Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0474

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 474/2011 tat- 3 ta’ Mejju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1425/2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw, inter alia , fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    ĠU L 131, 18.5.2011, p. 2–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/09/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/474/oj

    18.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 131/2


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 474/2011

    tat-3 ta’ Mejju 2011

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1425/2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikoli 13(3), 14(3) u 14(5) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni Ewropea wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    1.   PROĊEDURA

    1.1.   Miżuri eżistenti

    (1)

    Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1425/2006 (2) (“ir-Regolament oriġinali”), il-Kunsill impona dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”). Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw, intgħażel kampjun ta’ produtturi esportaturi u ġew imposti fuqhom rati ta’ dazju individwali li jvarja bejn 4,8 % sa 12,8 % fuq il-kumpaniji inklużi fil-kampjun, filwaqt li fuq kumpaniji oħra li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun u elenkati fl-Anness I tar-Regolament oriġinali ġiet imposta rata ta’ dazju ta’ 8,4 %. Ġiet imposta rata ta’ dazju ta’ 28,8 % (“rata ta’ dazju residwu”) fuq kumpaniji Ċiniżi li jew ma ddikjarawx rwieħhom jew inkella ma kkooperawx fl-investigazzjoni tad-dumping li kopra l-perijodu mill-1 ta’ April 2004 sal-31 ta’ Marzu 2005 (“l-investigazzjoni oriġinali”).

    (2)

    Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 189/2009 (3), li jemenda r-Regolament oriġinali, u skont l-Artikolu 2 tar-Regolament oriġinali, żdiedu tliet kumpaniji Ċiniżi mal-lista ta’ produtturi mir-RPĊ elenkati fl-Anness I.

    1.2.   It-tnedija tal-Ex-officio

    (3)

    L-evidenza prima facie disponibbli għall-Kummissjoni uriet li, wara li ġew imposti l-miżuri, kien hemm bidla fix-xejra tal-kummerċ li tinvolvi esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni li għaliha ma kienx hemm raġuni jew ġustifikazzjoni adegwata għajr l-impożizzjoni tad-dazji fis-seħħ. Din il-bidla fix-xejra tal-kummerċ dehret li ġiet mill-esportazzjoni lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat li huwa prodott mill-produtturi esportaturi Ċiniżi soġġetti għar-rata ta’ dazju residwu permezz ta’ produttur esportatur Ċiniż li qed igawdi minn rata ta’ dazju aktar baxxa, jiġifieri l-kumpanija Xiamen Xingxia Polymers Co., Ltd. (“Xiamen”) elenkata fl-Anness I tar-Regolament oriġinali.

    (4)

    Barra minn dan, l-evidenza indikat il-fatt li l-effetti rimedjali tal-miżuri anti-dumping eżistenti fuq il-prodott ikkonċernat qegħdin jiġu mxekkla f’termini ta’ prezz. Kien hemm biżżejjed evidenza prima facie li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat saret bi prezzijiet ferm inqas mill-prezz bla ħsara stabbilit fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti.

    (5)

    Finalment, il-Kummissjoni kellha biżżejjed evidenza prima facie għad-dispożizzjoni tagħha li l-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat huma l-oġġett ta’ dumping meta mqabbla mal-valur normali stabbilit qabel.

    (6)

    Wara li stabbiliet, b’konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed evidenza prima facie għat-tnedija ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni adotta r-Regolament (UE) Nru 748/2010 (4) li jiftaħ investigazzjoni rigward il-possibbiltà li ġew evitati miżuri ta’ anti-dumping (“ir-Regolament tat-tnedija”). Skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament tat-tnedija, iddereġiet ukoll lill-awtoritajiet tad-dwana biex jirreġistraw l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat dikjarati li kienu mmanifatturati minn Xiamen skont il-kodiċi addizzjonali TARIC speċifiku A981 attribwit lilhom biex ikun żgurat li, jekk ir-riżultati tal-investigazzjoni juru li kien hemm evitar, ikunu jistgħu jiġu ntaxxati dazji ta’ anti-dumping bl-ammont xieraq retroattivament mid-data tar-reġistrazzjoni ta’ tali importazzjonijiet.

