Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0465

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 465/2011 tat- 13 ta’ Mejju 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 882/2010 fir-rigward tat-tressiq [tal-preżentazzjoni] tal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor ’il barra mill-kwota għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2010/2011

ĠU L 125, 14.5.2011, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/10/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/465/oj

14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 465/2011

tat-13 ta’ Mejju 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 882/2010 fir-rigward tat-tressiq [tal-preżentazzjoni] tal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor ’il barra mill-kwota għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2010/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [Ir-Regolament dwar l-OKSWaħdieni]) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(e) flimkien mal-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont il punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, iz-zokkor prodott matul sena ta’ kummerċjalizzazjoni li jaqbeż il-kwota msemmija fl-Artikolu 56 ta’ dak ir-Regolament jista’ jiġi esportat biss skont il-limitu kwantitattiv li għandu jiġi stabbilit.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 397/2010 tas-7 ta’ Mejju 2010 li jiffissal-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju lil hinn mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2010/2011 (3) stabbilixxa l-limitu kwantitattiv għal 650 000 tunnellata fil-każ taz-zokkor.

(3)

Il-kwantitajiet taz-zokkor koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni qabżu dak il-limitu kwantitattiv. Għaldaqstant, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 882/2010 tas-6 ta’ Ottubru 2010 li jistipula perċentwali ta’ aċċettazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-esportazzjoni li jirrifjuta applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq [il-preżentazzjoni] tal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor ’il barra mill-kwota (4) issospenda l-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni taz-zokkor barra mill-kwota għall-perjodu mill-11 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 461/2011, tat-12 ta’ Mejju 2011 li jemenda r-Regolament (EU) Nru 397/2010 li jiffissa l-limitu kwantitattiv għallesportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq [is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni] 2010/2011 (5), il-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor barra mill-kwota fir-rigward tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2010/2011 żdied bi 700 000 tunnellata.

(5)

Hekk kif jiżdied il-limitu kwantittativ għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2010/2011, il-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għandha terġa tkun possibbli sa mill-ewwel ġimgħa ta’ Lulju.

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru 882/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-paragrafu 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 882/2010, huwa mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament għandu japplika mill-4 ta’ Lulju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 115, 8.5.2010, p. 26.

(4)  ĠU L 264, 7.10.2010, p. 13.

(5)  ĠU L 124, 13.5.2011, p. 41.


Top