This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0288
Council Implementing Regulation (EU) No 288/2011 of 23 March 2011 implementing Article 16(1) and (2) of Regulation (EU) No 204/2011 concerning restrictive measures in view of the situation in Libya
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 288/2011 tat- 23 ta’ Marzu 2011 li jimplimenta l-Artikolu 16(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 288/2011 tat- 23 ta’ Marzu 2011 li jimplimenta l-Artikolu 16(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
ĠU L 78, 24.3.2011, p. 13–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 19/01/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0044
24.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 288/2011
tat-23 ta’ Marzu 2011
li jimplimenta l-Artikolu 16(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1) u (2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-2 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja. |
(2) |
Fis-17 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni UNSCR 1973 (2011) li wessgħet il-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri restrittivi imposti mir-Riżoluzzjoni UNSCR 1970 (2011) u introduċiet miżuri restrittivi addizzjonali kontra l-Libja. |
(3) |
Il-listi ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif jidhru fl-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandhom jiġu emendati kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandhom jiġu sostitwiti mit-test li jidher fl-Annessi I u II rispettivament ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
MARTONYI J.
ANNESS I
“ANNESS II
Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(1)
1. |
QADHAFI, Aisha Muammar Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Bint Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011. |
2. |
QADHAFI, Hannibal Muammar Numru tal-passaport: B/002210. Data tat-twelid: 20.9.1975. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011. |
3. |
QADHAFI, Khamis Muammar Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011. |
4. |
QADHAFI, Muammar Mohammed Abu Minyar Data tat-twelid: 1942. Post tat-twelid: Sirte, il-Libja. Mexxej tar-Rivoluzzjoni, Kmandant Suprem tal-Forzi Armati. Responsabbiltà li ordna r-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet, abbużi tad-drittijiet tal-bniedem. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011. |
5. |
QADHAFI, Mutassim Data tat-twelid: 1976. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Konsulent tas-Sigurtà Nazzjonali. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011. |
6. |
QADHAFI, Saif al-Islam Direttur, Fondazzjoni Qadhafi. Numru tal-passaport: B014995. Data tat-twelid: 25.6.1972. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Dikjarazzjonijiet pubbliċi xewwiexa li jħeġġu l-vjolenza kontra d-dimostranti. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011. |
7. |
DORDA, Abu Zayd Umar Direttur, Organizzazzjoni tas-Sigurtà Esterna. Fidil għar-reġim. Kap tal-aġenzija tal-Intelligence Esterna. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011) |
8. |
JABIR, Ġeneral Maġġur Abu Bakr Yunis Data tat-twelid: 1952. Post tat-twelid: Jalo, il-Libja. Ministru tad-Difiża. Responsabbiltà ġenerali għall-azzjonijiet tal-forzi armati. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011) |
9. |
MATUQ, Matuq Mohammed Data tat-twelid: 1956. Post tat-twelid: Khoms. Segretarju għall-Utilitajiet. Membru anzjan tar-reġim. Involviment mal-Kumitati Rivoluzzjonarji. Fil-passat kien involut f’soppressjoni tad-dissens u l-vjolenza. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011) |
10. |
QADHAFI, Mohammed Muammar Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011) |
11. |
QADHAFI, Saadi Numru tal-passaport: 014797. Data tat-twelid: 25/05/1973. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Kmandat tal-Forzi Speċjali. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011) |
12. |
QADHAFI, Saif al-Arab Data tat-twelid: 1982. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011) |
13. |
AL-SENUSSI, Kurunell Abdullah Data tat-twelid: 1949. Post tat-twelid: is-Sudan. Direttur tal-Intelligence Militari. Involviment tal-Intelligence Militari fis-soppressjoni tad-dimostrazzjonijiet. Passat li jinkludi suspett ta’ involviment fil-massakru tal-ħabs ta’ Abu Selim. Ikkundannat in absentia għall-bumbardament ta’ titjira tal-UTA. Ħaten Muammar QADHAFI. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011) |
Entitajiet
1. |
Bank Ċentrali tal-Libja Taħt il-kontroll ta’ Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta’ finanzjament għar-reġim tiegħu. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 10.3.2011) |
2. |