    1.3.   L-investigazzjoni

    (7)

    Il-Kummissjoni uffiċjalment għarrfet lill-awtoritajiet tar-RPĊ, Xiamen, kif ukoll lill-kumpaniji li allegatament qed jesportaw il-prodotti tagħhom permezz ta’ Xiamen (“il-produtturi esportaturi oħra”) bit-tnedija tal-investigazzjoni u bagħtet il-kwestjonarji. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fl-iskadenza stipulata fir-Regolament tat-tnedija. Il-partijiet interessati ġew infurmati wkoll li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni jista’ jwassal għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u li jistgħu jsiru sejbiet fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

    (8)

    Ma waslet l-ebda tweġiba mill-produtturi esportaturi l-oħra u waslet tweġiba mhux kompluta mingħand Xiamen.

    1.4.   Il-perijodu tal-investigazzjoni

    (9)

    Il-perijodu tal-investigazzjoni (“PI”) kien il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010. Inġabret data għall-perijodu minn Jannar 2006 sa tmiem il-PI biex tkun investigata l-allegata bidla fix-xejra tal-kummerċ u l-aspetti l-oħra stipulati fl-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku.

    2.   RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

    2.1.   Il-konsiderazzjonijiet ġenerali/il-livell ta’ kooperazzjoni/il-metodoloġija

    (10)

    Xiamen bagħtet tweġiba inkompluta u parzjali għall-kwestjonarju. Is-servizzi tal-Kummisssjoni bagħtu ittra lil Xiamen, biex jidentifikaw in-nuqqasijiet tat-tweġiba għall-kwestjonarju u biex jitolbu tagħrif sħiħ u koerenti, li għalih Xiamen ma għamlet l-ebda reazzjoni. Barra minn hekk, Xiamen irrifjutat verifika proposta tad-data fuq il-post tagħha.

    (11)

    B’riżultat ta’ dan Xiamen ġiet mgħarrfa li, f’dawn iċ-ċirkostanzi, l-Kummissjoni tikkunsidra lill-kumpanija bħala li mhix tikkoopera, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, u li s-sejbiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli. Xiamen ġiet mgħarrfa wkoll li r-riżultat tal-investigazzjoni jista’ jkun anqas favorevoli milli kieku kienet ikkooperat bis-sħiħ. Xiamen ma għamlet l-ebda reazzjoni għal din l-ittra.

    (12)

    Fid-dawl ta’ dak imsemmi hawn fuq u billi ma hemm l-ebda data statistika disponibbli biex tiddetermina l-volumi tal-esportazzjoni u l-prezzijiet fuq livell ta’ kumpanija waqt il-PI, is-sejbiet dwar l-allegat evitar kellhom isiru abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri abbażi tax-evidenza mressqa mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istat Membri u t-tweġiba għall-kwestjonarju parzjali mhux verifikat, mibgħut minn Xiamen għall-kwstjonarju.

    2.2.   Il-prodott ikkonċernat

    (13)

    Il-prodott ikkonċernat huwa xkejjer u basktijiet tal-plastik, li fihom tal-anqas 20 % skont il-piż ta’ polietilene u b’kisi ta’ ħxuna li ma taqbiżx il-100 mikrometru (μm), li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li attwalment jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 3923 21 00, ex 3923 29 10 u ex 3923 29 90 (kodiċi TARIC 3923210020, 3923291020 u 3923299020).

