mill-Istat fis-settur agrikolu u tal-forestrija 2007-2013. |
(138) |
Min-naħa l-oħra, kull għajnuna mogħtija qabel dik id-data, jekk ikun hemm bżonn, trid tiġi evalwata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet u l-prattika applikabbli qabel l-1 ta’ Jannar 2000. |
2.4. KUMPATIBBILTÀ TAL-LEVIES VOLONTARJI OBBLIGATORJI MAS-SISTEMA TAS-CMO
(139) |
Dwar il-kwistjoni tal-kumpatibbiltà tal-levies volontarji obbligatorji mas-sistema tas-CMO fil-kuntest tal-Kawża Freskot tat-22 ta’ Mejju 2003 (43), il-Kummissjoni tikkunsidra li f’dan il-każ, l-levies volontarji obbligatorji ma jxekklux, direttament jew indirettament, il-prezz tal-prodotti finali kkonċernati għax il-ġbir ma jinfluwenzax il-prezz tal-prodotti, peress li dawn ikunu determinati mis-suq ħieles. Għalhekk, il-levy fuq il-prodotti tal-laħam tal-majjal u l-annimali mrobbija hija newtralizzata permezz tal-vantaġġ li jġibu l-attivitajiet iffinanzjati. Konsegwentement, wieħed jista’ jikkunsidra li l-effetti tal-ġbir fuq il-prezz huma ferm limitati. |
(140) |
Fid-dawl tal-informazzjoni mogħtija, il-finanzjament ta’ din l-iskema ma jqajjimx oġġezzjonijiet. |
2.5. ANALIŻI TAL-AZZJONIJIET FID-DAWL TAD-DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI
2.5.1. Azzjonijiet imwettqa permezz tal-levies fuq il-laħam
2.5.1.1. Promozzjoni
(141) |
Fir-rigward tal-għajnuniet għall-promozzjoni, il-kumpatibbiltà tal-għajnuniet mogħtija qabel l-1 ta’ Jannar 2002 trid tiġi mistħarrġa fid-dawl tal-qafas ta’ għajnuniet nazzjonali għall-pubbliċità tal-prodotti agrikoli u ta’ ċerti prodotti li ma jaqgħux taħt l-Anness II tat-Trattat tal-KEE (44) u, għall-għajnuniet mogħtija wara din id-data, il-verifika trid issir fid-dawl tal-linji gwida Komunitarji applikabbli għall-għajnuniet mill-Istat għall-pubbliċità ta’ prodotti li jaqgħu taħt l-Anness I tat-Trattat tal-KE u ta’ ċerti prodotti li ma jaqgħux taħt l-Anness I (45). |
(142) |
Ir-regoli tal-1987 kif ukoll il-linji gwida tal-2002 essenzjalment japplikaw l-istess prinċipji. Jipprevedu kriterji negattivi u pożittivi li jridu jiġu rispettati minn kull skema ta’ għajnuniet nazzjonali. Għalhekk, ma jridux ikunu azzjonijiet ta’ pubbliċità li jmorru kontra l-Artikolu 34 tat-TFUE jew il-liġi Komunitarja sekondarja u l-anqas azzjonijiet orjentati bil-funzjoni ta’ impriżi determinati. Skont l-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi, huwa possibbli li jiġi konkluż li dawn il-miżuri se jkollhom għanijiet konformi ma’ diversi kriterji pożittivi mħaddna mir-regoli u l-linji gwida msemmija aktar ‘il fuq, peress li għal uħud se jkollhom l-għan ta’ tnaqqis ta’ produzzjonijiet agrikoli eċċessivi, u għal oħrajn bil-għan ta’ żvilupp tal-prodotti ta’ kwalità għolja u ikel li jkun tajjeb għas-saħħa. |
(143) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li l-messaġġi mibgħuta permezz tal-azzjonijiet pubbliċitarji mhux se jkollhom l-għan li jiskoraġġixxu lill-konsumaturi milli jixtru prodotti ta’ Stati Membri oħra jew sabiex jikkritikaw il-prodotti msemmija u mhumiex se jiffavorixxu ditta ta’ impriża partikolari jew ta’ produttur individwali. |
(144) |
Dwar il-limitu massimu tal-għajnuniet, l-azzjonijiet ta’ pubbliċità jistgħu jiġu ffinanzjati sa 50 % minn riżorsi Statali, bil-bqija li jrid jitħallas mill-organizzazzjonijiet professjonali u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali benefiċjarji kemm minn levies volontarji, kif ukoll mill-ġbir tat-taxxa parafiskali jew minn levies obbligatorji. F’dan il-każ, il-miżuri huma kollha ffinanzjati minn taxxi parafiskali, fejn l-impenn finanzjarju tal-professjonisti fil-kampanji jilħaq il-livell ta’ 50 % tal-ispejjeż tagħhom. |
(145) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li f’dan il-każ, l-għajnuniet pubbliċi mogħtija sabiex jiffinanzjaw l-azzjonijiet ta’ promozzjoni rrispettaw il-kriterji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli f’dan il-qasam. |
2.5.1.2. Assistenza teknika
(146) |
Il-kumpatibbiltà tal-għajnuniet għall-assistenza teknika mogħtija qabel l-1 ta’ Jannar 2000 trid tiġi mistħarrġa fid-dawl tal-prattika tal-Kummissjoni ispirata mill-proposta ta’ miżuri utli marbuta mas-suġġett tal-għajnuniet mogħtija mill-Istati Membri fis-settur tat-trobbija u tal-prodotti tat-trobbija (46) u, għall-għajnuniet mogħtija wara din id-data, fid-dawl tal-linji gwida agrikoli (47). |
(147) |
Il-prattika tal-Kummissjoni applikabbli qabel is-sena 2000 u l-linji gwida agrikoli adottati fis-sena 2000 essenzjalment fihom l-istess prinċipji. Għalhekk, għajnuniet mogħtija bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż ammissibbli huma awtorizzati meta jikkonċernaw b’mod partikolari l-azzjonijiet ta’ assistenza teknika permezz tal-informazzjoni u l-assistenza tal-kontabbiltà, l-azzjonijiet li jikkonċernaw it-tixrid ta’ tekniki ġodda, kif ukoll dawk dwar it-taħriġ tal-ħaddiema fil-qasam agrikolu. |
(148) |
