Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1235

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1235/2011 tad- 29 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab għat-tajers, il-kejl tar-reżistenza għad-dawrien u l-proċedura ta’ verifika Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 317, 30.11.2011, p. 17–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0740

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1235/oj

    30.11.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 317/17


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1235/2011

    tad-29 ta’ Novembru 2011

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab għat-tajers, il-kejl tar-reżistenza għad-dawrien u l-proċedura ta’ verifika

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(a) u (c) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu l-għan li jistabbilixxi qafas għall-għoti ta’ informazzjoni armonizzata dwar il-parametri tat-tajers permezz tat-tikkettar, biex l-utenti finali jkunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata meta jixtru t-tajers.

    (2)

    Ir-reżistenza għad-dawrien tat-tajers tiddetermina l-klassifikazzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil tagħhom. Il-kejl tar-reżistenza għad-dawrien irid ikun riproduċibbli; it-testijiet fuq tajers identiċi li jsiru f’laboratorji differenti jridu jagħtu l-istess riżultati biex jiġi żgurat li l-paragun bejn tajers ta’ fornituri differenti jkun ġust. Barra minn hekk, riproduċibbiltà tajba tar-riżultati tal-ittestjar tat-tajers għandha żżomm l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq milli jiksbu riżultati differenti minn dawk tal-fornituri għal testijiet fuq l-istess tajers.

    (3)

    Ir-riproduċibbiltà tar-riżultati tat-testijiet tista’ tittejjeb billi tiġi stabbilita proċedura għall-allinjament tal-laboratorji tat-testijiet fir-rigward tal-kejl tar-reżistenza għad-dawrien.

    (4)

    Peress li għall-klassifikazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab ġie żviluppat metodu armonizzat ta’ ttestjar adegwat fuq il-livell tal-ISO, issa għandha tiddaħħal klassifikazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab għat-tajers tal-Klassijiet C2 u C3, skont l-Artikolu 11 (a) tar-Regolament (KE) Nru 1222/2009.

    (5)

    Iċ-ċarezza tal-proċedura ta’ verifika tal-konformità kif stipulata fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1222/2009 għandha tiġi mtejba billi jiġu ffissati valuri limiti li magħhom, il-valuri ddikjarati li jintużaw għar-rekwiżiti ta’ tikkettar jitqiesu konformi ma’ dak ir-Regolament.

    (6)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

    (7)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1222/2009,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1222/2009

    Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    l-Anness I, il-Parti A: Klassijiet ta’ effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    “Il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-koefiċċjent tar-reżistenza għad-dawrien (RRC) skont l-iskala A sa G speċifikata aktar ‘l isfel u mkejla skont l-Anness 6 għar-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu, u tiġi allinjata skont il-proċedura stipulata fl-Anness IVa.”;

    (2)

    l-Anness I, il-Parti B: Klassijiet tal-Qabda fuq l-Imxarrab, it-test u t-tabella jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

    “1.

    Il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajers C1 għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) skont l-iskala A sa G speċifikata fit-tabella aktar ‘l isfel, ikkalkulata skont il-punt 3 u mkejla skont l-Anness V.

    2.

    Il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajers C2 u C3 għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) skont l-iskala A sa G speċifikata fit-tabella aktar ’l isfel, ikkalkulata skont il-punt 3 u mkejla skont l-ISO 15222:2011, fejn għandhom jintużaw dawn it-Tajers għat-Test ta’ Referenza Standard (SRTT):

    (i)

    għal tajers C2, l-SRTT 225/75 R 16 C, ASTM F 2872-11;

    (ii)

    għal tajers C3 b’Wisa’ Nominali tas-Sezzjoni idjaq minn 285 mm, l-SRTT 245/70R19.5, ASTM F 2871-11;

    (iii)

    għal tajers C3 b’Wisa’ Nominali tas-Sezzjoni usa’ minn 285 mm, l-SRTT 315/70R22.5, ASTM F 2870-11.

    3.

    Il-kalkolu tal-qabda fuq l-imxarrab (G)

    G = G(T) – 0,03

    fejn: G(T) = l-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat kif imkejjel f’ċiklu ta’ prova wieħed.

