EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1063

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1063/2011 tal- 21 ta’ Ottubru 2011 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

ĠU L 277, 22.10.2011, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/07/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1063/oj

22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1063/2011

tal-21 ta’ Ottubru 2011

li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Lulju 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 687/2011 (2) li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001, billi jistabbilixxi lista aġġornata ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(2)

Il-Kunsill iddetermina li l-persuni elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament kienu involuti f’atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (3), li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 1(4) ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikunu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(3)

Il-Kunsill ikkonkluda li m’għadx hemm raġunijiet sabiex il-persuna elenkata fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament tinżamm fil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(4)

Il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandha tkun aġġornata kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-persuni elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament huma b’dan miżjuda mal-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

2.   Il-persuna elenkata fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament hija b’dan imneħħija mil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(2)  ĠU L 188, 19.7.2011, p. 2.

(3)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.


ANNESS I

Persuni msemmija fl-Artikolu 1(1)

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11 ta' Awwissu, 1960 fl-Iran. Ċittadin Iranjan. Passaport: D9004878.

2.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6 jew il-15 ta' Marzu fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tan-Nazzjonijiet Uniti. Passaport: C2002515 (Iran); Passaport: 477845448 (USA). Numru tal-Karta tal-Identità nazzjonali: 07442833, data ta' skadenza 15 ta' Marzu 2016 (liċenzja tas-sewqan ta' USA).

3.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Ysuf Abu-al-Karkh), imwieled madwar l-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Ba¿i Militari ta' Mehran, Provinċja ta' Ilam, l-Iran.

4.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled madwar l-1965 f'Teheran, Iran

5.

SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), imwieled fil-11 ta' Marzu, 1957 f'Qom, l-Iran. Ċittadin Iranjan. Passaport: 008827 (Iran Diplomatic), maħruġ fl-1999. Titlu: Ġeneral Maġġur.


ANNESS II

Persuna msemmija fl-Artikolu 1(2)

EL FATMI, Nouredine (magħruf ukoll bħala Nouriddin EL FATMI, magħruf ukoll bħala Nouriddine EL FATMI, magħruf ukoll bħala Noureddine EL FATMI, magħruf ukoll bħala Abu AL KA'E KA'E, magħruf ukoll bħala Abu QAE QAE, magħruf ukoll bħala FOUAD, magħruf ukoll bħala FZAD, magħruf ukoll bħala Nabil EL FATMI, magħruf ukoll bħala Ben MOHAMMED, magħruf ukoll bħala Ben Mohand BEN LARBI, magħruf ukoll bħala Ben Driss Muhand IBN LARBI, magħruf ukoll bħala Abu TAHAR, magħruf ukoll bħala EGGIE), imwieled fil-15.8.1982 f'Midar (il-Marokk), passaport (Marokk) Nru N829139 – membru tal-“Hofstadgroep”


Top