Awtorità tal-Investiment Libjan Taħt il-kontroll ta’ Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta’ finanzjament għar-reġim tiegħu. magħruf ukoll bħala: Libyan Arab Foreign Investment Company (LAFICO) 1 Fateh Tower Office No. 99, 22nd Floor, Borgaida Street, Tripli, 1103 il-Libja Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 10.3.2011) |
3. |
Bank Barrani Libjan Taħt il-kontroll ta’ Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta’ finanzjament għar-reġim tiegħu. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoi tal-UE: 10.3.2011) |
4. |
Portafoll ta’ Investiment Libja Afrika Taħt il-kontroll ta’ Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta’ finanzjament għar-reġim tiegħu. Jamahiriya Street, LAP Building, PO Box 91330, Tripli, il-LibjaData tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 10.3.2011) |
5. |
Korporazzjoni taż-Żejt Nazzjonali Libjana Taħt il-kontroll ta’ Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta’ finanzjament għar-reġim tiegħu. Bashir Saadwi Street, Tripli, Tarabulus, il-LibjaData tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011” |
ANNESS II
“ANNESS III
Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-inklużjoni fil-lista |
1. |
ABDULHAFIZ, Kurunell Mas'ud |
Pożizzjoni: Kmandant tal-Forzi Armati |
it-tielet fil-kmand tal-Forzi Armati. Rwol sinifikanti fl- Intelligence Militari. |
28.2.2011 |
2. |
ABDUSSALAM, Abdussalam Mohammed |
Pożizzjoni: Kap ta' Kontra t-Terroriżmu, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna Data tat-twelid: 1952 Post tat-twelid: Tripli, il-Libja |
Membru prominenti tal-Kumitat Rivoluzzjonarju. Sieħeb qrib ta' Muammar GADDAFI. |
28.2.2011 |
3. |
ABU SHAARIYA |
Pożizzjoni: Viċi Kap, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna |
Membru prominenti tar-reġim. Ħaten Muammar GADDAFI. |
28.2.2011 |
4. |
ASHKAL, Al-Barrani |
Pożizzjoni: Viċi Direttur, Intelligence Militari |
Membru anzjan tar-reġim. |
28.2.2011 |
5. |
ASHKAL, Omar |
Pożizzjoni: Kap, Moviment tal-Kumitati Rivoluzzjonarji Post tat-twelid: Sirte, il-Libja |
Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
28.2.2011 |
6. |
AL-BAGHDADI, Dr Abdulqader Mohammed |
Pożizzjoni: Kap tal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Kumitati Rivoluzzjonarji B010574 Data tat-twelid: 01.07.1950 |
Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
28.2.2011 |
7. |
DIBRI, Abdulqader Yusef |
Pożizzjoni: Kap tas-sigurtà personali ta' Muammar GADDAFI. Data tat-twelid: 1946 Post tat-twelid: Houn, il-Libja |
Responsabbiltà għas-sigurtà tar-reġim. Storja ta' vjolenza kontra dissidenti. |
28.2.2011 |
8. |
QADHAF AL-DAM, Ahmed Mohammed |
Data tat-twelid: 1952 Post tat-twelid: L-Eġittu |
Kuġin ta' Muammar GADDAFI. Huwa mifhum li ilu mill-1995 jikkmanda battaljun elitista tal-armata responsabbli għas-sigurtà personali ta' Gaddafi u li għandu rwol ewlieni fl-Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna. Huwa kien involut fl-ippjanar ta' operazzjonijiet kontra dissidenti Libjani barra mill-pajjiż u kien direttament involut f'attivitajiet terroristiċi. |
28.2.2011 |
9. |
QADHAF AL-DAM, Sayyid Mohammed |
Data tat-twelid: 1948 Post tat-twelid: Sirte, il-Libja |
Kuġin ta' Muammar GADDAFI. Fit-tmeninijiet, Sayyid kien involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament responsabbli għal diversi mwiet fl-Ewropa. involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament Huwa mifhum ukoll li kien involut fl-akkwist ta' armi. |
28.2.2011 |
10. |
AL-BARASSI, Safia Farkash |
Data tat-twelid: 1952 Post tat-twelid: Al Bayda, il-Libja |
Mart Muammar GADDAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. |
28.2.2011 |
11. |
SALEH, Bachir |
Data tat-twelid: 1946 Post tat-twelid: Traghen |
Kap tal-Kabinett tal-Mexxej. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. |
28.2.2011 |
12. |
TOHAMI, Ġeneral, Khaled |
Data tat-twelid: 1946 Post tat-twelid: Genzur |
Direttur tal-Uffiċċju għas-Sigurtà Interna. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. |
28.2.2011 |
13. |
FARKASH, Mohammed Boucharaya |
Data tat-twelid: 1 ta' Lulju 1949 Post tat-twelid: Al-Bayda |
Direttur tal-intelligence fl-Uffiċċju għas-Sigurtà Esterna. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. |
28.2.2011 |
14. |
ZARTI, Mustafa |
imwieled fid-29 ta' Marzu 1970, ċittadin Awstrijakk (nru tal-passaport P1362998, validu mis-6 ta' Novembru 2006 sal-5 ta' Novembru 2016) |
Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim u viċi kap eżekuttiv tal-‘Libyan Investment Authority’, membru tal-bord tal-Korporazzjoni Nazzjonali taż-Żejt u viċi president tal-First Energy Bank f'Bahrain. |
10.3.2011 |
15. |
EL-KASSIM ZOUAI, Mohamed Abou |
|