    2.3.   Il-bidla fix-xejra tal-kummerċ

    (14)

    Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza tal-evitar twettqet billi ġie analizzat jekk kienx hemm bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn kumpaniji individwali fir-RPĊ u l-Unjoni, b’riżultat ta’ xi prassi, ta’ xi proċess jew ta’ ħidma, li għaliha ma kienx hemm raġuni adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika għajr l-impożizzjoni tad-dazju, u fejn hemm xi evidenza ta’ ħsara jew l-effetti rimedjanti tad-dazju qed jixxekklu f’termini tal-prezzijiet u/jew tal-kwantitajiet tal-prodott ikkonċernat, u fejn hemm evidenza ta’ dumping fir-rigward tal-valuri normali li kienu ġew stabbiliti qabel għall-prodott simili.

    (15)

    Minħabba li d-data tal-Eurostat ma tistax tintuża biex tiddetermina l-volumi tal-esportazzjoni u l-preżżijiet fil-livell ta’ kumpanija billi hija mogħtija biss data aggregata għall-pajjiż kollu filwaqt li tipi oħra ta’ data statistika mhix disponibbli, intużaw il-volumi tal-esportazzjoni u l-prezzijiet irrapportati minn Xiamen fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju parzjali.

    (16)

    Skont it-tagħrif li wasal mingħand Xiamen, il-bejgħ lill-Unjoni żdied b’mod sinifikanti wara l-impożizzjoni tal-miżuri f’Settembru 2006. Għal xi perijodi, l-esportazzjonijiet irduppjaw, meta mqabbla mal-perijodu tat-teħid ta’ kampjuni użat fl-investigazzjoni oriġinali u l-prezzijiet irrapportati kienu anqas mill-prezz immirat medju tal-UE stabbilit waqt l-investigazzjoni oriġinali.

    2.4.   Nuqqas ta’ raġuni adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika għajr l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping

    (17)

    Minbarra ż-żieda fil-volum ta’ bejgħ, kien innutat li skont it-tagħrif mibgħut fl-investigazzjoni oriġinali tal-eżerċizzju tat-teħid ta’ kampjuni, Xiamen iddikkjarat li ma kellhiex kumpaniji relatati u li ma kinitx tipproduċi barra mill-fabbrika prinċipali. Fit-tweġiba tagħha parzjali għall-kwestjonarju kontra l-evitar, Xiamen irrapportat li waqt il-PI hija kkuntrattat ċerti partijiet tal-produzzjoni, bħall-istampar bil-kulur jew l-ippakkjar (bagging) u li xi kultant tbigħ il-materja prima lill-kumpaniji kkuntrattati.

    (18)

    It-tweġiba parzjali għall-kwestjonarju kkonfermat li l-kumpaniji kkuntrattati msemmija minn Xiamen huma l-esportaturi l-oħra li, skont ix-evidenza prima facie, allegatament kienu qed jidderieġu l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Madankollu, it-tweġiba żvelat ukoll li dan mhuwiex każ ta’ arranġament ta’ kkuntrattar fejn l-appartenenza tal-materja prima u l-prodott lest jibqa’ fil-kumpanija skont l-ordni tal-kuntratt, iżda każ li jmur lil hinn mir-raġunijiet li ġejjin.

    (19)

    Fil-każijiet kollha ta’ bejgħ irrapportati bħala “parzjalment ipproċessati”, il-ħlas mill-klienti Ewropej kien irrapportat li ma sarx lil Xiamen imma sar fil-kontijiet bankarji taż-żewġ kumpaniji allegatament involuti fid-direzzjonar (channelling). Dan il-bejgħ jammonta għal aktar minn 20 % tal-bejgħ kollu tal-UE fl-2009. Barra minn hekk, il-lista tat-transazzjonijiet ta’ bejgħ imressqa minn Xiamen turi metodoloġiji ta’ fatturazzjoni differenti fl-istruttura alfanumerika u fit-tul. Dwar il-bejgħ irrapportat bħala “parzjalment ipproċessat” minn waħda miż-żewġ kumpaniji, li jirrappreżenta l-maġġoranza ta’ dak il-bejgħ, jidher li n-numru tal-fattura jinkludi żewġ ittri li jirreferu għall-isem tal-kumpanija li allegatament qed tagħmel id-direzzjonar. Barra minn hekk, iż-żewġ kumpaniji jinsabu madwar 1 000 km ‘l bogħod minn Xiamen, ħaġa li tixħet dubji fuq il-ġustifikazzjoni ekonomika ta’ tali arranġament.

