EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012A0623(01)

Opinjoni tal-Kummissjoni tal- 20 ta’ Ġunju 2012 dwar il-pjan modifikat għar-rimi ta' skart radjuattiv li jirriżulta mid-dekummissjonament tas-sit ta’ Bradwell, li jinsab f'Essex, ir-Renju Unit, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom

ĠU C 183, 23.6.2012, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

23.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta’ Ġunju 2012

dwar il-pjan modifikat għar-rimi ta' skart radjuattiv li jirriżulta mid-dekummissjonament tas-sit ta’ Bradwell, li jinsab f'Essex, ir-Renju Unit, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom

(It-test bil-Ingliż biss hu awtentiku)

2012/C 183/01

Il-valutazzjoni hawn taħt qed titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom, mingħajr ħsara għal kwalunkwe valutazzjoni addizzjonali li trid titwettaq skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-obbligi li joħorġu minnu u minn leġiżlazzjoni sekondarja.

Fit-12 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni Ewropea, f’konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom, rċeviet mill-Gvern tar-Renju Unit, Dejta Ġenerali dwar il-pjan modifikat għar-rimi ta’ skart radjuattiv li jirriżulta mid-dekummissjonament tas-sit ta’ Bradwell li jinsab f’Essex, ir-Renju Unit.

Abbażi ta’ din id-dejta, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:

(1)

Id-distanza mis-sit sal-eqreb fruntiera ta’ Stat Membru ieħor, f'dan il-każ Franza, hija ta’ madwar 110 km.

(2)

Il-modifika ppjanata se tinvolvi żieda fil-limiti awtorizzati tar-rilaxx għall-karbonju-14 u t-tritju li huma ttrasportati bl-ajru.

(3)

Matul operazzjonijiet normali ta’ dekummissjonament il-modifika ppjanata ma tikkawżax esponiment tal-popolazzjoni ta’ Stat Membru ieħor li huwa sinifikanti mill-aspett tas-saħħa.

(4)

Fil-każ ta’ rilaxxi mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi, li jistgħu jseħħu wara xi aċċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali inizjali, il-modifika ppjanata mhux se twassal għal dożi għand il-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor li jkunu sinifikanti mill-aspett tas-saħħa.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan modifikat għar-rimi ta’ skart radjuattiv fi kwalunkwe forma mis-sit ta’ Bradwell f’Essex, ir-Renju Unit, kemm waqt operat normali kif ukoll fil-każ ta’ aċċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrat fid-Dejta Ġenerali, ma għandux il-probabbiltà li jirriżulta f'kontaminazzjoni radjuattiva tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-ajru ta’ Stat Membru ieħor, li tkun sinifikanti mill-aspett tas-saħħa.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


Top