Segretarju Ġenerali tal-Kungress ġenerali tal-poplu; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
16. |
AL-MAHMOUDI, Baghdadi |
|
Prim Ministru tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
17. |
HIJAZI, Mohamad Mahmoud |
|
Ministru tas-Saħħa u l-Ambjent tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
18. |
ZLITNI, Abdelhaziz |
Data tat-twelid: 1935 |
Ministru tal-Ippjanar u l-Finanzi tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
19. |
HOUEJ, Mohamad Ali |
Data tat-twelid: 1949 Post tat-twelid: Al-Azizia (viċin Tripli) |
Ministru tal-Industrija, l-Ekonomija u l-Kummerċ tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
20. |
AL-GAOUD, Abdelmajid |
|
Ministru tal-Agrikoltura u r-Riżorsi tal-Annimali u dawk Marittimi tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi. |
21.3.2011 |
21. |
AL-CHARIF, Ibrahim Zarroug |
|
Ministru tal-Affarijiet Soċjali tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
22. |
FAKHIRI, Abdelkebir Mohamad |
|
Ministru tal-Edukazzjoni, l-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
23. |
ZIDANE, Mohamad Ali |
|
Ministru tat-Trasport tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
24. |
KOUSSA, Moussa Mohamad |
|
Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
25. |
MANSOUR, Abdallah |
|
Kollaboratur mill-qrib tal-Kurunell Gaddafi, rwol ewlieni fis-servizzi tas-sigurtà u ex-direttur tar-Radju-Televiżjoni; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|||||||||||
1. |
Libyan Housing and Infrastructure Board (HIB) |
Tajora, Tripli, Libja Numru ta' leġislazzjoni: 60/2006 mil-Libyan General People's Committee Telefon: +218 21 369 1840 Fax: +218 21 369 6447 http://www.hib.org.ly |
Taħt il-kontroll ta' Mouammar Gaddafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu. |
10.3.2011 |
|||||||||||
2. |
Fonds de développement économique et social (FDES) |
|
Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Mouammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih. |
21.3.2011 |
|||||||||||
3. |
Libyan Arab African Investment Company - LAAICO |
Sit: http://www.laaico.com Soċjetà maħluqa fl-1981
|
Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Mouammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih. |
21.3.2011 |
|||||||||||
4. |
Fondation Qadhafi pour les associations caritatives et le développement |
Dettalji tal-amministrazzjoni: Hay Alandalus – Jian St. – Tripoli – PoBox: 1101 – LIBYE Telefon: +218 214778301 – Fax: (+218) 214778766; email: info@gicdf.org |
Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Mouammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih. |
21.3.2011 |
|||||||||||
5. |
Fondation Waatassimou |
Ibbażata fi Tripli |
Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Mouammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih. |
21.3.2011 |
|||||||||||
6. |
Office général de la radio et de la télévision libyenne |
Dettalji: tel: 00 218 21 444 59 26; 00 21 444 59 00; fax: 00 218 21 340 21 07 http://www.ljbc.net; email: info@ljbc.net |
Tixwix pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza bil-parteċipazzjoni f'kampanji ta' misinformazzjoni dwar il-vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
|||||||||||
7. |
Corps des gardes révolutionnaires |
|
Involuta fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
|||||||||||
8. |
National Commercial Bank |
|
In-National Commercial Bank huwa bank kummerċjali fil-Libja. Il-bank ġie stabbilit fl-1970 u hu bbażat f'AlBayda, il-Libja. Għandu lokazzjonijiet fi Tripli u AlBayda, u jopera wkoll fergħat fil-Libja. Huwa 100% proprjetà tal-gvern u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim. |
21.3.2011 |
|||||||||||
9. |
Gumhouria Bank |
|
Il-Gumhouria Bank huwa bank kummerċjali fil-Libja. Il-bank inħoloq fl-2008 permezz tal-inkorporazzjoni tal-banek Ummah u Gumhouria. Huwa 100 % proprjetà tal-gvern u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim. |
21.3.2011 |
|||||||||||
10. |
Sahara Bank |
|
Is-Sahara Bank huwa bank kummerċjali fil-Libja. Huwa 81% proprjetà tal-gvern u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim. |
21.3.2011 |
|||||||||||
11. |
Azzawia (Azawiya) Raffinar |
|
Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu. |
23.3.2011 |
|||||||||||
12. |
Ras Lanuf Oil and Gas Processing Company (RASCO) |
|
Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu. |
23.3.2011 |
|||||||||||
13. |
Brega |
|
Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu. |
23.3.2011 |
|||||||||||
14. |
Sirte Oil Company |
|
Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu. |
23.3.2011 |
|||||||||||
15. |
Waha Oil Company |
|
Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu. |
23.3.2011” |