    (20)

    Minbarra dan, ma jistax jiġi eskluż li ġie affettwat aktar bejgħ minn dak identifikat fil-lista dettaljata tat-transazzjonijiet ta’ bejgħ mibgħuta minn Xiamen minħabba l-allegat direzzjonar billi skont statistiċi tal-produzzjoni u l-kapaċità mibgħuta minn Xiamen, aktar minn 40 % tal-produzzjoni tagħha fl-2007, l-2008 u l-2009 kienu ddikkjarati bħala ikkuntrattati.

    (21)

    Ġie innutat ukoll li bejgħ irrapportat bħala “parzjalment ipproċessat” waqaf f’Ottubru 2009, jiġifieri wara li l-awtoritajiet tad-dwana f’ċerti Stati Membri rrifjutaw li japplikaw ir-rata tad-dazju anti-dumping individwali ta’ Xiamen għal ċerti importazzjonijiet apparentament prodotti mill-produtturi esportaturi l-oħra.

    (22)

    Dan, għalhekk, iwassal għall-konklużjoni li kienet seħħet bidla fix-xejra tal-kummerċ wara l-impożizzjoni tal-miżuri fuq il-prodott ikkonċernat li għaliha ma hemm l-ebda raġuni adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika għajr l-iskartar tar-rata tad-dazju residwu tal-anti-dumping fis-seħħ.

    2.4.1.   Ix-xkiel tal-effett remedjali tad-dazju anti-dumping fuq il-ħsara

    (23)

    Iż-żieda tal-importazzjonijiet iddikkjarati f’isem Xiamen kienet l-aktar f’termini ta’ kwantitajiet. Skont it-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju, Xiamen kważi rduppjat il-bejgħ tagħha lill-UE fl-2007 u l-2008, meta mqabbel mal-bejgħ irrapportat waqt il-perijodu tal-investigazzjoni oriġinali, li prinċipalment kien minħabba l-involviment tal-produtturi esportaturi l-oħra. Il-paragun tal-prezz immirat medju tal-UE stabbilit matul l-investigazzjoni oriġinali u l-prezz medju ddifferenzjat tal-esportazzjoni rrapportat waqt il-PI juri tnaqqis fil-bejgħ.

    (24)

    Il-konklużjoni għalhekk hi li l-prassi spjegata hawn fuq ixxekkel l-effetti remedjali tal-miżuri fuq il-ħsara, kemm f’termini ta’ kwantitajiet kif ukoll tal-prezzijiet.

    2.4.2.   Evidenza ta’ dumping

    (25)

    Fl-aħħarnett, skont l-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx hemm evidenza ta’ dumping b’rabta mal-valur normali stabbilit qabel.

    (26)

    Il-paragun tal-valur normali medju ddifferenzjat kif stabbilit waqt l-investigazzjoni oriġinali (fejn il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ pajjiż analogu, il-Malasja) u l-valur medju ddifferenzjat tal-prezz tal-esportazzjoni waqt il-PI attwali kif irrapportat minn Xiamen fit-tweġiba għall-kwestjonarju parzjali turi marġni ta’ dumping li jaqbeż il-marġni ta’ dumping stabbilit waqt l-investigazzjoni oriġinali għal kumpaniji li ma kinux fil-kampjun.

