Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012A0605(02)

Opinjoni tal-Kummissjoni tal- 31 ta’ Mejju 2012 li tirrigwarda l-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv mill-Faċilità tal-Estrazzjoni tal-Uranju tal-Minjiera ta’ Talvivaara, fil-Finlandja, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

ĠU C 158, 5.6.2012, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

5.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 158/2


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta’ Mejju 2012

li tirrigwarda l-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv mill-Faċilità tal-Estrazzjoni tal-Uranju tal-Minjiera ta’ Talvivaara, fil-Finlandja, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

2012/C 158/02

Il-valutazzjoni hawn taħt hija mwettqa skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-Euratom, bla ħsara għal kwalunkwe valutazzjoni addizzjonali li trid titwettaq skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-obbligi li joħorġu minnu u minn leġiżlazzjoni sekondarja.

Fil-15 ta' April 2011, f'konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern tal-Finlandja, Dejta Ġenerali li tirrigwarda l-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-Faċilità tal-Estrazzjoni tal-Uranju tal-Minjiera ta’ Talvivaara, fil-Finlandja.

Abbażi ta’ din id-dejta u ta’ tagħrif addizzjonali mitlub mill-Kummissjoni fl-20 ta’ Ġunju 2011 u li l-awtoritajiet Finlandiżi pprovdew fit-12 u fis-27 ta’ Diċembru 2011, u wara li kkonsultat il-Grupp ta’ Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni tagħha kif ġej:

1.

Id-distanza bejn is-sit u l-eqreb fruntiera ma’ Stat Membru ieħor, f’dan il-każ, l-Isvezja, hija ta' 280 km. L-eqreb pajjiż ġar huwa r-Russja b’distanza ta’ 96 km.

2.

Il-Faċilità tal-Estrazzjoni tal-Uranju mhix se tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni ta' rilaxx fir-rigward ta' effluwenti radjuattivi likwidi. F’kundizzjonijiet ta’ tħaddim normali, ir-rilaxx ta’ effluwenti radjuattivi likwidi mhux se jseħħ.

3.

F’kundizzjonijiet ta' tħaddim normali, ir-rilaxx ta’ effluwenti radjuattivi mill-ajru ma jwassalx għal esponiment tal-popolazzjoni ta' Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiż ġar li jkun sinifikanti mill-aspett sanitarju.

4.

F'każ ta’ rilaxxi mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi, li jistgħu jirriżultaw minn inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li x'aktarx jilħqu l-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż ġar ma jkunux sinifikanti mill-aspett sanitarju.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv ikun f'liema forma jkun, li joriġina mill-Faċilità tal-Estrazzjoni tal-Uranju tal-Minjiera ta’ Talvivaara, fil-Finlandja, kemm f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim normali kif ukoll f’każ ta’ inċident tat-tip u tad-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, mhijiex tali li tista’ twassal għal kontaminazzjoni radjuattiva tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-ajru ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż ġar, li tista' tkun sinifikanti mill-aspett sanitarju.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


Top