    Tajers C1

    Tajers C2

    Tajers C3

    G

    Klassi tal-Qabda fuq l-Imxarrab

    G

    Klassi tal-Qabda fuq l-Imxarrab

    G

    Klassi tal-Qabda fuq l-Imxarrab

    1,55 ≤ G

    A

    1,40 ≤ G

    A

    1,25 ≤ G

    A

    1,40 ≤ G ≤ 1,54

    B

    1,25 ≤ G ≤ 1,39

    B

    1,10 ≤ G ≤ 1,24

    B

    1,25 ≤ G ≤ 1,39

    C

    1,10 ≤ G ≤ 1,24

    C

    0,95 ≤ G ≤ 1,09

    C

    Vojt

    D

    Vojt

    D

    0,80 ≤ G ≤ 0,94

    D

    1,10 ≤ G ≤ 1,24

    E

    0,95 ≤ G ≤ 1,09

    E

    0,65 ≤ G ≤ 0,79

    E

    G ≤ 1,09

    F

    G ≤ 0,94

    F

    G ≤ 0,64

    F

    Vojt

    G

    Vojt

    G

    Vojt

    G”

    (3)

    l-Anness IV: Proċedura ta’ verifika, jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “ANNESS IV

    Proċedura ta’ verifika

    Il-konformità tal-klassijiet iddikjarati tal-effiċjenza tal-uzu tal-fjuwil u tal-qabda fuq l-imxarrab, kif ukoll il-valur iddikjarat u l-klassi tal-istorbju estern tat-tidwir għandha tiġi vvalutata għal kull tip ta’ tajer jew għal kull grupp ta’ tajers kif iddeterminat mill-fornitur, skont waħda mill-proċeduri li ġejjin:

    (a)

    (i)

    l-ewwel, jiġi ttestjat tajer wieħed jew set ta’ tajers wieħed. Jekk il-valuri mkejla jissodisfaw il-klassijiet iddikjarati jew il-valur iddikjarat tal-istorbju tad-dawrien, fil-limiti ta’ tolleranza ddefiniti fit-Tabella 1, it-tajer jista’ jitqies li jkun għadda mit-test; u

    (ii)

    jekk il-valuri mkejla ma jissodisfawx il-klassijiet iddikjarati jew il-valur iddikjarat tal-istorbju tad-dawrien, fil-firxa tal-valuri definita fit-Tabella 1, għandhom jiġu ttestjati tliet tajers oħra jew tliet settijiet ta’ tajers. Il-valur medju tal-kejl tat-tliet tajers jew settijiet ta’ tajers għandu jintuża sabiex tiġi vvalutata l-konformità mal-informazzjoni ddikjarata fil-firxa ta’ valuri ddefinita fit-Tabella 1; jew

    (b)

    meta l-klassijiet jew il-valuri tat-tikketti jkunu ġejjin mir-riżultati tat-testijiet tal-approvazzjonijiet tat-tipi f’konformità mad-Direttiva 2001/43/KE, ir-Regolament (KE) Nru 661/2009, jew ir-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jużaw dejta tal-kejl li tkun ġejja minn testijiet għall-konformità tal-produzzjoni tat-tajers.

    Il-valutazzjoni tad-dejta tal-kejl li tkun ġejja mit-testijiet għall-konformità tal-produzzjoni tat-tajers għandha tqis it-tolleranzi ddefiniti fit-Tabella 1.

    Tabella 1

    Parametru mkejjel

    Tolleranzi tal-verifika

    Koefiċċjent tar-reżistenza għad-dawrien (effiċjenza fl-użu tal-fjuwil)

    Il-valur medju allinjat ma għandux ikun ogħla mil-limitu ta’ fuq (l-ogħla RRC) tal-klassi ddikjarata b’aktar minn 0,3 kg/1 000  kg.

    Storbju estern tad-dawrien

    Il-valur imkejjel ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ N b’aktar minn 1 dB(A).

    Qabda fuq l-Imxarrab

    Il-valur imkejjel ma għandux ikun taħt il-limitu minimu (l-iżgħar valur ta’ G) tal-klassi ddikjarata.”

    (4)

    it-test stipulat fl-anness għal dan ir-Regolament huwa miżjud bħala l-Anness IVa.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu japplika mit-30 ta' Mejju 2012.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46.