    3.   MIŻURI

    (27)

    Minħabba dan ta’ hawn fuq, u bl-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ġie konkluż li seħħet bidla fix-xejra tal-kummerċ, skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. Permezz tat-tieni sentenza tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, ir-rata tad-dazju residwu tal-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mir-RPĊ għandha għalhekk tiġi estiża għall-importazzjonijiet tal-istess prodott iddikjarat li huwa mmanifatturat minn Xiamen. F’termini prattiċi, il-kodiċi addizzjonali TARIC A999 għandu jkun iddikkjarat għal dawk l-importazzjonijiet mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    (28)

    Barra minn hekk, sabiex ikun possibbli monitoraġġ aktar dettaljat, minn issa ‘l quddiem, taċ-cirkolazzjoni tal-kummerċ fil-pajjiżi li ma kinux parti mill-kampjun, ser tkun attribwita kodiċi addizzjonali TARIC għal kull kumpanija li mhijiex parti mill-kampjun elenkata fl-Anness I tar-Regolament oriġinali.

    (29)

    Skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, li jipprevedu li kull miżura estiża għandha tapplika għall-importazzjonijiet li daħlu fl-Unjoni skont ir-reġistrazzjoni imposta mir-Regolament tat-tnedija, għandhom jinġabru d-dazji fuq dawk l-importazzjonijiet irreġistrati ikkunsinnati minn Xiamen.

    4.   ŻVELAR

    (30)

    Il-partijiet interessati ġew infurmati dwar il-fatti essenzali u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom il-Kunsill kellu ħsieb li jestendi d-dazju residwu tal-anti-dumping li hemm fis-seħħ, u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw u jiġu mismugħa. Ma waslu ebda kummenti li kienu jiġġustifikaw bidla fil-konklużjonijiet ta’ hawn fuq,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Id-dazju anti-dumping definittiv ta’ 28,8 % applikabbli fuq “il-kumpaniji l-oħra kollha” impost permezz tar-Regolament (KE) Nru 1425/2006 dwar l-importazzjoni ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina b’dan huwa estiż għal importazzjonijiet iddikjarati li huma mmanifatturati minn XIAMEN XINGXIA POLYMERS CO., LTD.

    2.   It-tabella fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1425/2006 b’dan hija sostitwita b’ din it-tabella:

    “Pajjiż

    Kumpanija

    Rata ta’ dazju (%)

    Kodiċi addizzjonali TARIC

    Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    Cedo (Shanghai) Limited u Cedo (Shanghai) Household Wrappings, Shanghai

    7,4

    A757

    Jinguan (Longhai) Plastics Packing Co., Ltd., Longhai

    5,1

    A758

    Sunway Kordis (Shanghai) Ltd. u Shanghai Sunway Polysell Ltd., Shanghai

    4,8

    A760

    Suzhou Guoxin Group Co., Ltd., Suzhou Guoxin Group Taicang Yihe Import & Export Co., Ltd., Taicang Dongyuan Plastic Co., Ltd. u Suzhou Guoxin Group Taicang Giant Packaging Co., Ltd., Taicang

    7,8

    A761

    Wuxi Jiayihe Packaging Co., Ltd. u Wuxi Bestpac Packaging Co., Ltd., Wuxi

    12,8

    A763

    Zhong Shan Qi Yu Plastic Products Co Ltd., Zhongshan

    5,7

    A764

    Huizhou Jun Yang Plastics Co., Ltd., Huizhou

    4,8

    A765

    Xinhui Alida Polythene Limited, Xinhui

    4,3

    A854

    Kumpaniji elenkati fl-ANNESS I

    8,4

    Ara l- ANNESS I

    Il-kumpaniji l-oħra kollha

    28,8

    A999

    It-Tajlandja

    King Pac Industrial Co., Ltd., Chonburi u Dpac Industrial Co., Ltd., Bangkok

    14,3

    A767

    Multibax Public Co., Ltd., Chonburi

    5,1

    A768

    Naraipak Co Ltd. u Narai Packaging (Thailand) Ltd., Bangkok

    10,4

    A769

    Sahachit Watana Plastic Industry Co., Ltd., Bangkok

    6,8

    A770

    Thai Plastic Bags Industries Co., Ltd., Nakornpathorn

    5,8

    A771

    Kumpaniji elenkati fl-ANNESS II

    7,9

    A772

    Il-kumpaniji l-oħra kollha

    14,3

    A999 ”

    3.   L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1425/2006 b’dan huwa sostitwit bit-test kif imniżżel fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    1.   Id-dazju estiż permezz tal-Artikolu 1 għandu jinġabar fuq importazzjonijiet irreġistrati skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 748/2010.

