Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0907

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 907/2011 tas- 6 ta’ Settembru 2011 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1105/2010 li jimponi dazju definittiv tal-antidumping u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-ħjut tal-poliesteri ta’ tenaċità għolja li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jtemm il-proċediment li jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-ħjut tal-poliesteri ta’ tenaċità għolja li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea u fit-Tajwan

    ĠU L 232, 9.9.2011, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/02/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/907/oj

    9.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 232/29


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 907/2011

    tas-6 ta’ Settembru 2011

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1105/2010 li jimponi dazju definittiv tal-antidumping u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-ħjut tal-poliesteri ta’ tenaċità għolja li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jtemm il-proċediment li jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-ħjut tal-poliesteri ta’ tenaċità għolja li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea u fit-Tajwan

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1105/2010 tad-29 ta’ Novembru 2010 li jimponi dazju definittiv tal-antidumping u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-ħjut tal-poliesteri ta’ tenaċità għolja li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jtemm il-proċediment li jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-ħjut tal-poliesteri ta’ tenaċità għolja li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A.   MIŻURI FIS-SEĦĦ

    (1)

    Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1105/2010, il-Kunsill impona dazju definittiv tal-antidumping fuq importazzjonijiet ta’ ħjut tal-polijesteri ta’ tenaċità għolja (għajr il-ħjut użat fil-ħjata), liema prodott ma jitqiegħedx għall-bejgħ bl-imnut, u li jinkludi monofilament ta’ anqas minn 67 deċitex u li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”) u li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 5402 20 00 (“il-prodott ikkonċernat”).

    (2)

    Ladarba hemm numru kbir ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tad-dazju antidumping (“l-investigazzjoni oriġinali”) fir-RPĊ, intgħażel kampjun ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi u ġew imposti rati individwali tad-dazju li jvarjaw minn 0 % għal 5,5 % fuq il-kumpaniji inklużi fil-kampjun, waqt li kumpaniji oħra li kkooperaw imma li mhumiex inklużi fil-kampjun ingħataw rata ta’ dazju ta’ 5,3 %. Żewġ kumpaniji li kkoperaw u li ma kinux fil-kampjun ngħataw eżami individwali fit-tifsira tal-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, irċevew dazji ta’ 0 % u 9,8 %. Ġiet imposta rata ta’ dazju ta’ 9,8 % għall-RPĊ fuq il-kumpaniji l-oħrajn kollha.

    (3)

    L-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1105/2010 jagħti l-possibbiltà lill-produtturi esportaturi Ċiniżi ġodda li jissodisfaw il-kriterji kif stipulati f’dak l-Artikolu li jingħataw ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkoperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun, jiġifieri 5,3 %.

    B.   IT-TALBIET TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI ĠODDA

    (4)

    Żewġ kumpaniji (l-applikanti) talbu biex jingħataw “Trattament lil Produttur Esportatur Ġdid” (NEPT).

    (5)

    Sar eżami biex jiġi stabbilit jekk kull applikant jissodisfax il-kriterji biex jingħata n-NEPT kif stipulat fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1105/2010, billi ġie vverifikat li l-applikant:

    huwa produttur tal-prodott ikkonċernat fil-RPĊ,

    ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni waqt il-perjodu tal-investigazzjoni li l-miżuri ġew ibbażati fuqu (mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009),

    ma huwa relatat ma’ ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi fil-RPĊ li huma suġġetti għall-miżuri imposti b’dak ir-Regolament,

    effettivament esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni wara l-perjodu tal-investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew li jkun daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni.

    (6)

    Intbgħatu kwestjonarji lill-applikanti fejn dawn intalbu jipprovdu evidenza sabiex juru li ssodisfaw il-kriterji msemmija hawn fuq.

    (7)

    Il-Kummissjoni Ewropea fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset li kien meħtieġ biex jiġi ddeterminat jekk ġewx sodisfatti l-kriterji stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1105/2010. Iż-żjarat ta’ verifika twettqu fl-istabbilimenti taż-żewġ applikanti:

    Jiangsu Hengli Chemical Fibre Co. Ltd,

    Amann Twisting Yancheng Co. Ltd.