Bl-adozzjoni tal-linji gwida fis-sena 2000, żdiedet kundizzjoni ġdida f’dan is-sens li l-għajnuniet iridu jkunu aċċessibbli għall-persuni eliġibbli kollha li joperaw fiż-żona kkonċernata b’kundizzjonijiet definiti b’mod oġġettiv, u li t-total ta’ għajnuna mogħtija ma jistax jaqbeż l-ammont ta’ EUR 100 000 għal kull benefiċjarju matul tliet snin jew, fir-rigward tal-SMEs, 50 % tal-ispejjeż eliġibbli, meta jkun japplika l-akbar total. L-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li l-kriterju ta’ aċċess għal ħidmiet imwettqa mill-professjonisti kollha li huma potenzjalment interessati ntlaħaq perfettament. Il-Kummissjoni tikkunsidra, fuq il-bażi tal-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi, l-aktar dwar in-numru ferm għoli ta’ benefiċjarji, li l-kriterju dwar il-limitu massimu ta’ għajnuna ntlaħaq. |
(149) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li, f’dan il-każ, l-għajnuniet pubbliċi mogħtija għall-finanzjament tal-azzjonijiet ta’ assistenza teknika segwew il-kriterji stabbiliti mir-regoli Komunitarji applikabbli f’dan il-qasam. |
2.5.1.3. Riċerka u sperimentazzjoni
(150) |
Fir-rigward tal-azzjonijiet ta’ riċerka u sperimentazzjoni, il-kumpatibbiltà tal-għajnuniet mogħtija qabel l-1 ta’ Jannar 2000 trid tiġi mistħarrġa fid-dawl tal-qafas Komunitarju tal-għajnuniet mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-modifika tal-qafas imsemmi, u għall-għajnuniet mogħtija wara din id-data, fid-dawl tal-linji gwida agrikoli, li fil-punt 17 tagħhom jirreferu għall-qafas imsemmi. |
(151) |
Il-qafas Komunitarju jispeċifika li rata ta’ għajnuna li tilħaq il-100 % hija kumpatibbli mas-suq intern, anki f’każ fejn ir-riċerka u l-iżvilupp jitwettqu minn impriżi, iżda biss jekk l-erba’ kundizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu f’kull każ:
|
(152) |
F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li l-azzjonijiet ta’ riċerka u sperimentazzjoni teknika ta’ Interbev jitwettqu għall-benefiċċju tal-parteċipanti kollha tas-settur. Barra minn hekk, l-assoċjazzjoni tqassam l-għarfien miġbur u r-rakkomandazzjonijiet tekniċi billi toffri taħriġ u billi tqassam dokumentazzjoni, avviżi, sommarji, fuljetti informattivi, ukoll dwar l-appoġġ elettroniku. Kull min irabbi l-bhejjem, biċċier, proċessur jew bejjiegħ fis-settur tal-produzzjoni tal-laħam tal-bovini u tal-ovini jista’ jiġi infurmat bir-riżultati u jkollu aċċess għas-sommarji tar-riċerki mingħajr diskriminazzjoni fl-istess ħin bħal ħaddieħor u fuq sempliċi talba. Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi jiżguraw li l-azzjonijiet inkwistjoni ma jagħtu lok għall-ebda ħlas dirett lill-produtturi u l-anqas lill-proċessuri u li jissodisfaw il-kriterji internazzjonali tal-kummerċ li l-Unjoni Ewropea kkommettiet ruħha għalihom. |
(153) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li, f’dan il-każ, l-għajnuniet pubbliċi mogħtija sabiex jiġu ffinanzjati l-azzjonijiet ta’ riċerka u sperimentazzjoni rrispettaw il-kriterji stabbiliti mir-regoli Komunitarji applikabbli f’dan il-qasam. |
2.5.2. Azzjonijiet imwettqa mill-FNE
2.5.2.1. Assistenza teknika
(154) |
Fir-rigward tal-għajnuniet għall-assistenza teknika, il-kumpatibbiltà tal-għajnuniet mogħtija qabel l-1 ta’ Jannar 2000 trid tiġi mistħarrġa fid-dawl tal-prattika tal-Kummissjoni bbażata fuq il-proposta ta’ miżuri utli fir-rigward tal-għajnuniet mogħtija mill-Istati Membri lis-settur tat-trobbija u tal-prodotti tat-trobbija (49) u, għall-għajnuniet mogħtija wara din id-data, fid-dawl tal-linji gwida agrikoli (50). |
(155) |
Essenzjalment, il-prattika tal-Kummissjoni applikabbli qabel is-sena 2000 u l-linji gwida agrikoli adottati fis-sena 2000 iħaddnu l-istess prinċipji. Għalhekk, għajnuniet mogħtija b’rata ta’ 100 % tal-ispejjeż ammissibbli huma awtorizzati l-aktar fir-rigward ta’ azzjonijiet ta’ assistenza teknika permezz tal-informazzjoni u l-assistenza fil-kontabbiltà, azzjonijiet li jikkonċernaw x-xandir ta’ tekniki ġodda, kif ukoll ta’ dawk relatati mat-taħriġ tal-ħaddiema tas-settur agrikolu. |
(156) |
Bl-adozzjoni tal-linji gwida fis-sena 2000, żdiedet kundizzjoni ġdida f’dan is-sens li l-għajnuniet iridu jkunu aċċessibbli għall-persuni eliġibbli kollha li joperaw fiż-żona kkonċernata fil-kundizzjonijiet definiti b’mod oġġettiv, u li t-total ta’ għajnuna mogħtija ma jistax jaqbeż l-ammont ta’ EUR 100 000 għal kull benefiċjarju matul tliet snin jew, fil-każ tal-SMEs, 50 % tan-nefqa eliġibbli, meta japplika l-akbar total. |
(157) |
L-awtoritajiet Franċiżi enfasizzaw li kull azzjoni ffinanzjata hija ta’ interess ġenerali ċar għal kull persuna li trabbi l-annimali ta’ razza bovina u ovina; qatt ma kien hemm azzjonijiet li jibbenefikaw biss lil operaturi individwali jew lil gruppi partikolari ta’ operaturi. |
(158) |
Il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-FNE ħafna drabi tkun inqas minn 50 % tal-ispejjeż ta’ dawn il-ħidmiet u riċerki. Tista’ tkun aktar minn 50 % f’ċerti proġetti speċifiċi, iżda r-rata tal-għajnuna qatt ma taqbeż il-100 %. |
