EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0122

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/122/PESK tas- 27 ta’ Frar 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

ĠU L 54, 28.2.2012, p. 14–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/11/2012; Imħassar b' 32012D0739

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/122(1)/oj

28.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/122/PESK

tas-27 ta’ Frar 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK (1).

(2)

Fit-23 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill tenna t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni li qed tiddeterjora fis-Sirja u b’mod partikolari l-ksur mifrux u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem. F’konformità mad-dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2011, il-Kunsill ikkonferma wkoll li l-Unjoni ser tkompli l-politika tagħha li timponi miżuri addizzjonali kontra r-reġim sakemm tkompli r-ripressjoni.

(3)

F’dan il-kuntest, għandhom jiġu imposti miżuri restrittivi kontra l-Bank Ċentrali tas-Sirja.

(4)

Barra minn hekk, għandhom ikunu pprojbiti l-bejgħ, ix-xiri, it-trasport u s-senserija ta’ deheb, metalli prezzjużi u djamanti, lil, minn jew għall-Gvern tas-Sirja.

(5)

Minbarra dan, aċċess għall-ajruporti tal-Istati Membri għal-tijiriet ta’ merkanzija operati minn trasportaturi Sirjani għandhom jiġu projbiti.

(6)

Addizzjonalment, għandhom jiġu inklużi persuni addizzjonali fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/782/PESK.

(7)

Madanakollu, mhemmx aktar lok biex tinżamm persuna waħda fuq il-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/782/PESK.

(8)

Id-Deċiżjoni 2011/782/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/782/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 8a

Huma pprojbiti l-bejgħ, xiri, trasport jew senserija diretti jew indiretti ta’ deheb jew metalli prezzjużi, kif ukoll djamanti, lil, minn jew għall-Gvern tas-Sirja, il-korpi, korporazzjonijiet u aġenziji pubbliċi tiegħu, il-Bank Ċentrali tas-Sirja, kif ukoll lil, minn jew għal persuni u entitajiet li jaġixxu f’isimhom jew b’ordni mingħandhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom.

L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-elementi rilevanti li għandhom ikunu koperti b’din id-dispożizzjoni.”;

(2)

għandu jiddaħħal il-kapitolu li ġej:

“KAPITOLU 2a

SETTUR TAT-TRASPORT

Artikolu 17a

Istati Membri, skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u b’mod konsistenti mal-liġi internazzjonali, partikolarment ma ftehim internazzjonali relevanti dwar l-avjazzjoni ċivili, għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu l-aċċess għall-ajruporti taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom tat-titjiriet kollha tal-merkanzija operati minn trasportaturi Sirjani bl-eċċezzjoni ta’ passiġġieri mħalta u titjiriet ta’ merkanzija.”;

(3)

fl-Artikolu 19, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“8.   Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw għal trasferiment minn jew permezz tal-Bank Ċentrali tas-Sirja ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi riċevuti u ffriżati wara d-data li jkun ġie inkluż fil-lista jew għal trasferiment ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi għal jew permezz tal-Bank Ċentrali tas-Sirja wara d-data li jkun ġie inkluż fil-lista fejn tali trasferiment ikun marbut ma’ ħlas minn istituzzjoni finanzjarja mhux inkluża fil-lista li jkun dovut b’konnessjoni ma’ kuntratt ta’ kummerċ speċifiku, sakemm l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina, każ b’każ, li l-ħlas mhuwiex direttament jew indirettament riċevut minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1.

9.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal trasferiment li jsir minn jew permezz tal-Bank Ċentrali tas-Sirja ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati fejn tali trasferiment ikun biex jipprovdi likwidità għall-finanzjament tal-kummerċ lill-istituzzjonijiet finanzjarji taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, sakemm it-trasferiment ikun ġie awtorizzat mill-Istat Membru rilevanti.”.

Artikolu 2

Il-persuni u entità elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/782/PESK.

Artikolu 3

Il-persuna elenkata fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiġi imħassra mil-lista li tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/782/PESK.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Frar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 319, 2.12.2011, p. 56.


ANNESS I

Persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Central Bank of Syria (Bank Ċentrali tas-Sirja)

Sirja, Damasku, Pjazza Sabah Bahrat

Indirizz postali:

Pjazza Altjreda al Maghrebeh, Damasku,

Repubblika Għarbija Sirjana,

P.O.Box: 2254

Ipprovda għajnuna finanzjarja lir-regim.

27.2.2012

2.

Al –Halqi, Dr. Wael Nader

Imwieled fil-Provinċja ta' Daraa, fl-1964

Ministru tas-Saħħa.

Meta kienu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, l-isptarijiet ġew ordnati biex jirrifjutaw il-kura lil min kien jipprotesta.

27.2.2012

3.

Azzam, Mansour Fadlallah

Imwieled fil-Provinċja ta' Sweida, fl-1960

Ministru tal-Affarijiet Presidenzjali

Konsulent tal-President.

27.2.2012

4.

Sabouni, Dr. Emad Abdul-Ghani

Imwieled f'Damasku, fl-1964

Ministru tal-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija.

Taħt ir-responsabbiltà tiegħu, l-aċċess liberu għall-mezzi tax-xandir qed jixxekkel serjament.

27.2.2012

5.

Allaw, Sufian

Imwieled f'al-Bukamal, Deir Ezzor, fl-1944

Ministru taż-Żejt u r-Riżorsi Minerali.

Responsabbli għall-politiki dwar iż-żejt u r-riżorsi minerali li jipprovdu sors ta' appoġġ finanzjarju lir-reġim.

27.2.2012

6.

Slakho, Dr Adnan

Imwieled f'Damasku, fl-1955

Ministru tal-Industrija

Responsabbli għall-politiki ekonomiċi u industrijali li jipprovdu riżorsi u appoġġ lir-reġim.

27.2.2012

7.

Al-Rashed, Dr. Saleh

Imwieled fil-Provinċja ta' Aleppo, fl-1964

Ministru tal-Edukazzjoni.

Taħt ir-responsabbiltà tiegħu, l-iskejjel qed jintużaw bħala ħabsijiet proviżorji

27.2.2012

8.

Abbas, Dr. Fayssal

Imwieled fil-Provinċja ta' Hama, fl-1955

Ministru tat-Trasport.

Taħt ir-responsabbiltà tiegħu, qed jiġi pprovdut appoġġ loġistiku għar-repressjoni.

27.2.2012


ANNESS II

Persuna msemmija fl-Artikolu 3

52.

Emad Ghraiwati


Top