This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0644
Commission Implementing Regulation (EU) No 644/2011 of 1 July 2011 opening tendering procedure No 1/2011 EU for the sale of wine alcohol for new industrial uses
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 644/2011 tal- 1 ta’ Lulju 2011 li jiftaħ sejħa għall-offerti Nru 1/2011 UE għall-alkoħol etiliku maħsub għal użi industrijali ġodda
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 644/2011 tal- 1 ta’ Lulju 2011 li jiftaħ sejħa għall-offerti Nru 1/2011 UE għall-alkoħol etiliku maħsub għal użi industrijali ġodda
ĠU L 175, 2.7.2011, p. 3–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
2.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 175/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 644/2011
tal-1 ta’ Lulju 2011
li jiftaħ sejħa għall-offerti Nru 1/2011 UE għall-alkoħol etiliku maħsub għal użi industrijali ġodda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u partikolarment l-Artikolu 33 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 491/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (2) jipprevedi li l-Artikolu 128(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta’ April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 3/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999 (3) jibqa’ japplika minkejja li tħassar dan ir-regolament tal-aħħar. |
(2) |
L-Artikolu 128 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 jipprevedi li l-miżuri dwar il-mekkaniżmi tas-suq previsti permezz ta’ Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (4) se jkomplu japplikaw anke jekk dan tal-aħħar huwa mħassar, sakemm dawn il-miżuri ttieħdu jew twettqu qabel l-1 ta’ Awwissu 2008. Bl-istess mod, l-Artikolu 103 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, fir-rigward tal-progammi ta’ appoġġ, kummerċ ma’ pajjiżi terzi, potenzjal ta’ produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid (5), jipprevedi li r-regoli pertinenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000 tal-25 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq (6), se jkomplu jkunu applikati saħansitra jekk ir-Regolament Nru 1623/2000 tħassar, sakemm dawn ir-regoli jkunu marbuta ma’ miżuri li ttieħdu qabel l-1 ta’ Awwissu 2008. |
(3) |
Iridu jitneħħew il-ħażniet tal-alkoħol etiliku li saru qabel l-1 ta’ Awwissu 2008. B’dan il-mod, skont il-paragrafu 3(b) tal-Artikolu 128 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 u l-paragrafu 1(a) tal-Artikolu 103 tar-Regolament (KE) Nru 555/2008, l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u l-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000 għadhom japplikaw għal din il-miżura. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1623/2000 jistabbilixxi, fost oħrajn, ir-regoli ddettaljati marbuta mat-tneħħija tal-ħażniet ta’ alkoħol li jkunu saru wara d-distillazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 27, 28 u 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u li jinżammu mill-aġenzija tal-intervent. |
(5) |
Skont l-Artikolu 80 tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000, huwa xieraq li jkun hemm sejħa għall-offerti għall-alkoħol etiliku maħsub għal użi industrijali ġodda sabiex jitnaqqsu l-ħażniet ta’ alkoħol etiliku tal-Unjoni u sabiex fl-Unjoni jkun permess it-twettiq ta’ proġetti industrijali ta’ daqs iżgħar. L-alkoħol etiliku tal-Unjoni maħżun mill-Istati Membri huwa magħmul minn kwantitajiet li ġejjin mid-distillaturi msemmija fl-Artikoli 27, 28 u 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999. |
(6) |
Għandhom ikunu stabbiliti prezzijiet minimi għat-tressiq ta’ sejħiet għall-offerti, imqassma skont it-tip ta’ użu aħħari. |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Permezz ta’ dan ir-Regolament li jikkostitwixxi avviż ta’ sejħa għall-offerti skont l-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000, għandu jsir il-bejgħ ta’ alkoħol etiliku maħsub għal użi industrijali ġodda.
Is-sejħa għall-offerti għandha n-numru 01/2011 UE.
L-alkoħol huwa prodott permezz tad-distillaturi msemmija fl-Artikoli 27, 28 u 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u huwa miżmum mill-aġenziji tal-intervent ta’ Ċipru u l-Ungerija.
2. Il-volum għall-bejgħ huwa dak ta’ 61 834,8931 ettolitri ta’ alkoħol b’100 % vol. In-numru ta’ btieti, il-postijiet tal-ħażna u l-volum ta’ alkoħol ta’ 100 % vol li fih kull wieħed minnhom, jerġgħu jissemmew fl-Anness.
Artikolu 2
Il-bejgħ għandu jsir skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 79, 81, 82, 83, 84, 85, 96, 97, 98, 99, 100, 101 u 102 tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000.