(159) |
L-istudji ekonomiċi huma ffinanzjati billi jiġi żgurat li min-naħa jiġi rispettat il-limitu ta’ EUR 100 000 minn dak li jrabbi l-bhejjem għal kull perjodu ta’ tliet snin, u min-naħa l-oħra l-konformità mar-regola ta’ aċċess għar-riżultati tagħhom lil dawk kollha li jrabbu l-bhejjem. |
(160) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li, f’dan il-każ, l-għajnuniet pubbliċi mħallsa sabiex jiġu ffinanzjati l-azzjonijiet ta’ assistenza teknika rrispettaw il-kriterji stabbiliti mir-regoli Komunitarji applikabbli f’dan il-qasam. |
2.5.2.2. Riċerka u sperimentazzjoni
(161) |
Fir-rigward tal-azzjonijiet ta’ riċerka u sperimentazzjoni, il-kumpatibbiltà tal-għajnuniet mogħtija qabel l-1 ta’ Jannar 2000 trid tiġi eżaminata fid-dawl tal-qafas Komunitarju tal-għajnuniet mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-emenda tal-qafas imsemmi, u għall-għajnuniet mogħtija wara din id-data, fid-dawl tal-linji gwida agrikoli, li fil-punt 17 tagħhom jirreferu għall-qafas imsemmi. |
(162) |
Il-qafas Komunitarju jispeċifika li rata ta’ għajnuna li tilħaq il-100 % hija kumpatibbli mas-suq intern, anki f’każ fejn ir-riċerka u l-iżvilupp jitwettqu minn impriżi, dejjem jekk l-erba’ kundizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu f’kull każ:
|
(163) |
L-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw li d-dejta ta’ kull studju ekonomiku, bħal dik miġbura minn kull programm ta’ riċerka, meta ssir definittiva, tkun soġġetta għal distribuzzjoni fuq skala kbira. Sistematikament, dan iwassal għall-pubblikazzjoni u t-tqassim tar-riżultati tal-ħidmiet kollha megħjuna mill-fond, sabiex dawk li jrabbu l-bhejjem u l-organizzazzjonijiet tagħhom ta’ livell lokali jkunu jistgħu jibbenefikaw minnhom u jkollhom aċċess għalihom mingħajr diskriminazzjoni. |
(164) |
Jintużaw żewġ kanali kbar ta’ komunikazzjoni: dak tal-organizzazzjonijiet professjonali tat-trobbija tal-bhejjem u dak tal-Istitut tat-trobbija tal-bhejjem, permezz tal-pubblikazzjonijiet tekniċi u ekonomiċi b’distribuzzjoni fuq skala wiesa’ fost dawk li jrabbu l-bhejjem u t-tekniċi. |
(165) |
Peress li ġiet ikkunsidrata n-natura ta’ interess ġenerali tar-riċerki, ma hu previst l-ebda użu kummerċjali tar-riżultati. Għaldaqstant, ma teżistix il-kwistjoni dwar il-kostijiet taċ-ċessjoni ta’ dritt għall-użu jew tal-kundizzjonijiet ta’ aċċess għal dritt għall-użu. Il-benefiċjarji veri tal-azzjonijiet huma dawk kollha li jrabbu l-annimali ta’ razza bovina u ovina, li jitqassmulhom ir-riżultati teoriċi u prattiċi tal-ħidmiet. |
(166) |
L-istudji ffinanzjati ma jagħtu lok għall-ebda ħlas dirett lill-produtturi jew lill-proċessuri. Jissodisfaw il-kriterji ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Anness 2 “Sostenn intern: bażi għall-eżenzjoni mill-impenji ta’ tnaqqis” tal-ftehim dwar l-agrikoltura milħuq f’Marrakech matul in-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj. |
(167) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li, f’dan il-każ, l-għajnuniet pubbliċi miġbura sabiex jiffinanzjaw l-azzjonijiet ta’ riċerka u sperimentazzjoni rrispettaw il-kriterji stabbiliti mir-regoli Komunitarji applikabbli f’dan il-qasam. |
2.6. IL-FINANZJAMENT TAL-GĦAJNUNA
(168) |
Peress li l-għajnuna mill-Istat hi ffinanzjata minn taxxa parafiskali (il-levies volontarji obbligatorji), il-Kummissjoni trid teżamina kemm il-miżuri finanzjarji, jiġifieri l-għajnuna, kif ukoll il-mod kif inhuma ffinanzjati. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja (51), meta l-metodu ta’ finanzjament tal-għajnuna jkun jifforma parti importanti mill-miżura ta’ għajnuna, l-aktar għax dawn ikunu levies obbligatorji, il-Kummissjoni trid tikkunsidra dan il-metodu ta’ finanzjament meta teżamina l-għajnuna. |
(169) |
Diversi elementi jiġu kkunsidrati sabiex jiġi determinat jekk il-metodu ta’ finanzjament ikunx parti importanti mill-miżura ta’ għajnuna: ir-rikavat mit-taxxa jrid ikun riżervat esklussivament għall-finanzjament tal-għajnuna u jrid ikun neċessarjament mogħti għall-finanzjament tal-għajnuna (52), it-taxxa trid tkun allokata għall-miżura ta’ għajnuna skont ir-regolamenti nazzjonali inkwistjoni (53) u t-total tat-taxxa jrid ikollu effett dirett fuq it-total tal-għajnuna mill-Istat (54). |
(170) |
L-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji għall-miżuri inkwistjoni wasslet sabiex il-Kummissjoni tagħmel osservazzjonijiet dwar l-elementi li ġejjin. L-ewwel nett, il-bażi ġuridika tal-miżuri kkonċernati, jiġifieri l-ftehimiet interprofessjonali, estiżi permezz ta’ Digriet, jiddefinixxu l-ħlas obbligatorju. Dan ifisser li kull ħlas isir esklussivament għall-fond ikkonċernat, mingħajr ma jiddaħħal fil-baġit ġenerali ta’ Interbev jew tal-Istat. Għalhekk, il-ħlas irid jiġi kkunsidrat bħala riżerva għall-finanzjament tal-għajnuna u mogħti għall-finanzjament tal-għajnuna, fuq il-bażi tar-regolamenti nazzjonali li jkunu fis-seħħ. It-tieni nett, il-miżuri tal-għajnuna huma ffinanzjati esklussivament mill-ħlasijiet settorjali. Interbev ma tirrikorri għall-ebda sors ta’ finanzjament ieħor minn tagħha sabiex tgħaqqad il-finanzjament sħiħ għall-azzjonijiet previsti. Għaldaqstant, wieħed jista’ jikkonkludi li t-total tat-taxxa għandu effett dirett fuq it-total tal-għajnuna mill-Istat. |