    2.   Id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali għandhom japplikaw.

    Artikolu 3

    L-awtoritajiet tad-dwana b’dan qed ikunu ordnati biex ma jkomplux jirreġistraw l-importazzjonijiet, kif kien stabbilit skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 748/2010.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, l-Artikolu 2 għandu japplika mill-jum tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 748/2010.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, it-3 ta’ Mejju 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    MARTONYI J.


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

    (2)  ĠU L 270, 29.9.2006, p. 4.

    (3)  ĠU L 67, 12.3.2009, p. 5.

    (4)  ĠU L 219, 20.8.2010, p. 1.


    ANNESS

    “ANNESS I

    PRODUTTURI ESPORTATURI ĊINIŻI LI KKOOPERAW U LI MHUMIEX PARTI MILL-KAMPJUN

    Kumpanija

    Belt

    Kodiċi addizzjonali TARIC

    BAO XIANG PLASTIC BAG MANUFACTURING (SHENZHEN) CO., LTD.

    Shenzhen

    B014

    BEIJING LIANBIN PLASTIC & PRINTING CO LTD.

    Beijing

    B015

    CHANGLE BEIHAI PLASTIC PRODUCTS CO., LTD.

    Zhuliu

    B016

    CHANGLE UNITE PLASTIC PRODUCTS CO., LTD.

    Changle

    B017

    CHANGLE HUALONG PLASTIC PRODUCTS CO., LTD.

    Changle

    B018

    CHANGLE SANDELI PLASTIC PRODUCTS CO., LTD.

    Changle

    B019

    CHANGLE SHENGDA RUBBER PRODUCTS CO., LTD.

    Changle

    B020

    CHANGZHOU HUAGUANG PLASTIC PRODUCTS CO., LTD.

    Wujin

    B021

    CHEONG FAT PLASTIC BAGS (CHINA) PRINTING FACTORY

    Shenzhen

    B022

    CHUN HING PLASTIC PACKAGING MANUFACTORY LTD.

    Hong Kong

    B023

    CHUN YIP PLASTICS (SHENZHEN) LIMITED

    Shenzhen

    B024

    CROWN POLYETHYLENE PRODUCTS (INT’L) LTD.

    Hong Kong

    B025

    DALIAN JINSHIDA PACKING PRODUCTS CO., LTD.

    Dalian

    B026

    DONG GUAN HARBONA PLASTIC & METALS FACTORY CO., LTD.

    Dongguan

    B027

    DONGGUAN CHERRY PLASTIC INDUSTRIAL, LTD.

    Dongguan

    B028

    DONGGUAN FIRSTWAY PLASTIC PRODUCTS CO., LTD.

    Dongguan

    B029

    DONGGUAN MARUMAN PLASTIC PACKAGING COMPANY LIMITED

    Dongguan

    B030

    DONGGUAN NAN SING PLASTICS LIMITED

    Dongguan

    B031

    DONGGUAN NOZAWA PLASTIC PRODUCTS CO., LTD.

    Dongguan

    B032

    DONGGUAN RUI LONG PLASTICS FACTORY

    Dongguan

    B033

    FOSHAN SHUNDE KANGFU PLASTIC PRODUCTS CO., LTD.

    Shunde

    B034

    FU YUEN ENTERPRISES CO.

    Hong Kong

    B035

    GOLD MINE PLASTIC INDUSTRIAL LIMITED

    Jiangmen

    B036

    GOOD-IN HOLDINGS LTD.

    Hong Kong

    B037

    HANG LUNG PLASTIC FACTORY (SHENZHEN) LTD.

    Shenzhen

    B038

    HUIYANG KANLUN POLYETHYLENE MANUFACTURE FACTORY

    Huizhou

    B039

    JIANGMEN CITY XIN HUI HENGLONG PLASTIC LTD.

    Jiangmen

    B040

    JIANGMEN TOPTYPE PLASTIC PRODUCTS CO., LTD.

    Jiangmen

    B041

    JIANGMEN XINHUI FENGZE PLASTIC COMPANY LTD.

    Jiangmen

    B042

    JIANGYIN BRAND POLYTHENE PACKAGING CO., LTD.

    Jiangyin

    B043

    JINAN BAIHE PLASTIC CO., LTD.

    Jinan

    B044

    JINAN CHANGWEI PLASTIC PRODUCTS CO., LTD.

    Jinan

    B045

    JINAN CHENGLIN PLASTIC PRODUCTS COMPANY LTD.

    Jinan

    B046

    JINAN MINFENG PLASTIC CO., LTD.

    Jinan

    B047

    JINYANG PACKING PRODUCTS (WEIFANG) CO., LTD.

    Qingzhou

    B048

    JUXIAN HUACHANG PLASTIC CO., LTD.

    Liuguanzhuang

    B049

    JUXIAN HUAYANG PLASTIC PRODUCTS CO., LTD.

    Liuguanzhuang

    B050

    KIN WAI POLY BAG PRINTING LTD.

    Hong Kong

    B051

    LAIZHOU JINYUAN PLASTICS INDUSTRY & TRADE CO., LTD.

    Laizhou

    B052

    LAIZHOU YUANXINYIE PLASTIC MACHINERY CO., LTD.

    Laizhou

    B053

    LICK SAN PLASTIC BAGS (SHENZHEN) CO., LTD.

    Shenzhen

    B054

    LINQU SHUNXING PLASTIC PRODUCTS CO., LTD.

    Linqu

    B055

    LONGKOU CITY LONGDAN PLASTIC CORPORATION LTD.

    Longkou

    B056

    NEW CARING PLASTIC MANUFACTORY LTD.

    Jiangmen

    B057

    NEW WAY POLYPAK DONGYING CO., LTD.

    Dongying

    B058

    NINGBO HUASEN PLASTHETICS CO., LTD.

    Ningbo

    B059

    NINGBO MARUMAN PACKAGING PRODUCT CO., LTD.

    Ningbo

    B060

    POLY POLYETHYLENE BAGS AND PRINTING CO.

    Hong Kong

    B061

    QINGDAO NEW LEFU PACKAGING CO., LTD.

    Qingdao

    B062

    QUANZHOU POLYWIN PACKAGING CO., LTD.

    Nanan

    B063

    RALLY PLASTICS CO., LTD. ZHONGSHAN

    Zhongshan

    B064

    RIZHAO XINAO PLASTIC PRODUCTS CO., LTD.

    Liuguanzhuang

    B065

    DONGGUAN SEA LAKE PLASTIC PRODUCTS MANUFACTURING CO., LTD.

    Dongguan

    B066

    SHANGHAI HANHUA PLASTIC PACKAGE PRODUCT CO., LTD.

    Shanghai

    B067

    SHANGHAI HUAYUE PACKAGING PRODUCTS CO., LTD.

    Shanghai

    B068

    SHANGHAI LIQIANG PLASTICS INDUSTRY CO., LTD.

    Zhangyan

    B069

    SHANGHAI MINGYE PLASTICS GOODS COMPANY LIMITED

    Shanghai

    B070

    SHANGHAI QUTIAN TECHNOLOGY INDUSTRY DEVELOPMENT CO., LTD.

    Shanghai

    B071

    SHANTOU ULTRA DRAGON PLASTICS LTD.

    Shantou

    B072

    SHAOXING YUCI PLASTICS AND BAKELITE PRODUCTS CO., LTD.