    C.   KONKLUŻJONIJIET

    (8)

    Fil-każ ta’ applikant wieħed, Jiangsu Hengli Chemical Fibre Co. Ltd, l-eżami tat-tagħrif li ntbagħat wera li kienet ġiet ipprovduta biżżejjed evidenza biex turi li dan jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1105/2010. Għalhekk, dan l-applikant jista’ jingħata rata tad-dazju medja differenzjata għall-kumpaniji li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun (jiġifieri 5,3 %) skont l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1105/2010, u għandu jiġi miżjud fil-lista ta’ produtturi esportaturi tal-Artikolu 1(2) ta’ dak ir-Regolament.

    (9)

    Fil-każ tal-applikant l-ieħor, Amann Twisting Yancheng Co. Ltd, l-eżami tat-tagħrif mibgħut wera li kienet ġiet ipprovduta biżżejjed evidenza biex turi li jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1105/2010. B’mod partikolari, l-investigazzjoni kixfet li l-materja prima ewlenija użata waqt il-manifattura, il-ħjut tal-polijesteri ta’ tenaċità għolja, ma jipproduċihiex l-applikant iżda hija mixtrija minn fornituri mhux relatati. Il-filament jiġi pproċessat mill-applikant matul stadji tal-produzzjoni differenti, inkluż it-tagħwiġ u fl-aħħar jintbagħat għall-esportazzjoni taħt id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. Peress li l-applikant ma pproduċiex il-prodott ikkonċernat iżda fil-verità kemm ipproċessah, ġie konkluż li Amann Twisting Yancheng Co. Ltd ma jistax jiġi kkunsidrat bħala l-produttur tal-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant huwa ma jissodisfax ir-rekwiżit għan-NEPT li l-kumpanija li titlob dan it-trattament trid tkun “produttur” tal-prodott ikkonċernat.

    (10)

    Għaldaqstant, it-talba għan-NEPT ġiet miċħuda.

    D.   MODIFIKA TAL-LISTA TA’ KUMPANIJI LI JGAWDU MINN RATI INDIVIDWALI TAD-DAZJU

    (11)

    B’konsiderazzjoni tal-konklużjonijiet tal-investigazzjoni kif indikat fil-premessa (8), ġie konkluż li l-kumpanija Jiangsu Hengli Chemical Fibre Co. Ltd għandha tiżdied mal-lista tal-kumpaniji msemmija individwalment skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1105/2010 li għandhom rata ta’ dazju ta’ 5,3 %.

    (12)

    L-applikanti u l-industrija tal-Unjoni ġew infurmati bil-konklużjonijiet tal-istħarriġ tal-investigazzjoni u ngħataw l-opportunità li jibagħtu l-kummenti tagħhom.

    (13)

    L-argumenti u s-sottomissjonijiet kollha magħmula mill-partijiet interessati ġew analizzati u fejn meħtieġ ġew debitament ikkunsidrati,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1105/2010 għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “ANNESS

    PRODUTTURI ESPORTATURI ĊINIŻI LI QEGĦDIN JIKKOOPERAW U LI MHUMIEX MAGĦŻULA BĦALA KAMPJUN

    Kodiċi addizzjonali TARIC A977

    Isem il-kumpanija

    Belt

    Heilongjiang Longdi Co. Ltd.

    Harbin

    Jiangsu Hengli Chemical Fibre Co. Ltd,

    Wujiang

    Hyosung Chemical Fiber (Jiaxing) Co. Ltd.

    Jiaxing

    Shanghai Wenlong Chemical Fiber Co. Ltd.

    Shanghai

    Shaoxing Haifu Chemistry Fibre Co. Ltd.

    Shaoxing

    Sinopec Shanghai Petrochemical Company

    Shanghai

    Wuxi Taiji Industry Co. Ltd.

    Wuxi”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Settembru 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. DOWGIELEWICZ


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

    (2)  ĠU L 315, 1.12.2010, p. 1.


    Top