(171) |
Fuq il-bażi ta’ dawn l-elementi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-metodu ta’ finanzjament tal-għajnuna, f’dan il-każ il-levies volontarji obbligatorji, jagħmel parti importanti mill-miżura ta’ għajnuna u jrid jiġi kkunsidrat għall-eżaminazzjoni ta’ kumpatibbiltà tal-għajnuna. Dan il-metodu ta’ finanzjament jista’ jkun qed jikser l-Artikolu 110 tat-TFUE, il-Kummissjoni ma tistax tiddikjara li l-iskema ta’ għajnuna hi kumpatibbli ħlief jekk tistabbilixxi diskriminazzjoni bejn il-prodotti importati u l-prodotti nazzjonali, (55) jew bejn il-prodotti esportati u l-prodotti nazzjonali (56). |
(172) |
F’dan il-każ, il-ħlasijiet inġabru fuq il-produzzjoni nazzjonali u fuq il-laħam jew annimali esportati (fil-qafas tal-levies volontarji obbligatorji fuq il-laħam) u importati wkoll (fil-qafas tal-levies volontarji obbligatorji miġbura mill-FNE). |
(173) |
L-eżaminazzjoni tal-Kummissjoni tkopri ċerti aspetti marbuta mal-levies fuq il-laħam u l-levy għall-FNE, fil-miżura fejn il-kummerċ intrakomunitarju jista’ jiġi affettwat mil-levies imsemmija. |
2.6.1. Il-levies fuq il-laħam (il-levies Interbev)
2.6.1.1. Laħam importat
(174) |
Kif spjegat fil-premessa 82, bejn l-1996 u l-2004 il-levy fuq il-laħam importat ma kinitx obbligatorja skont il-leġiżlazzjoni Franċiża. Għalhekk, hi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, peress li mhijiex, fiha nnifisha, għajnuna mill-Istat. Fil-fatt, jonqos element determinanti msemmi fil-premessa 10, jiġifieri l-karatteristika obbligtorja. Konsegwentement, u fuq il-bażi ta’ dan li ntqal hawn fuq, il-miżuri ffinanzjati mit-taxxa imposta fuq il-prodotti importati mhijiex għajnuna mill-Istat u konsegwentement, ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni. |
2.6.1.2. Prodotti esportati
(175) |
Kif spjegat fil-premessi 16 et sequitur (57), mill-1 ta’ Jannar 1996, il-levy tolqot il-prodotti mibgħuta lejn Stati Membri oħra, minkejja l-fatt li rimborż parzjali ta’ din il-levy ġie introdott fl-2001. Rigward il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, din il-levy tista’ tikkaġuna diskriminazzjoni fir-rigward tal-esportaturi, jekk l-azzjonijiet iffinanzjati mil-levy ma jkunux maħsuba għalihom u ma jikkompensawx il-pagament appoġġjat fuq dawn tal-aħħar (58). B’hekk ikun jaqbel li jintwera li l-effett tad-dħul minn din il-levy ma ffavorixxiex il-produzzjoni nazzjonali kummerċjalizzata fi Franza b’detriment għall-produzzjoni nazzjonali esportata. |
(176) |
L-azzjonijiet li b’mod speċifiku kkonċernaw l-annimali u l-prodotti esportati kienu l-aktar operazzjonijiet ta’ promozzjoni (pereżempju: fieri kummerċjali internazzjonali, azzjonijiet ta’ informazzjoni professjonali u ta’ relazzjonijiet pubbliċi, Ġimgħa Internazzjonali Favur l-Ambjent f’Berlin, kors ta’ taħriġ dwar il-qtugħ tal-laħam li jsir barra l-pajjiż). |
(177) |
L-azzjonijiet li kienu marbutin speċifikament mal-annimali u l-prodotti kollha, ikunu xi jkunu s-swieq tagħhom, fi Franza u barra Franza, kienu l-aktar azzjonijiet ta’ pubbliċità bħall-kampanji “le boeuf européen de qualité” (“iċ-ċanga Ewropea ta’ kwalità”), il-proċess tat-tbiċċir, dwar ir-“races à viande” (“razez għall-produzzjoni tal-laħam”), u ċertu numru ta’ azzjonijiet ta’ riċerka dwar is-sigurtà tal-ikel, dwar il-benesseri tal-annimali, dwar il-ġestjoni tal-kwalità, dwar il-karatterizzazzjoni tal-prodott, dwar il-proċess ta’ ċertifikazzjoni jew it-traċċabbiltà tal-laħam taċ-ċanga li r-riżultati tagħhom ġew ferm distribwiti kemm fi Franza kif ukoll barra minn Franza. |
(i) Laħam u annimali esportati lejn Stati Membri oħra
(178) |
Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-azzjonijiet li bbenefikaw lill-prodotti u lill-annimali esportati lejn Stati Membri oħra, b’mod esklussiv jew konġunt mal-prodotti nazzjonali, ma rrappreżentawx l-azzjonijiet kollha li ġew iffinanzjati mil-levies volontarji obbligatorji. |
(179) |
Għandu jiġi stabbilit sena b’sena u b’mod globali jekk il-prodotti mibgħuta lejn Stati Membri oħrajn bbenefikawx mill-azzjonijiet implimentati tal-interprofessjoni. |
(180) |
It-tabella li ġejja turi d-distribuzzjoni tad-dħul f’euro li ġej mil-levies volontarji obbligatorji fost l-azzjonijiet differenti ta’ Interbev sena b’sena, kif ukoll il-perċentwal tal-azzjonijiet maħsuba b’mod esklussiv għal-laħam u l-annimali esportati jew il-perċentwal maħsub għal azzjonijiet li jinkludu l-prodotti u l-annimali fuq livell nazzjonali.