    Shangyu

    B073

    SHENG YOUNG INDUSTRIAL (ZHONGSHAN) CO., LTD.

    Zhongshan

    B074

    SUPREME DEVELOPMENT COMPANY LIMITED

    Hong Kong

    B075

    TAISHING PLASTIC PRODUCTS CO., LTD. ZHONGSHAN

    Zhongshan

    B076

    TIANJIN MINGZE PLASTIC PACKAGING CO., LTD.

    Tianjin

    B077

    UNIVERSAL PLASTIC & METAL MANUFACTURING LIMITED

    Hong Kong

    B078

    WAI YUEN INDUSTRIAL AND DEVELOPMENT LTD.

    Hong Kong

    B079

    WEIFANG DESHUN PLASTIC PRODUCTS CO., LTD.

    Changle

    B080

    WEIFANG HENGSHENG RUBBER PRODUCTS CO., LTD.

    Changle

    B081

    WEIFANG HONGYUAN PLASTIC PRODUCTS CO., LTD.

    Changle

    B082

    WEIFANG HUASHENG PLASTIC PRODUCTS CO., LTD.

    Changle

    B083

    WEIFANG KANGLE PLASTICS CO., LTD.

    Changle

    B084

    WEIFANG LIFA PLASTIC PACKING CO., LTD.

    Weifang

    B085

    WEIFANG XINLI PLASTIC PRODUCTS CO., LTD.

    Weifang

    B086

    WEIFANG YUANHUA PLASTIC PRODUCTS CO., LTD.

    Weifang

    B087

    WEIFANG YUJIE PLASTIC PRODUCTS CO., LTD.

    Weifang

    B088

    WEIHAI WEIQUAN PLASTIC AND RUBBER PRODUCTS CO., LTD.

    Weihai

    B089

    WINNER BAGS PRODUCT COMPANY (SHENZHEN) LIMITED

    Shenzhen

    B090

    WUI HING PLASTIC BAGS PRINTING (SHENZHEN) COMPANY LIMITED

    Shenzhen

    B091

    XIAMEN EGRET PLASTICS CO., LTD.

    Gaoqi

    B092

    XIAMEN GOOD PLASTIC CO., LTD.

    Xiamen

    B109

    XIAMEN RICHIN PLASTIC CO., LTD.

    Xiamen

    B093

    XIAMEN UNITED OVERSEA ENTERPRISES LTD.

    Xiamen

    B094

    XIAMEN XINGYATAI PLASTIC INDUSTRY CO., LTD.

    Xiamen

    B095

    XINTAI CHUNHUI MODIFIED PLASTIC CO., LTD.

    Xintai

    B096

    YANTAI BAGMART PACKAGING CO., LTD.

    Yantai

    B097

    YANTAI LONGQUAN PLASTIC AND RUBBER PRODUCTS CO., LTD.

    Yantai

    B098

    YAU BONG POLYBAGS PRINTING CO., LTD.

    Hong Kong

    B099

    YINKOU FUCHANG PLASTIC PRODUCTS. CO., LTD.

    Yingkou

    B100

    YONGCHANG (CHANGLE) PLASTIC INDUSTRIES CO., LTD.

    Weifang

    B101

    ZHANGJIAGANG YUANHEYI PAPER & PLASTIC COLOR PRINTING & PACKING CO., LTD.

    Zhangjiagang

    B102

    ZHONGSHAN DONGFENG HUNG WAI PLASTIC BAG MFY

    Zhongshan

    B103

    ZHONGSHAN HUANGPU TOWN LIHENG METAL & PLASTIC FACTORY

    Zhongshan

    B104

    ZHUHAI CHINTEC PACKING TECHNOLOGY ENTERPRISE CO., LTD.

    Zhuhai

    B105

    ZIBO WEIJIA PLASTIC PRODUCTS CO., LTD.

    Zibo

    B106 ”


    Top