This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0402
Commission Implementing Regulation (EU) No 402/2011 of 20 April 2011 fixing the rates of the refunds applicable to milk and milk products exported in the form of goods not covered by Annex I to the Treaty
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 402/2011 tal- 20 ta’ April 2011 li jiffissa r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib esportati fis-sura ta’ oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 402/2011 tal- 20 ta’ April 2011 li jiffissa r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib esportati fis-sura ta’ oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat
ĠU L 105, 21.4.2011, p. 16–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/07/2011; Imħassar b' 32011R0713
21.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/16 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 402/2011
tal-20 ta’ April 2011
li jiffissa r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib esportati fis-sura ta’ oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 164(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 162(1)b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li d-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq internazzjonali għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(p) u mniżżla fil-Parti XVI tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament u l-prezzijiet fi ħdan l-Unjoni jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni ta’ esportazzjoni fejn dawn l-oġġetti huma esportati fis-suq ta’ oġġetti mniżżla fil-Parti IV tal-Anness XX ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 578/2010 tad-29 ta’ Ġunju 2010 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 fir-rigward tas-sistema tal-konċessjoni ta’ rifużjonijiet fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fl-għamla ta’ oġġetti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji sabiex jiġi ffissat l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet (2), jispeċifika l-prodotti li se jkollhom rata ta’ rifużjoni ffissata, li għandha tiġi applikata meta dawn il-prodotti huma esportati f’sura ta’ oġġetti mniżżla fil-Parti IV tal-Anness XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(3) |
Skont tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 578/2010, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi kkonċernati għandha tiġi ffissata għal perjodu tal-istess tul bħal dak tar-rifużjonijiet li huma ffissati għall-istess prodotti esportati mingħajr ma ġew ipproċessati. |
(4) |
L-Artikolu 162(2), tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li r-rifużjoni tal-esportazzjoni ta’ prodott li jinsab f’oġġett ma tistax taqbeż ir-rifużjoni applikabbli għal dak il-prodott meta esportat mingħajr aktar proċessar. |
(5) |
Għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati fis-sura ta’ oġġetti li mhumiex koperti mill-Anness I tat-Trattat, hemm il-periklu li, jekk ir-rati ta’ rifużjoni għoljin ikunu ffissati bil-quddiem, l-impenji b’rigward għal dawk ir-rifużjonijiet jistgħu jitqiegħdu fil-periklu. Għalhekk, sabiex jiġi evitat dan il-periklu, jeħtieġ li jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni, iżda mingħajr ma tiġi prekluża l-konklużjoni ta’ kuntratti fit-tul. L-iffissar ta’ rati ta’ rifużjoni speċifiċi għall-iffissar bil-quddiem ta’ rifużjonijiet b’rigward ta’ dawk il-prodotti għandu jippermetti li jiġu ssodisfati dawk iż-żewġ għanijiet. |
(6) |
L-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 578/2010 jistipula li, meta r-rata tar-rifużjoni tkun iffissata, jitqiesu, fejn xieraq, l-għajnuniet jew miżuri oħra li jkollhom effett ekwivalenti applikabbli fl-Istati Membri kollha skont ir-Regolament dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli għall-prodotti bażiċi mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 578/2010 jew għal prodotti assimilati. |
(7) |
L-Artikolu 100(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula l-ħlas ta’ għajnuna għall-ħalib xkumat prodott fl-Unjoni li hu proċessat f’kaseina jekk tali ħalib u l-kaseina prodotti minnu jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet. |
(8) |
Ir-rifużjonijiet applikabbli bħalissa kienu ffissati permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 52/2011 (3). Peress li għandhom jiġu ffissati rifużjonijiet ġodda, dak ir-Regolament għaldaqstant għandu jiġi mħassar. |
(9) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti bażiċi mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 578/2010 u fil-Parti XVI tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u esportati fis-sura ta’ oġġetti mniżżla fil-Parti IV tal-Anness XX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom jiġu ffissati kif stipulat fl-Anness ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (UE) Nru 52/2011 huwa b’dan imħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ April 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Heinz ZOUREK
Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(3) ĠU L 18, 21.1.2011, p. 27.
ANNESS
Rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mill-21 ta’ April 2011 għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-trattat (1)
(EUR/100 kg) |
||||
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Rata ta’ rifużjoni |
||
Fil-każ ta’ stipular ta’ rifużjonijiet bil-quddiem |
Oħrajn |
|||
ex 0402 10 19 |
Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx il-1,5 % (PG 2): |
|
|
|
|
— |
— |
||
|
0,00 |
0,00 |
||
ex 0402 21 19 |
Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx is-26 % (PG 3): |
0,00 |
0,00 |
|
ex 0405 10 |
Butir, li għandu piż ta’ xaħam ta’ 82 % (PG 6): |
|
|
|
|
0,00 |
0,00 |
||
|
0,00 |
0,00 |
(1) Ir-rati stipulati f’dan l-Anness ma japplikawx għall-esportazzjonijet lejn
(a) |
pajjiżi terzi: Andorra, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein, l-Istati Uniti tal-Amerka u l-oġġetti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lill-Konfederazzjoni Żvizzera. |
(b) |
it-territorji tal-Istati Membri tal-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ceuta, Melilla, il-Komuni ta' Livigno u Campione fl-Italia, Heligoland, il-Groenlandja, il-Gżejjer Faroe u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv. |
(c) |
It-territorji Ewropej li relazzjonijiet esterni tagħhom huma r-responsabbiltà tal-Istati Membri u li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà. |
(d) |
id-destinazzjoni imsemmija fl-Artikolu 33(1), l-Artikolu 41(1) u l-Artikolu 42(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 (ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1). |