|
(181) |
Għall-perjodu kollu kkonċernat minn din it-tabella jidher li l-prodotti esportati bbenefikaw minn medja ta’ madwar 44 % tal-azzjonijiet kollha ffinananzjati mil-levies volontarji obbligatorji. Għandu jiġi speċifikat li l-awtoritajiet Franċiżi indikaw li, fl-istess perjodu, it-total ta’ dħul li ġej mil-levies miġbura minn fuq il-prodotti esportati kien ta’ 15 % (59). Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi indikaw li l-perċentwal ta’ 15 % kien jirrappreżenta l-medja, u bagħtu ċ-ċifri għal kull sena, li minnhom jidher li l-volum tal-levies miġbura minn fuq il-prodotti esportati qatt ma qabeż it-18 %. |
(ii) Kumpatibbiltà mal-Artikolu 110 tat-TFUE
(182) |
B’kunsiderazzjoni tal-konsegwenzi li ħarġu mill-Kawża Nygard (60) tal-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll tal-fatt li l-miżuri ffinanzjati mit-taxxa jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 tat-TFUE u li t-taxxa mhijiex ta’ natura diskriminatorja bi ksur tal-Artikolu 110 tat-TFUE fil-mod kif ġiet applikata bl-istess mod għall-prodotti u l-annimali esportati li bbenefikaw proporzjonalment mill-vantaġġi miġjuba minnha, il-Kummissjoni tikkunsidra li d-dħul li ġej mit-taxxa fuq il-prodotti esportati maħsub sabiex jiffinanzja l-azzjonijiet ta’ Interbev huwa finanzjament tal-għajnuna konformi mar-regoli tat-TFUE u b’mod partikolari mal-Artikolu 107 tiegħu u, konsegwentement, li l-għajnuniet mill-Istat iffinanzjati b’dan il-mod huma konformi mat-Trattat imsemmi. |
2.6.2. Il-levies FNE
2.6.2.1. Annimali importati
(183) |
Skont l-awtoritajiet Franċiżi, sal-2003, il-levies miġbura għall-benefiċċju tal-FNE ukoll kienu suxxettibbli sabiex jiġu applikati fuq annimali mrobbija barra t-territorju nazzjonali Franċiż iżda miġjuba fi Franza għat-tbiċċir. |
(184) |
Wara d-dubji li tqajmu mill-Kummissjoni, l-awtoritajiet Franċiżi ddikjaraw li mmodifikaw it-test tal-ftehim interprofessjonali bil-għan li tiġi eskluża kull levy fuq l-annimali importati jew miġjuba fi Franza. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, dawn il-levies japplikaw biss fuq l-annimali mrobbija u mbiċċra fi Franza. |
(185) |
L-emendi għal dan il-ftehim interprofessjonali ma ntbagħtux lill-Kummissjoni. L-istruzzjoni tat-2 ta’ Frar 2005 (ara l-premessa 87) biss intbagħtet u tispeċifika li l-levies favur l-FNE japplikaw esklussivament għal-laħam kollu li ġej minn kull proċess tat-tbiċċir fuq it-territorju metropolitan tal-annimali mrobbija fi Franza fuq it-territorju Ewropew ta’ Franza. |
(186) |
Konsegwentement, bejn l-1 ta’ Jannar 1996 u t-30 ta’ Settembru 2004, il-levy fuq il-laħam bdiet tikkonċerna l-laħam ta’ annimali mbiċċra fi Franza iżda mrobbija barra t-territorju nazzjonali ta’ Franza. |
(187) |
L-awtoritajiet Franċiżi ma setgħux juru li l-azzjonijiet iffinanzjati minn dawn il-levies ibbenefikaw lil dawk li jrabbu li kienu jipprattikaw il-professjoni tagħhom barra t-territorju nazzjonali. Fil-fatt, il-persuni soġġetti għal-levy volontarja obbligatorja li kienu jesportaw il-prodotti tagħhom ma kienu jibbenefikaw mill-ebda rimborż jew tnaqqis fir-rata, anki jekk ma kinux qed jirċievu l-benefiċċju sħiħ tal-azzjonijiet ikkonċernati. Fil-prinċipju, fir-rigward tal-azzjonijiet ta’ riċerka u żvilupp u l-assistenza teknika, dawn l-azzjonijiet ma setgħux jibbenefikaw lill-prodotti nazzjonali biss (laħam tar-razza bovina mrobbija u mbiċċra fi Franza). |
(188) |
Il-fatt li l-importazzjonijiet ta’ annimali ħajjin kienu, f’dak iż-żmien, marġinali (61) u li, f’dak il-kuntest, l-importaturi ta’ annimali ħajjin jekk riedu setgħu jiddikjaraw it-tunnellaġġ ta’ annimali importati sabiex jitnaqqsu mill-bażi tal-kalkolu tal-levy u jitolbu rimborż, ma għandux konsegwenzi diretti fuq l-evalwazzjoni tal-analiżi li twettaq il-Kummissjoni. Barra minn hekk, kull diskriminazzjoni, anki jekk minima, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 110 tat-TFUE. |
(189) |
B’kunsiderazzjoni tal-konsegwenzi li ħarġu mill-Kawża Nygard (62) tal-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll tal-fatt li l-miżuri ffinanzjati mit-taxxa jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 tat-TFUE u li t-taxxa hija ta’ natura diskriminatorja bi ksur tal-Artikolu 110 tat-TFUE minħabba li ġiet applikata bl-istess mod fuq il-prodotti li ġejjin minn Stati Membri oħra li madanakollu ma bbenefikawx totalment mill-vantaġġi li ħarġu minnha, il-Kummissjoni tikkunsidra li d-dħul li ġej mit-taxxa fuq l-annimali importati minn Stati Membri oħra maħsub sabiex jiffinanzja l-azzjonijiet ta’ FNE huwa finanzjament ta’ għajnuna inkumpatibbli mas-suq intern fir-rigward tat-Trattat u b’mod partikolari tal-Artikolu 107 tiegħu u, konsegwentement, li l-għajnuniet mill-Istat iffinanzjati b’dan il-mod mhumiex konformi mat-Trattat imsemmi. |
2.6.2.2. Annimali esportati
(190) |
Minħabba li l-levies favur l-FNE japplikaw fuq annimali mrobbija jew mbiċċra fi Franza, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li l-prodotti esportati mhumiex soġġetti għal tali levy favur l-FNE u għalhekk huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
3. ILLEGALITÀ TAL-GĦAJNUNIET
(191) |
Il-Kummissjoni, kif diġà ġie indikat mid-Deċiżjoni ta’ bidu tal-proċedura, tisħaq li Franza ma informathiex, skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE, bid-Digrieti ta’ estensjoni li permezz tagħhom il-levies volontarji saru obbligatorji u bl-azzjonijiet li jiffinanzjaw qabel ma ddaħħlu fis-seħħ (ara l-premessa 2 ta’ din id-Deċiżjoni). |
(192) |
L-Artikolu 1(f), tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 jiddefinixxi bi preċiżjoni l-għajnuna illegali bħala għajnuna ġdida implimentata li tikser l-Artikolu 108(3) tat-TFUE. L-obbligu sabiex tiġi notifikata għajnuna mill-Istat huwa stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi. |
(193) |
L-ewwel nett, fir-rigward tal-levies inkwistjoni, il-Kummissjoni tosserva li dawn jeħtieġu att minn awtorità pubblika sabiex jipproduċu l-effetti kollha tagħhom. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li f’dan il-każ dawn huma taxxi parafiskali, jiġifieri riżorsi pubbliċi. |
(194) |
Sakemm il-levies volontarji obbligatorji huma riżorsi pubbliċi (kif indikat fil-premessi 106 et sequitur) li jiffurmaw parti integrali mill-iskema ta’ għajnuna (premessa 171 et sequitur) u li dawn jintużaw sabiex jiġu ffinanzjati vantaġġi għal benefiċċju ta’ impriżi fis-settur tal-produzzjoni tal-laħam, in-notifika tagħhom lill-Kummissjoni hija obbligu li huwa stabbilit fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat. |
(195) |
Kif indikat fil-premessi 123 u 124, peress li l-miżuri li ddaħħlu fis-seħħ minn Franza fihom elementi ta’ għajnuna mill-Istat, dawk huma għajnuniet ġodda, mhux notifikati lill-Kummissjoni u, għaldaqstant, illegali skont it-Trattat. |
(196) |
Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta’ regoli applikabbli għall-evalwazzjoni ta’ għajnuniet illegali mill-Istat [Traduzzjoni mhux uffiċjali] (63), kull għajnuna illegali fis-sens tal-Artikolu 1(f) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 trid tiġi evalwata skont ir-regoli u l-linji gwida fis-seħħ fil-mument meta tingħata l-għajnuna. |
V KONKLUŻJONIJIET
(197) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-finanzjament ta’ din l-iskema minn levies volontarji obbligatorji ma jqajjimx oġġezzjonijiet sakemm huma applikati fuq il-prodotti nazzjonali u fuq il-prodotti u l-annimali esportati (f’dan il-każ, il-“levies fuq il-laħam” bejn l-1996 u l-2004). |
(198) |
Peress li xi levies jinġabru wkoll fuq l-annimali importati (f’dan il-każ, il-levies fuq l-annimali favur l-FNE bejn l-1996 u l-2004), mill-konsiderazzjonijiet ta’ qabel jirriżulta li s-sistema ta’ levies volontarji obbligatorji mhijiex kompatibbli mas-suq intern minħabba ksur tal-Artikolu 110 tat-TFUE, għaliex Franza ma rnexxilhiex turi li l-prodotti importati bbenefikaw, huma wkoll, minn għajnuniet bl-istess mod bħall-prodotti nazzjonali. |
(199) |
Barra minn hekk, l-għajnuniet inkwistjoni ma ġewx innotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE u jikkostitwixxu għajnuniet illegali fis-sens tal-Artikolu 1(f), tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. |
(200) |
Il-Kummissjoni tesprimi dispjaċir li r-Repubblika Franċiża daħħlet fis-seħħ għajnuniet li jiksru l-Artikolu 108(3) tat-TFUE. |
(201) |
Fir-rigward ta’ għajnuniet implimentati mingħajr stennija ta’ deċiżjoni finali mill-Kummissjoni, għandu jiġi mfakkar li, minħabba n-natura imperattiva tar-regoli proċedurali li jinsabu fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE, regoli li l-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet l-effett dirett tagħhom f’diversi sentenzi (64), l-illegalità tal-għajnuna kkonċernata (65) ma tistax tiġi regolarizzata ex post facto. |
(202) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li meta miżura ta’ għajnuna, li l-metodi ta’ ffinanzjar tagħha jikkostitwixxu parti integrali minnha, tkun ġiet implimentata bi ksur tal-obbligu ta’ notifika, il-qrati nazzjonali huma obbligati, bħala regola ġenerali, li jordnaw ir-rimborż tat-taxxi jew tal-levies applikati speċifikament sabiex jiffinanzjaw din l-għajnuna. Tfakkar ukoll li huwa d-dmir tal-qrati nazzjonali li jissalvagwardaw id-drittijiet tal-individwi fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza, min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali, tal-projbizzjoni li tingħata l-għajnuna msemmija prevista fl-aħħar frażi tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE u b’effett dirett. Nuqqas ta’ osservanza bħal din, invokat mill-individwi li jissollevawha u li hija rikonoxxuta mill-qrati nazzjonali, trid twassal lil dawn sabiex jidderivaw il-konsegwenzi kollha, b’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, f’dak li jirrigwarda kemm l-atti li jimplementaw il-miżuri ta’ għajnuna msemmija kif ukoll l-irkupru tal-għajnuniet finanzjarji mogħtija (66). |
(203) |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni tikkunsidra bħala xieraq li tadotta deċiżjoni kundizzjonali billi tagħmel użu mill-possibbiltà offruta mill-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, li skont din il-Kummissjoni tista’ żżid kundizzjonijiet mad-deċiżjoni tagħha li jippermettulha tagħraf il-kumpatibbiltà mas-suq intern u obbligi li jippermettulha tikkontrolla l-konformità mad-deċiżjoni tagħha. |
(204) |
Sabiex jiġi rimedjat il-ksur tal-Artikolu 110 tat-TFUE u sabiex tiġi eliminata b’mod retroattiv id-diskriminazzjoni, Franza trid trodd lura l-ħlasijiet tal-parti tat-taxxa li kienu soġġetti għaliha l-prodotti importati (levies fuq l-annimali għal benefiċċju tal-FNE bejn l-1996 u l-2004), b’mod proporzjonat skont il-vantaġġi tal-għajnuniet li ma bbenefikawx minnhom. Permezz tar-rimedju ta’ dan il-ksur, l-għajnuniet ikkonċernati jsiru konformi mal-Artikolu 107 tat-TFUE. |
(205) |
Il-Kummissjoni tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jridu jiġi segwiti għar-rimborż imsemmi. Għalhekk, Franza trid trodd lura lill-persuni intaxxati dik il-parti tat-taxxa li kienu soġġetti għaliha l-prodotti importati msemmija hawn fuq bejn id-data tad-dħul fis-seħħ tat-taxxa u t-30 ta’ Settembru 2004 b’konformità sħiħa ma’ dawn li ġejjin:
|
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-għajnuniet mill-Istat għall-promozzjoni, il-pubbliċità, l-assistenza teknika, ir-riċerka u l-iżvilupp, implimentati b’mod illegali minn Franza bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE ffinanzjati permezz ta’ taxxa parafiskali (levy volontarja obbligatorja fuq il-laħam u l-annimali ħajjin mibgħuta lejn Stati Membri oħra bejn l-1996 u l-2004, u fuq l-annimali ħajjin importati bejn l-1996 u l-2004) huma għajnuniet mill-Istat konformi mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE fir-rigward tal-perjodu ta’ bejn id-data tad-dħul fis-seħħ tat-taxxa u t-30 ta’ Settembru 2004, bil-kundizzjoni li Franza tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