    ANNESS

    “ANNESS IVa

    Proċedura ta’ allinjament f’laboratorji għall-kejl tar-reżistenza għad-dawrien

    1.   DEFINIZZJONIJIET

    Għall-fini tal-proċedura ta’ allinjament f’laboratorji, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

    (1)

    “Laboratorju ta’ Referenza” tfisser laboratorju li jagħmel parti min-netwerk ta’ laboratorji msemmija għall-fini tal-proċedura ta’ allinjament f’pubblikazzjoni ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u li kapaċi jikseb ir-riżultati tat-testijiet bil-preċiżjoni indikata fit-taqsima 3;

    (2)

    “Laboratorju kandidat” tfisser laboratorju li jipparteċipa fil-proċedura ta’ allinjament u li ma jkunx laboratorju ta’ referenza;

    (3)

    “Tajer tal-allinjament” tfisser tajer li jiġi ttestjat biex issir il-proċedura ta’ allinjament;

    (4)

    “Sett ta’ tajers tal-allinjament” tfisser sett ta’ ħames tajers tal-allinjament jew aktar.

    (5)

    “Valur assenjat” tfisser valur teoretiku ta’ tajer tal-allinjament wieħed kif imkejjel minn laboratorju teoretiku li jirrappreżenta n-netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza li jintuża għall-proċedura ta’ allinjament.

    2.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    2.1.   Il-prinċipju

    Il-Koefiċċjent tar-Reżistenza għad-Dawrien imkejjel (RRCm ) f’laboratorju ta’ referenza (l) għandu jiġi allinjat mal-valuri assenjati tan-netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza.

    L-RRCm f’laboratorju kandidat (c) għandu jiġi allinjat minn laboratorju ta’ referenza tan-netwerk magħżul mil-laboratorju kandidat.

    2.2.   Rekwiżiti għall-għażla tat-tajers

    Għall-proċedura ta’ allinjament skont il-kriterji indikati hawn taħt, għandu jintgħażel sett ta’ ħames tajers tal-allinjament jew aktar. Għandu jintgħażel sett wieħed għal tajers C1 u C2 flimkien, u sett wieħed għal tajers C3.

    (a)

    Is-sett ta’ tajers tal-allinjament għandu jintgħażel b’mod li jkopri l-firxa ta’ RRCs differenti tat-tajers C1 u C2 flimkien, jew tat-tajers C3. Fi kwalunkwe każ, id-differenza bejn l-ogħla RRCm tas-sett ta’ tajers, u l-aktar valur baxx ta’ RRCm tas-sett ta’ tajers għandha tkun mill-inqas

    (i)

    3 kg/t għal tajers C1 u C2, u

    (ii)

    2 kg/t għal tajers C3

    (b)

    L-RRCm fil-laboratorji kandidati jew ta’ referenza (c jew l) abbażi tal-valuri ta’ RRC iddikjarati ta’ kull tajer tal-allinjament tas-sett għandha tkun mifruxa kif ġej u mqassma b’mod uniformi:

    (i)

    1,0 +/– 0,5 kg/t għal tajers C1 u C2, u

    (ii)

    1,0 +/– 0,5 kg/t għal tajers C3.

    (ċ)

    Il-wisa’ tas-sezzjoni tat-tajer magħżul għal kull tajer tal-allinjament għandha tkun:

    (i)

    ≤ 245 mm għall-magni li jkejlu tajers C1 u C2, u

    (ii)

    ≤ 385 mm għall-magni li jkejlu tajers C3.

    (d)

    Id-dijametru ta’ barra tat-tajer magħżul għal kull tajer tal-allinjament għandu jkun:

    (i)

    bejn 510 u 800 mm għall-magni li jkejlu tajers C1 u C2, u

    (ii)

    bejn 771 u 1 143 mm għall-magni li jkejlu tajers C3.

    (e)

    Il-valuri tal-indiċi tat-tagħbija għandhom ikopru b’mod adegwat il-firxa għat-tajers li għandhom jiġu ttestjati, biex ikun żgurat li l-valuri tal-Forza tar-Reżistenza għad-Dawrien (RRF) ikopru wkoll il-firxa għat-tajers li għandhom jiġu ttestjati.

