Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0398

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 398/2011 tal- 20 ta’ April 2011 li jiffissa r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-bajd

    ĠU L 105, 21.4.2011, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/07/2011; Imħassar b' 32011R0710

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/398/oj

    21.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 105/6


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 398/2011

    tal-20 ta’ April 2011

    li jiffissa r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-bajd

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 164(2) u l-Artikolu 170 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fil-parti XIX tal-Anness I għar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet fl-Unjoni tista' tkun koperta minn rifużjoni għall-esportazzjoni.

    (2)

    Fid-dawl tal-qagħda attwali fis-suq tal-bajd, jeħtieġ li jiġu ffissati rifużjonijiet għall-esportazzjoni f'konformità mar-regoli u ċerta kriterji pprovduti fl-Artikoli 162, 163, 164, 167 u 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

    (3)

    L-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jvarjaw skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba fis-sitwazzjoni tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat.

    (4)

    Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw ħlief għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fl-Unjoni u li jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (2), dawk tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (3), kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' mmarkar definiti bil-punt A tal-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

    (5)

    Ir-rifużjonijiet applikabbli bħalissa kienu ffissati permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 45/2011 (4). Peress li għandhom jiġu ffissati rifużjonijiet ġodda, dak ir-Regolament għaldaqstant għandu jiġi mħassar.

    (6)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Ir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni kif provduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jingħataw għall-prodotti u l-ammonti speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjonijiet magħmula fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

    2.   Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont il-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u partikolarment għandhom jiġu ppreparati fi stabbiliment approvat u jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' mmarkar tal-identifikazzjoni stabbiliti fis-Sezzjoni I tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 853/2004, kif ukoll dawk definiti fil-punt A tal-Anness XIV għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (UE) Nru 45/2011 huwa b'dan imħassar.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ April 2011.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ April 2011.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

    (3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

    (4)  ĠU L 18, 21.1.2011, p. 14.


    ANNESS

    Ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-bajd, applikabbli sa mill-21 ta’ April 2011

    Kodiċi tal-prodott

    Destinazzjoni

    Unità tal-kejl

    Ammont tar-rifużjonijiet

    0407 00 11 9000

    A02

    EUR/100 biċċa

    0,39

    0407 00 19 9000

    A02

    EUR/100 biċċa

    0,20

    0407 00 30 9000

    E09

    EUR/100 kg

    0,00

    E10

    EUR/100 kg

    22,00

    E19

    EUR/100 kg

    0,00

    0408 11 80 9100

    A03

    EUR/100 kg

    84,72

    0408 19 81 9100

    A03

    EUR/100 kg

    42,53

    0408 19 89 9100

    A03

    EUR/100 kg

    42,53

    0408 91 80 9100

    A03

    EUR/100 kg

    53,67

    0408 99 80 9100

    A03

    EUR/100 kg

    9,00

    NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma ddefiniti skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1).

    Id-destinazzjonijiet l-oħra huma ddefiniti kif ġej:

    E09

    :

    Il-Kuwajt, il-Baħrejn, l-Oman, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Jemen, Ħong Kong, ir-Russja, it-Turkija.

    E10

    :

    Il-Korea t’Isfel, il-Ġappun, il-Malażja, it-Tajlandja, it-Tajwan, il-Filippini.

    E19

    :

    Id-destinazzjonijiet kollha, għajr l-Iżvizzera, u l-gruppi E09 , E10 .


    Top