2. Franza trid tagħti rimborż lill-persuni intaxxati ta’ dik il-parti tat-taxxa mħallsa fuq il-prodotti importati bejn id-data tad-dħul fis-seħħ tat-taxxa u t-30 ta’ Settembru 2004 b’konformità sħiħa mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
Jekk jistgħu jipprovdu prova li l-levies volontarji obbligatorji ġew imposti fuq prodotti importati, dawk il-persuni intaxxati responsabbli mill-ħlas tat-taxxa jistgħu jitolbu r-rimborż ta’ proporzjon tar-rikavat tat-taxxa maħsuba għall-finanzjament tas-servizzi li jibbenefikaw b’mod esklussiv lill-prodotti nazzjonali fi żmien stabbilit skont il-liġi nazzjonali u fl-ebda każ f’inqas minn sitt xhur min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, |
(b) |
Franza għandha tistabbilixxi l-ammont tad-diskriminazzjoni kontra l-prodotti importati. Għal dan il-għan Franza għandha tivverifika, matul perjodu ta’ referenza, l-ekwivalenza finanzjarja bejn l-ammonti totali imposti fuq il-prodotti nazzjonali permezz tat-taxxa kkunsidrata u l-vantaġġi li jibbenefikaw minnhom dawn il-prodotti b’mod esklussiv, |
(c) |
ir-rimborż għandu jseħħ fi żmien massimu ta’ sitt xhur minn meta ssir it-talba; |
(d) |
l-ammonti mħallsa lura għandhom ikunu aġġornati sabiex jinkludu l-interessi kkalkulati mid-data li fiha ġew imposti sad-data tar-rimborż effettiv. Dawn l-interessi għandhom ikunu kkalkulati fuq il-bażi tar-rata ta’ referenza tal-Kummissjoni pprovduta mill-metodu ta’ ffissar tar-rati ta’ referenza u ta’ aġġornament; |
(e) |
l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jaċċettaw kull prova raġonevoli min-naħa tal-persuni intaxxati li turi l-parti tat-taxxa mħallsa fuq il-prodotti li ġejjin mill-Istati Membri l-oħrajn; |
(f) |
id-dritt għar-rimborż ma għandux ikun soġġett għal xi kundizzjoni oħra, b’mod partikolari dik li t-taxxa ma tkunx ġiet mgħoddija; |
(g) |
fil-każ li persuna taxxabbli tkun għadha ma ħallsitx it-taxxa, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jirrinunzjaw, b’mod formali, il-ħlas tal-parti proporzjonali tagħha li tħallset fuq il-prodotti importati minn Stati Membri oħra li ġiet ippruvata li hi mmirata sabiex tiffinanzja l-parti tal-għajnuna li tibbenefika b’mod esklussiv lill-prodotti nazzjonali. Jirrinunzjaw ukoll l-interessi moratorji fuqha; |
(h) |
jekk jintalab mill-Kummissjoni, Franza għandha tintrabat li tippreżenta rapport sħiħ li juri l-implimentazzjoni tajba tal-miżura ta’ rimborż; |
(i) |
jekk taxxa simili tkun ġiet imposta fi Stat Membru ieħor fuq l-istess prodotti soġġetti għat-taxxa fi Franza, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jintrabtu li jroddu lura l-ħlasijiet lill-persuni intaxxati l-parti tat-taxxa fuq il-prodotti li jkunu ġejjin minn dan l-Istat Membru; |
(j) |
Franza għandha tintrabat li tgħarraf b’din id-Deċiżjoni lil dawk kollha li setgħu ġew intaxxati. |
Artikolu 2
Franza għandha tinforma lill-Kummissjoni, f’perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, bil-miżuri li tkun ħadet sabiex tikkonforma magħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kummissjoni
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE rispettivament. Fiż-żewġ każijiet, id-dispożizzjonijiet huma essenzjalment identiċi. Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE issa għandhom jitqiesu bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE fejn xieraq.
(2) Id-Deċiżjoni C (2003)2057 finali tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 2003 (ĠU C 189 9.8.2003, p. 21).
(3) Informazzjoni meħuda mis-sit elettroniku www.interbev.asso.fr.
(4) Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża Nru 299 tas-27 ta’ Diċembru 1995.
(5) FRF 1 = EUR 0,15.
(6) Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża Nru 227 tat-30 ta’ Settembru 2001.
(7) Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża Nru 299 tal-24 ta’ Diċembru 1995.
(8) Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża Nru 227 tat-30 ta’ Settembru 2001.
(9) Sabiex tara d-Deċiżjoni sħiħa, ara d-Deċiżjoni C (2003)2057 finali tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 2003, ikkwotata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 2.
(10) ĠU C 319 27.12.2006, p. 1.
(11) ĠU C 28 0 1.2.2000, p. 2.
(12) ĠU C 302 12.11.1987, p. 6.
(13) ĠU C 252 12.9.2001, p. 5.
(14) Ittra tal-Kummissjoni lill-Istati Membri nru S/75/29416 tad-19 ta’ Settembru 1975.
(17) Franza bagħtet informazzjoni wara l-bidu tal-proċedura formali ta’ eżaminazzjoni, kif indikat fis-Sezzjoni III (“Kummenti ta’ Franza”).
(18) Sentenza tat-23 ta’ April 2002, Kawża C-234/99, Nygård, Ġabra 2002 p. I-3657.
(19) Ġabra 2003, p. I-5263.
(20) Ċirkulari tat-2 ta’ Frar 2005: “Importanti li jiġi mfakkar li l-ġbir tal-levies Interbev u l-Fond għat-Trobbija tal-Bhejjem jikkonċernaw l-operazzjonijiet ta’ tbiċċir tal-annimali mrobbija u mbiċċra fi Franza. Għaldaqstant, l-annimali mwielda u mrobbija barra l-pajjiż, meta jitbiċċru fi Franza, huma eżentati […]”.
(21) ĠU L 160 26.6.1999, p. 21.
(22) ĠU L 148 28.6.1968, p. 24.
(23) ĠU L 341 22.12.2001, p. 3.
(24) ĠU L 312 20.11.1998, p. 1.
(25) ĠU L 289 7.10.1989, p. 1.
(26) ĠU L 299 16.11.2007, p. 1.
(27) Deroga (mingħajr konsegwenzi għal din id-Deċiżjoni) mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad- 19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30 31.1.2009, p. 16).
(28) Sentenza tal-24 ta’ Lulju 2003, Kawża C-280/00, Altmark Trans et Regierungspräsidium Magdeburg, Ġabra 2003 p. I-7747; u Sentenza tas-27 ta’ Novembru 2003, Kawżi Magħquda C-34/01, C-35/01, C-36/01, C-37/01 u C-38/01 Enirisorse, Ġabra 2003 p. I-14243.
(29) Sentenza tat-22 ta’ Mejju 2003, Kawża C-355/00, Fresko, Ġabra 2003, p. I-5263.
