Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1308

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1308/2011 tal- 14 ta’ Diċembru 2011 li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni, li jirrifjuta iktar applikazzjonijiet u li jagħlaq il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-kwantitajiet disponibbli ta' zokkor barra mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2011/2012

ĠU L 332, 15.12.2011, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1308/oj

15.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1308/2011

tal-14 ta’ Diċembru 2011

li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni, li jirrifjuta iktar applikazzjonijiet u li jagħlaq il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-kwantitajiet disponibbli ta' zokkor barra mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2011/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1240/2011 tat-30 ta' Novembru 2011 li jiffissa miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta' zokkor u isoglukożju barra mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2011/2012 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu.

Billi:

(1)

Il-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati għaz-zokkor barra mill-kwota mressqin bejn l-4 ta' Diċembru 2011 u s-7 ta' Diċembru 2011 u nnotifikati lill-Kummissjoni jaqbżu il-limitu stabbilit fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1240/2011.

(2)

Għalhekk, f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1240/2011, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-kwantitajiet koperti minn kull applikazzjoni nnotifikata għaċ-ċertifikat, biex jiġu rrifjutati l-applikazzjonijiet li jkunu għadhom ma ġewx innotifikati u biex jingħalqu l-perjodi għat-tressiq tal-applikazzjonijiet.

(3)

Sabiex tittieħed azzjoni qabel il-ħruġ taċ-ċertifikati li tkun saret applikazzjoni għalihom, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati għaz-zokkor barra mill-kwota skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1240/2011 bejn l-4 ta' Diċembru 2011 u s-7 ta' Diċembru 2011 u nnotifikati lill-Kummissjoni għandhom jiġu mmultiplikati b'koeffiċjent tal-allokazzjoni ta' 21,680216 %.

L-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati mressqin bejn it-8 ta’ Diċembru 2011 u l-15 ta’ Diċembru 2011 qed jiġu hawnhekk irrifjutati.

Il-perjodi għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati jingħalqu fil-15 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 318, 1.12.2011, p. 9.


Top