Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1339

    Regolament (UE) Nru 1339/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament għall-koperazzjoni għall-iżvilupp

    ĠU L 347, 30.12.2011, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Impliċitament imħassar minn 32016R1238

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1339/oj

    30.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 347/30


    REGOLAMENT (UE) Nru 1339/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tat-13 ta’ Diċembru 2011

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament għall-koperazzjoni għall-iżvilupp

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod speċjali l-Artikolu 209(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fil-31 ta’ Ottubru 2011 (1),

    Billi:

    (1)

    Sabiex jitjiebu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-għajnuna esterna tal-Komunità, fl-2006 ġie stabbilit qafas ġdid li jsostni l-ippjanar u l-provvista ta’ attivitajiet ta’ għajnuna. Dan jinkludi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) (2), ir-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta’ Strument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (3), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli (4), ir-Regolament (KE) Nru 1717/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Istabbiltà (5), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 300/2007 tad-19 ta’ Frar 2007 li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari (6), ir-Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (7), u r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

    (2)

    Fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 ħarġu xi inkosistenzi fir-rigward tal-eċċezzjonijiet għall-prinċipju tan-nuqqas ta’ eliġibbiltà tal-ispejjeż relatati ma’ taxxi, dazji u ħlasijiet oħrajn. Fid-dawl ta’ dan, hu propost li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet relevanti ta’ dak ir-Regolament sabiex ikun konformi mal-istrumenti l-oħrajn.

    (3)

    Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet, skont l-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 għandu għaldaqstant ikun emendat skont dan,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   Fil-prinċipju, l-għajnuna tal-Unjoni m’għandhiex tintuża għall-ħlas ta’ taxxi, dazji jew ħlasijiet fil-pajjiżi benefiċjarji.”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Diċembru 2011.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    J. BUZEK

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. SZPUNAR


    (1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2010 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-10 ta’ Diċembru 2010 (ĠU C 7 E, 12.1.2011, p. 11). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2011 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Ir-Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ Diċembru 2011 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2011.

    (2)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.

    (3)  ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.

    (4)  ĠU L 405, 30.12.2006, p. 41.

    (5)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 1.

    (6)  ĠU L 81, 22.3.2007, p. 1.

    (7)  ĠU L 386, 29.12.2006, p. 1.

    (8)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.


    DIKJARAZZJONI MILL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL DWAR L-UŻU TAL-ATTI DELEGATI FIL-QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI (MFF) FUTUR GĦALL-2014–2020

    Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jieħdu nota tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Baġit għall-Ewropa 2020 (COM (2011) 500 (1)), b'mod partikolari fir-rigward tal-użu propost tal-atti delegati fl-istrumenti futuri ta' finanzjament estern u jistennew il-proposti leġiżlattivi, li għandhom ikunu debitament ikkunsidrati. Il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha:


    (1)  Baġit għall-Ewropa 2020, (COM(2011) 500), tiddikjara li:

    "Barra minn hekk, il-bażijiet legali futuri għall-istrumenti differenti se jipproponu l-użu estensiv ta’ atti delegati biex jippermettu li jkun hemm aktar flessibbiltà fil-ġestjoni tal-politiki matul il-perjodu ta’ finanzjament, filwaqt li jiġu rrispettati l-prerogattivi taż-żewġ fergħat tal-leġiżlatur."

    u

    ‘Qiegħed jitqies biex jiżdied l-iskrutinju demokratiku tal-għajnuna esterna. Dan jista’ jinkiseb bl-użu ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għal ċerti aspetti tal-programm, mhux biss jitpoġġew il-koleġiżlaturi fuq livell ekwu iżda tiġi ggarantita wkoll aktar flessibbiltà fl-ipprogrammar. Għall-FEŻ, qiegħed jiġi propost li l-iskrutinju jinġab fuq l-istess livell mad-DCI, filwqat li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ dan l-istrument.’


    Top