Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0289

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 289/2011 tat- 23 ta' Marzu 2011 li jikkoreġi t-test Ungeriż tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku

ĠU L 78, 24.3.2011, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/289/oj

24.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 78/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 289/2011

tat-23 ta' Marzu 2011

li jikkoreġi t-test Ungeriż tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(a), (aa), (c), (d), (f), (j), (k), u (l) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

It-test Ungeriż tar-Regolament tal-Kummissjoni (EU) Nru 1272/2009 (2) fih żewġ żbalji li għandhom jissewwew b’effett mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (EU) Nru 1272/2009.

(2)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Jikkonċerna biss il-verżjoni bil-lingwa Ungeriża.)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Marzu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.


Top