Artikolu 3
1. L-offerti għandhom ikunu ppreżentati lill-aġenziji ta’ intervent ikkonċernati detenturi tal-alkoħol inkwistjoni:
|
L-aġenzija ta’ intervent tal-Ungerija:
|
|
L-aġenzija ta’ intervent ta’ Ċipru:
|
2. L-offerti għandhom jitressqu f’envelop doppju ssiġillat u fl-envelop ta’ ġewwa jkun hemm immarkat “Sottomissjoni-sejħa għall-offerti maħsub għal użi industrijali ġodda, Nru 01/2011 UE”, filwaqt li fuq l-envelop ta’ barra għandu jkun hemm l-indirizz tal-aġenzija ta’ intervent ikkonċernata.
3. L-offerti għandhom jaslu għand l-aġenzija ta’ intervent ikkonċernata sa mhux aktar tard minn 12:00 (ħin ta’ Brussell) tat-tielet Tlieta wara l-jum ta’ pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
4. Kull offerta għandha tkun akkumpanjata minn prova tal-garanzija maħruġa favur l-aġenzija ta’ intervent ikkonċernata u li tkun qed iżżomm l-alkoħol inkwistjoni, ta’ EUR 4 għal kull ettolitru ta’ alkoħol b’100 % vol.
Artikolu 4
Il-prezz minimu li minnu jistgħu jibdew l-offerti huwa dak ta’ EUR 5 għal kull ettolitru ta’ alkoħol b’100 % vol maħsuba biex ikunu użati bħala fjuwil fl-impjanti tat-tisħin u l-impjanti tas-siment u ta’ EUR 30 għal kull ettolitru ta’ alkoħol ta’100 % vol maħsuba għall-manifattura ta’ prodotti industrijali oħra l-aktar prodotti antikonġelanti u deterġenti.
Artikolu 5
Il-formalitajiet dwar it-teħid ta’ kampjuni huma definiti fl-Artikolu 98 tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000. Il-prezz tal-kampjuni huwa dak ta’ EUR 10 għal kull litru.
L-aġenzija ta’ intervent għandha tipprovdi kull informazzjoni utli dwar il-karatteristiċi tat-tipi ta’ alkoħol offruti għall-bejgħ.
Artikolu 6
Il-garanzija għall-eżekuzzjoni għandha tkun ta’ EUR 30 għal kull ettolitru ta’ alkoħol b’100 % vol.
Artikolu 7
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Dacian CIOLOŞ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1.
(2) ĠU L 154, 17.6.2009, p. 1.
(4) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1.
(5) ĠU L 170, 30.6.2008, p. 1.
(6) ĠU L 194, 31.7.2000, p. 45.
ANNESS
SEJĦA GĦALL-OFFERTI GĦALL-ALKOĦOL ETILIKU MAĦSUB GĦAL UŻI INDUSTRIJALI ĠODDA Nru 01/2011 UE
Il-post tal-ħażna, il-volum u l-karatteristiċi tal-alkoħol imqiegħed għall-bejgħ |
|||||||||||||||
Stat Membru |
Post u kuntatt |
Numru ta’ btieti/Numru tal-lottijiet |
Volum f’ettolitri ta’ alkoħol ta’ volum ta’ 100 % |
Referenza għall-Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 |
Tip ta’ alkoħol |
Saħħa alkoħolika (f’% vol) |
|||||||||
L-Ungerija |
|
|
16 826,9197 |
29 + 30 |
brut |
93-94,5 % |
|||||||||
|
16 129,0143 |
29 + 30 |
brut |
93-94,5 % |
|||||||||||
|
|
4 503,8456 |
29 + 30 |
brut |
93-94,5 % |
||||||||||
|
3 501,0925 |
29 + 30 |
brut |
93-94,5 % |
|||||||||||
|
4 607,8723 |
29 + 30 |
brut |
93-94,5 % |
|||||||||||
|
4 510,6906 |
29 + 30 |
brut |
93-94,5 % |
|||||||||||
|
4 558,2781 |
29 + 30 |
brut |
93-94,5 % |
|||||||||||
Totali |
|
54 637,7131 |
|
|
|
||||||||||
Ċipru |
Wine Products Council (Zakaki, Limassol Ċipru) |
4 |
1 765,54 |
27 |
brut |
94,23 % |
|||||||||
2 |
1 484,27 |
27 |
brut |
92,75 % |
|||||||||||
3 |
1 229,23 |
27 |
brut |
93,79 % |
|||||||||||
5 |
1 356,93 |
27 |
brut |
93,03 % |
|||||||||||
6 |
1 361,21 |
27 |
brut |
93,93 % |
|||||||||||
Totali |
|
7 197,18 |
|
|
|
||||||||||
Total komplessiv |
|
61 834,8931 |
|
|
|