    Kull tajer ta’ allinjament għandu jkun ikkontrollat qabel ma jintuża u għandu jiġi sostitwit meta:

    (a)

    juri kundizzjoni li tagħmlu mhux adattat għal aktar testijiet, u/jew

    (b)

    ikun hemm devjazzjonijiet fl-RRCm ta’ aktar minn 1,5 % meta mqabbel ma’ kejl preċedenti wara l-korrezzjoni għal kwalunkwe drift tal-magna.

    2.3.   Metodu tal-kejl

    Il-laboratorju ta’ referenza għandu jkejjel kull tajer tal-allinjament erba’ darbiet u jżomm l-aħħar tliet riżultati għal aktar analiżi, skont il-paragrafu 4 tal-Anness 6 għar-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu u japplika l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 tal-Anness 6 għar-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu.

    Il-laboratorju kandidat għandu jkejjel kull tajer tal-allinjament (n + 1) darbiet, fejn il-valur ta’ n jiġi speċifikat fit-taqsima 5 u jżomm l-aħħar n riżultati għal aktar analiżi, skont il-paragrafu 4 tal-Anness 6 għar-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu u japplika l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 tal-Anness 6 għar-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu.

    Kull darba li jitkejjel tajer tal-allinjament, l-assemblaġġ tat-tajer/tar-rota għandu jitneħħa mill-magna u l-proċedura kollha tat-test, speċifikata fil-paragrafu 4 tal-Anness 6 għar-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu, għandha terġa’ tiġi segwita mill-bidu.

    Il-laboratorju kandidat jew ta’ referenza għandu jikkalkula:

    (a)

    il-valur imkejjel ta’ kull tajer tal-allinjament kif speċifikat fil-paragrafi 6.2 u 6.3 tal-Anness 6 għar-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu (jiġifieri, jiġi kkoreġut għal temperatura ta’ 25 °C u dijametru tad-drum ta’ 2 m),

    (b)

    il-valur medju tal-aħħar tliet valuri (fil-każ tal-laboratorji ta’ referenza) jew tal-aħħar n valuri (fil-każ tal-laboratorji kandidati) mkejla għal kull tajer tal-allinjament, u

    (c)

    id-devjazzjoni standard (σm), kif ġej:

    Formula Formula

    fejn:

    i

    hija l-kuntatur minn 1 sa p għan-numru ta’ tajers tal-allinjament

    j

    hija l-kuntatur minn 2 sa n għan-numru ta’ ripetizzjonijiet ta’ kull kejl għal tajer tal-allinjament partikolari

    n

    hija n-numru ta’ ripetizzjonijiet ta’ kejl ta’ tajers (n ≥ 4)

    p

    hija n-numru ta’ tajers tal-allinjament (p ≥ 5)

    2.4.   Formati tad-dejta li għandhom jintużaw għall-kalkoli u r-riżultati

    Il-valuri ta’ RRC imkejla kkoreġuti għad-dijametru tad-drum u t-temperatura għandhom jiġu aġġustati sa 2 ċifri wara l-punt deċimali.

    Wara, il-kalkoli kollha għandhom isiru biċ-ċifri sħaħ: ma jsirux aktar aġġustamenti għajr fl-ekwazzjonijiet finali tal-allinjament.

    Il-valuri kollha tad-devjazzjoni standard għandhom jiġu indikati sa 3 ċifri wara l-punt deċimali.

    Il-valuri kollha ta’ RRC għandhom jiġu indikati sa 2 ċifri wara l-punt deċimali.

    Il-koeffiċjenti kollha tal-allinjament (A1 l, B1 l, A2c u B2c) għandhom jiġu aġġustati u indikati sa 4 ċifri wara l-punt deċimali.

    3.   REKWIŻITI APPLIKABBLI GĦAL-LABORATORJI TA’ REFERENZA U BIEX IKUNU DDETERMINATI L-VALURI ASSENJATI

    Il-valuri assenjati għal kull tajer tal-allinjament għandhom jiġu ddeterminati minn netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza. Wara sentejn, in-netwerk għandu jivvaluta l-istabbiltà u validità tal-valuri assenjati.

    Kull laboratorju ta’ referenza li jipparteċipa fin-netwerk għandu jżomm il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness 6 għar-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu, b’devjazzjoni standard (σm) kif ġej:

    (i)

    mhux akbar minn 0,05 kg/t għat-tajers tal-klassijiet C1 u C2, u

    (ii)

    mhux akbar minn 0,05 kg/t għat-tajers tal-klassi C3.