(30) Kawża C-303/88, L-Italja vs Il-Kummissjoni, Ġabra 1991, p. I-1433, premessa 11, Kawża C-482/99 Franza vs Il-Kummissjoni, Ġabra 2002, p. I 4397, premessa 24 kif ukoll Kawża C-126/01 GEMO, Ġabra 2003, p. I-13769, premessa 24.
(31) Sentenza tal-20 ta’ Settembru 2007, Kawża T-136/05, Salvat et vs Il-Kummissjoni (T-136/05, Ġabra 2007 p. II-4063).
(32) Sentenza tas-16 ta’ Mejju 2000, Kawża C-83/98 P, Franza vs Ladbroke Racing Ltd et l-Kummissjoni, Ġabra p. I-3271, punt 50.
(33) Sentenza tal-20 ta’ Settembru 2007, Salvat et vs Il-Kummissjoni, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 31.
(34) Sentenza tal-15 ta’ Lulju 2004, Kawża C-345/02, Pearle et Ġabra 2004 p. I-7139.
(35) Sentenza tas-17 ta’ Settembru 1980, Kawża C-730/79, Philip Morris vs Il-Kummissjoni, Ġabra 1980 p. 2671.
(36) Agriculture in the European Union, Statistical and economic information 2002. (Agrikoltura fl-Unjoni Ewropea - Informazzjoni dwar l-Istatistika u Ekonomika 2002). Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura, Kummissjoni Ewropea.
(37) Sors Eurostat.
(38) Sentenza tal-21 ta’ Ottubru 2003, Kawżi magħquda C-261/01 u C-262/01, Van Calster u Cleeren, Ġabra 2003, p. I-12249, punti 51 u 52: “51. […], l-Istat Membru hu obbligat […] li jinnotifika mhux biss il-proġett ta’ għajnuna fis-sens strett tal-kelma, iżda anki l-metodi ta’ ffinanzjar tiegħu billi dawn huma parti integrali mill-miżura prevista. 52. Billi l-obbligu ta’ notifika huwa estiż anki għall-metodi tal-iffinanzjar tal-għajnuna, il-konsegwenzi li jirriżultaw mill-ksur imwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali, tal-Artikolu 93 (3) l-aħħar sentenza, Trattat, għandhom jiġu applikati anki fir-rigward ta’ dan l-aspett tal-miżura ta’ għajnuna”. [Traduzzjoni mhux uffiċjali]
(39) ĠU C 149, 9.8.2003, p. 21.
(40) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni C(2002)458 tal-25 ta’ Frar 2002.
(41) ĠU L 83, 27.3.1991, p. 1.
(42) Silta mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: “[il-Kummissjoni] dejjem se tevalwa l-kompatibbiltà ta’ dawn l-għajnuniet mas-suq komuni skont il-kriterji-bażi stabbiliti f’kull strument fis-seħħ fid-data ta’ meta jingħataw”.
(43) Ġabra 2003, p. I-5263.
(44) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna nru 12.
(45) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna nru 13.
(46) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 14.
(47) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 11.
(48) ĠU L 336 tat-23.12.1994, p. 1.
(49) Ittra tal-Kummissjoni lill-Istati Membri nru S/75/29416 tad-19 ta’ Settembru 1975.
(50) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna nru 11.
(51) Sentenza tal-21 ta’ Ottubru 2003, Van Calster, kawżi C-261/01 u C-262/01, Ġabra, 2003, p. I-12249, punt 49.
(52) Sentenza tat-13 ta’ Jannar 2005, Streekgewest Westelijk Noord-Brabant, kawża C-174/02, Ġabra, 2005, p. I-85, punt 26; 7 ta’ Settembru 2006, Laboratoires Boiron, kawża C-526/04, Ġabra, 2006, p. I-7529, punt 44.
(53) Sentenza tat-13 ta’ Jannar 2005, Streekgewest Westelijk Noord-Brabant, kawża C-174/02, Ġabra, 2005, p. I-85, punt 26; tas-27 ta’ Ottubru 2005, Nazairdis, kawżi C-266/04 à C-270/04, C-276/04 u C-321/04 sa C-325/04, Ġabra, 2005, p. I-9481, punti 46-49.
(54) Sentenza tat-13 ta’ Jannar 2005, Streekgewest Westelijk Noord-Brabant, C-174/02, Ġabra, 2005, p. I-85, punt 28; tal-15 ta’ Ġunju 2006, Air Liquide, kawżi magħquda C-393/04 u C 41/05, Ġabra, 2006, p. I-5293, punt 46.
(55) Sentenza tal-21 ta’ Ottubru 2003, Van Calster, kawżi magħquda C-261/01 u C-262/01, Ġabra, 2003, p. I-12249, punt 48.
(56) Sentenza tat-23 ta’ April 2002, Nygard, kawża C-234/99, Ġabra 2002, p. I-3657.
(57) Ara wkoll il-premessa 88 et sequitur.
(58) Sentenza tat-23 ta’ April 2002, Nygard, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 56.
(59) Ara l-premessa 94 et sequitur.
(60) Kawża C-234/99, Nygard, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 56.
(61) Skont iċ-ċifri mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi (servizzi doganali) il-“bovini kbar adulti” importati jammontaw għal 24 933 fl-2001 u 22 250 fl-2002. It-tbiċċir nazzjonali jammonta għal 4 miljuni; b’hekk, l-importazzjonijiet ta’ bhejjem ħajjin jammontaw biss għal 0,58 % mit-tbiċċir totali.
(62) Kawża C-234/99, Nygard, ċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 56.
(63) ĠU C 119 22.5.2002, p. 22.
(64) Sentenzi tal-Qorti li ngħataw fid-19 ta’ Ġunju 1973 fil-kawża 77/72, Capolongo, Ġabra 1973, p. 611; fil-11 ta’ Diċembru 1973 fil-kawża 120/73, Lorenz, Ġabra 1973, p. 1471; fit-22 ta’ Marzu 1977 fil-kawża 78/76, Steinicke et Weinlig, Ġabra 1977, p. 595.
(65) Sentenza tal-Qorti tal-21 ta’ Novembru 1991 fil-kawża C-354/90, Fédération nationale du commerce extérieur des produits alimentaires et vs Franza, Ġabra 1991, p I-5505; u tal-21 ta’ Ottubru 2003, Van Calster, kawżi magħquda C-261/01 et C-262/01, Ġabra 2003, p. I-12249.
(66) Sentenza tal-Qorti tal-21 ta’ Ottubru 2003, kawżi magħquda C-261/01 u C-262/01, Van Calster et Ġabra, 2003, p. I-12249.