Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1266

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1266/2011 tas- 6 ta’ Diċembru 2011 li jqassam, għas-sena tas-suq 2011/2012, 5000 tunnellata ta’ fibra qasira tal-kittien u fibra tal-qanneb bħala kwantitajiet nazzjonali garantiti bejn id-Danimarka, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja u l-Lussemburgu

    ĠU L 324, 7.12.2011, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1266/oj

    7.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 324/8


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1266/2011

    tas-6 ta’ Diċembru 2011

    li jqassam, għas-sena tas-suq 2011/2012, 5 000 tunnellata ta’ fibra qasira tal-kittien u fibra tal-qanneb bħala kwantitajiet nazzjonali garantiti bejn id-Danimarka, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja u l-Lussemburgu

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 95 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 507/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u l-qanneb ikkoltivati għall-fibra (2) jistipula li l-5 000 tunnellata ta’ fibra qasira tal-kittien u fibra tal-qanneb biex titqassam bħala kwantitajiet nazzjonali garantiti, kif stipulat fl-Artikolu 94(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għas-sena tas-suq 2011/2012, għandha tkun allokata qabel is-16 ta’ Novembru tas-sena tas-suq li tkun għaddejja.

    (2)

    Għal dak il-għan, l-Italja bagħtet lill-Kummissjoni informazzjoni relatata mal-erjas koperti b’kuntratti ta’ bejgħ/xiri, impenji ta’ proċessar u kuntratti ta’ proċessar, u stima tar-rendiment tat-tiben u l-fibra tal-kittien u l-qanneb.

    (3)

    Bil-maqlub, l-ebda fibra tal-kittien jew il-qanneb mhi se tiġi prodotta għas-sena tas-suq 2011/2012 fid-Danimarka, il-Greċja, l-Irlanda jew il-Lussemburgu.

    (4)

    Abbażi ta’ stimi tal-produzzjoni li jirriżultaw mit-tagħrif ipprovdut, il-produzzjoni totali fil-ħames Stati Membri kkonċernati mhix se tilħaq il-kwantità totali ta’ 5 000 tunnellata allokati lilhom, u l-kwantitajiet nazzjonali garantiti li jidhru hawn taħt għandhom jiġu stabbiliti.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għas-sena tas-suq 2011/2012, it-tqassim fi kwantitajiet nazzjonali garantiti stipulat fl-Artikolu 94(1a) flimkien mal-Anness XI A.II.(b) għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jkun kif ġej:

    Id-Danimarka

    L-ebda tunnellata (0);

    Il-Greċja

    L-ebda tunnellata (0);

    L-Irlanda

    L-ebda tunnellata (0);

    L-Italja

    15-il tunnellata;

    Il-Lussemburgu

    L-ebda tunnellata (0).

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Ir-Regolament għandu jibda japplika mis-16 ta’ Novembru 2011.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 149, 7.6.2008, p. 38.


    Top