    Is-settijiet ta’ tajers tal-allinjament, b’konformità mal-ispeċifikazzjoni tat-taqsima 2.2, għandhom jiġu mkejla skont it-taqsima 2.3 minn kull laboratorju ta’ referenza tan-netwerk.

    Il-valur assenjat ta’ kull tajer tal-allinjament huwa l-medja tal-valuri mkejla u mogħtija mil-laboratorji ta’ referenza tan-netwerk għal dak it-tajer ta’ allinjament.

    4.   PROĊEDURA GĦALL-ALLINJAMENT TA’ LABORATORJU TA’ REFERENZA GĦALL-VALURI ASSENJATI

    Kull laboratorju ta’ referenza (l) għandu jallinja ruħu mal-valuri assenjati għas-sett ta’ tajers tal-allinjament billi juża teknika ta’ rigressjoni lineari, A1 l u B1 l, ikkalkulati kif ġej:

    RRC = A1 l * RRC m,l + B1 l

    fejn:

    RRC

    hija l-valur assenjat tal-koeffiċjent tar-reżistenza għad-dawrien;

    RRCm

    hija l-valur imkejjel tal-koeffiċjent tar-reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju ta’ referenza “l” (inklużi l-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tad-drum).

    5.   REKWIŻITI APPLIKABBLI GĦAL-LABORATORJI KANDIDATI

    Il-laboratorji kandidati għandhom jirrepetu l-proċedura ta’ allinjament mill-inqas darba kull sentejn u dejjem wara kwalunkwe bidla sinifikanti fil-magna jew kwalunkwe drift fid-dejta tal-monitoraġġ tat-tajer ta’ kontroll tal-magna.

    Sett komuni ta’ ħames tajers differenti, b’konformità mal-ispeċifikazzjoni tat-taqsima 2.2, għandu jiġi mkejjel skont it-taqsima 2.3 mil-laboratorju kandidat u minn laboratorju ta’ referenza wieħed. Fuq talba tal-laboratorju kandidat, jistgħu jiġu ttestjati aktar minn ħames tajers tal-allinjament.

    Il-laboratorju ta’ referenza għandu jirċievi s-sett ta’ tajers tal-allinjament mingħand il-laboratorju kandidat.

    Il-laboratorju kandidat (c) għandu jżomm il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness 6 għar-Regolament Nru 117 tal-UNECE u l-emendi sussegwenti tiegħu, u preferibbilment, b’devjazzjonijiet standard (σm ) kif ġej:

    (i)

    mhux akbar minn 0,075 kg/t għat-tajers C1 u C2, u

    (ii)

    mhux akbar minn 0,06 kg/t għat-tajers C3.

    F’każ li d-devjazzjonijiet standard (σm) tal-laboratorju kandidat ikunu akbar mill-valuri li jidhru hawn fuq bi tliet kejlijiet, in-numru ta’ ripetizzjonijiet tal-kejl għandhom jiżdiedu kif ġej:

    n = (σm)2, aġġustat għall-eqreb u l-ogħla numru sħiħ

    fejn:

    γ

    =

    0,043 kg/t għat-tajers tal-Klassijiet C1 u C2

    γ

    =

    0,035 kg/t għat-tajers tal-Klassi C3

    6.   PROĊEDURA TA’ ALLINJAMENT TA’ LABORATORJU KANDIDAT

    Laboratorju ta’ referenza (l) tan-netwerk għandu jikkalkula l-funzjoni ta’ rigressjoni lineari tal-laboratorju kandidat (c), A2c u B2c, kif ġej:

    RRC m,l = A2c × RRCm,c + B2c

    fejn:

    RRCm,l

    hija l-valur imkejjel tal-koeffiċjent tar-reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju ta’ referenza (l) (inklużi l-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tad-drum)

    RRCm,c

    hija l-valur imkejjel tal-koeffiċjent tar-reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju kandidat (c) (inklużi l-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tad-drum)

    L-RRC allinjat tat-tajers ittestjati mil-laboratorju kandidat jiġi kkalkulat kif ġej:

    RRC = (A1 l × A2c) × RRCm,c + (A1 l × B2c + B1 l )”


    Top