This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0331
Commission Regulation (EU) No 331/2011 of 6 April 2011 amending Regulation (EC) No 1120/2009 as regards the use of land for the production of hemp within the framework of the implementation of the single payment scheme provided for in Council Regulation (EC) No 73/2009
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 331/2011 tas- 6 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1120/2009 fir-rigward tal-użu tal-art għall-produzzjoni tal-qanneb fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku pprovduta bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 331/2011 tas- 6 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1120/2009 fir-rigward tal-użu tal-art għall-produzzjoni tal-qanneb fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku pprovduta bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009
ĠU L 93, 7.4.2011, pp. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 26/06/2014; Imħassar b' 32014R0639
|
7.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 93/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 331/2011
tas-6 ta’ April 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1120/2009 fir-rigward tal-użu tal-art għall-produzzjoni tal-qanneb fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku pprovduta bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 39(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 39, il-paragrafu 1, tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistabbilixxi li erjas li jintużaw għall-produzzjoni tal-qanneb ikunu eliġibbli biss għal pagamenti diretti jekk il-varjetajiet użati jkun fihom kontenut ta’ tetraidrokannabinol li ma jaqbiżx 0,2 %. |
|
(2) |
L-Artikolu 124, il-paragrafu 3, tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistabbilixxi li l-Artikolu 39 ta’ dak ir-Regolament japplika għall-erjas fi ħdan l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja. |
|
(3) |
L-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa (2) jistabbilixxi li l-pagament tad-drittijiet għall-erjas tal-qanneb se jkun suġġett għall-użu ta’ żerriegħa tal-varjetajiet elenkati fil-“Katalgu Komuni ta’ Varjetajiet ta’ Speċijiet ta’ Pjanti Agrikoli”, bl-eċċezzjoni tal-varjetajiet Finola u Tiborszállási, u jipprovdi għaċ-ċertifikazzjoni tagħhom. |
|
(4) |
Il-Finlandja u l-Ungerija nnotifikaw lill-Kummissjoni b’dejta dwar il-kontenut ta’ tetraidrokannabinol tal-varjetajiet Finola, imkabbra fil-Finlandja, u Tiborszállási, mkabbra fl-Ungerija, fejn instab li matul is-snin li għaddew dan il-kontenut kien taħt il-livell ta’ 0,2 %. |
|
(5) |
Abbażi ta’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn il-varjetajiet tal-qanneb għandhom isiru eliġibbli, rispettivament, fl-Istati Membri kkonċernati. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1120/2009 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-fehma tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1120/2009 jinbidel kif ġej:
“Artikolu 10
Il-produzzjoni tal-qanneb
Għall-finijiet tal-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-pagament tad-drittijiet għall-erjas tal-qanneb għandu jiġi soġġett għall-użu ta’ żerriegħa tal-varjetajiet elenkati fil-‘Katalgu Komuni ta’ Varjetajiet ta’ Speċijiet ta’ Pjanti Agrikoli’ fil-15 ta’ Marzu tas-sena li għaliha qiegħed jingħata l-pagament u ppubblikat skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE (*1). Madankollu, erjas li jużaw il-varjetà Finola se jkunu eliġibbli biss fil-Finlandja u l-erjas li jużaw il-varjetà Tiborszállási se jkunu eliġibbli biss fl-Ungerija. Iż-żerriegħa għandha tiġi ċċertifikata skont id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE (*2).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO