Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0248

Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 248/2011 tad- 9 ta’ Marzu 2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

ĠU L 67, 15.3.2011, p. 1–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/04/2017: This act has been changed. Current consolidated version: 24/12/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/248/oj

15.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/1


REGOLAMENT IMPLIMENTATTIV TAL-KUNSILL (UE) Nru 248/2011

tad-9 ta’ Marzu 2011

li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (‘ir-Regolament bażiku’) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea (‘il-Kummissjoni’) wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   MIŻURI PROVVIŻORJI

(1)

Il-Kummissjoni, bir-Regulation (UE) Nru 812/2010 (2) (‘ir-Regolament provviżorju’), imponiet dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (‘RPĊ’).

(2)

Il-proċediment tnieda minħabba lment imressaq fit-3 ta’ Novembru 2009 (‘l-ilment’) mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Produtturi tal-Fibra tal-Ħġieġ (APFE, li issa jisimha ‘GlassFibreEurope’) (‘l-ilmentatriċi’) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw il-proporzjon ewlieni, f’dan il-każ ta’ aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu.

(3)

Huwa mfakkar li, kif stabbilit fil-premessa 14 tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2008 sat-30 ta’ Settembru 2009 (‘il-perjodu tal-investigazzjoni’ jew il-‘PI’). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-evalwazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sa tmiem il-PI (il-‘perjodu kkunsidrat’).

B.   PROĊEDURA SUSSEGWENTI

(4)

Sussegwenti għall-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom kien deċiż li jkunu imposti l-miżuri provviżorji (‘żvelar provviżorju’), diversi partijiet interessati għamlu sottomissjonijiet bil-miktub fejn spjegaw il-fehmiet tagħhom dwar ir-riżultati provviżorji. Il-partijiet li għamlu dan ingħataw l-opportunità li jinstemgħu.

(5)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex informazzjoni li qieset meħtieġa għar-riżultati definittivi tagħha. Minbarra l-verifiki msemmija fil-premessa 11 tar-Regolament provviżorju, ġiet imwettqa verifika ulterjuri fil-bini ta’ Saertex f’Saerbeck, il-Ġermanja, wieħed mill-utenti tal-fibri tal-ħġieġ li kienu kkoperaw billi rrispondew kwestjonarju tal-utenti.

(6)

Il-partijiet kollha kienu infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom kien maħsub li tkun irrakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mir-RPĊ u l-ġbir definittiv tal-ammonti miksuba permezz tad-dazju provviżorju, kif rivedut skont dan ir-Regolament (‘żvelar finali’). Huma ngħataw ukoll perjodu ta’ żmien li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar.

(7)

Il-kummenti orali u bil-miktub sottomessi mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u ġew meqjusa fejn xieraq.

1.   Ambitu tal-investigazzjoni: importazzjonijiet li joriġinaw mill-Malasja, it-Tajwan u t-Turkija

(8)

Produttur esportatur wieħed iddikjara li l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mil-Malasja, it-Tajwan u t-Turkija għandhom jiġu inklużi fl-ambitu tal-investigazzjoni attwali. Huwa argumenta li l-esklużjoni ta’ dawn il-pajjiżi kienet diskriminatorja peress li, skont dawn ir-riżultati provviżorji, il-volum tal-importazzjonijiet minn dawn it-tliet pajjiżi ma jkunx negliġibbli u jkun hemm evidenza prima facie ta’ twaqqigħ tal-prezz.

(9)

F’dan ir-rigward, għandu qabel kollox jiġi osservat li fl-istadju inizjali, ma kien hemm ebda evidenza prima facie ta’ dumping, dannu u rabta kawżali, kif meħtieġ skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku, li jiġġustifika l-bidu ta’ proċediment ta’ antidumping fuq importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi. Għall-kuntrarju, f’dak li jirrigwarda l-volumi tal-importazzjoni, l-ilmentaturi ressqu informazzjoni li l-importazzjonijiet u l-ishma tas-suq minn pajjiżi oħra kienu naqsu mill-2004.

(10)

F’dak li jirrigwarda l-Malasja, it-Tajwan u t-Turkija, l-analiżi fl-istadju provviżorju kkonfermat li l-importazzjonijiet mit-Tajwan u mit-Turkija naqsu matul il-perjodu kkunsidrat (minn 2,0 % għal 1,5 % u minn 2,9 % għal 2,5 % rispettivament) filwaqt li l-importazzjonijiet mill-Malasja żdiedu bi ftit, minn 1,0 % għal 1,7 %. Għalkemm dawn il-livelli ta’ importazzjonijiet huma ogħla mil-livelli ta’ importazzjoni de minimis meħtieġa skont l-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku, kriterji oħra għall-inklużjoni ta’ dawn il-pajjiżi fl-investigazzjoni ma ġewx sodisfatti. B’mod partikolari, ma waslet ebda informazzjoni li tindika dumping minn xi wieħed minn dawn il-pajjiżi. It-talba għall-inklużjoni tal-Malasja, it-Tajwan u t-Turkija hija għalhekk miċħuda.

C.   PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Prodott ikkonċernat

(11)

Jiġi mfakkar li, kif stabbilit fil-premessa 15 tar-Regolament provviżorju, il-prodott ikkonċernat kif deskritt fl-Avviż tat-tnedija huwa swiegel tal-fibra tal-ħġieġ mqattgħa, ta’ tul ta’ mhux iktar minn 50 mm; fibri mibruma tal-ħġieġ; filaturi u ħjut ta’ filamenti tal-fibra tal-ħġieġ; u twapet magħmula minn filamenti tal-fibra tal-ħġieġ minbarra twapet tas-suf tal-ħġieġ u li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7019 11 00, 7019 12 00, 7019 19 10 u ex 7019 31 00 (‘il-prodott ikkonċernat’).

(12)

Barra minn hekk, kif stabbilit fil-premessa 19 tar-Regolament provviżorju, ġie deċiż li l-ħjut jiġu trattati provviżorjament li jiffurmaw parti mill-prodott ikkonċernat għalkemm dan kien suġġett għal investigazzjoni ulterjuri u kunsiderazzjoni fl-istadju definittiv.

1.1.   Ħjut

(13)

Wara l-iżvelar tal-miżuri provviżorji, it-talba għall-esklużjoni tal-ħjut ġiet investigata iktar. F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li wasal għadd kbir ta’ sottomissjonijiet li saħqu li l-ħjut għandhom jiġu esklużi qabel l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji (ara l-premessi 18 u 19 tar-Regolament provviżorju). Barra minn hekk, wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, wasal ammont sostanzjali ta’ informazzjoni addizzjonali u iktar dettaljata mill-partijiet interessati. Dawn il-kummenti kollha ġew analizzati fid-dettall kif spjegat hawn taħt.

(14)

Diversi partijiet interessati sostnew li l-ħjut għandhom jkunu distinti mit-tliet tipi l-oħra ta’ prodotti bażiċi msemmija fil-premessa 17 tar-Regolament provviżorju, billi: (i) il-ħjut ikollhom karatteristiċi fiżiċi u kimiċi differenti, (ii) il-proċess tal-produzzjoni tal-ħjut u tat-tliet tipi l-oħra ta’ prodotti bażiċi jkun differenti, u (iii) il-ħjut jintużaw għal skopijiet differenti.

(15)

F’dak li jirrigwarda l-argumenti (i) u (ii), ġiet sottomessa evidenza li indikat il-karatteristiċi distintivi tal-ħjut mibruma, swiegel imqattgħa u twapet fuq naħa waħda, u tal-ħjut fuq in-naħa l-oħra. Iktar speċifikament, l-informazzjoni indikat li t-twapet u s-swiegel imqattgħa tipikament ikunu magħmula minn ħjut mibruma (rovings) u mhux mill-ħajt. Wara l-iżvelar finali, l-industrija tal-Unjoni kkontestat din is-separazzjoni u saħqet li xi swiegel imqattgħa ta’ speċjalità fil-fatt ikunu magħmula mill-ħjut. Madankollu, l-eżistenza ta’ xi swiegel imqattgħa ta’ speċjalità magħmula mill-ħjut ma timplikax li l-ħjut għandhom jitqiesu li jaqgħu fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat (ara wkoll il-premessa 20 hawn taħt).

(16)

Fir-rigward tal-ewwel talba dwar id-differenzi fil-karatteristiċi kimiċi u fiżiċi bażiċi, studju ta’ istitut ewlieni tar-riċerka ġie sottomess minn parti interessata. Dan l-istudju qabbel, fost l-oħrajn, il-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi tal-ħjut mibruma u l-ħjut. Wara l-iżvelar finali, kien hemm xi riservi dwar is-sejbiet ta’ dan it-tqabbil li min-naħa tagħhom ipprovokaw xi kummenti importanti minn ċerti utenti tal-ħjut. Minn din l-informazzjoni jista’ jiġi konkluż li komponent kimiku essenzjali tar-rovings, twapet u swiegel imqattgħa huwa s-‘silane’, aġent ta’ akkoppjament kimiku li jiffaċilita l-assorbiment tar-reżina għall-matriċi. Il-ħjut normalment ma jsirux b’dan l-aġent kimiku, iżda b’sustanza kimika bbażata fuq iż-żejt tal-lamtu (‘size’) li tiżdied bħala lubrikant u aġent protettiv sabiex il-ħjut ikunu jistgħu jifilħu għall-ħruxija tal-insiġ b’veloċità għolja. B’kuntrast mal-ħjut mibruma, fejn l-aġent tal-akkoppjament jgħin biex jassorbi reżina, ‘size’ jirripella r-reżina. Fir-rigward tal-karatteristiċi kimiċi bażiċi, ġie stabbilit ukoll li l-materja prima tal-ħġieġ għall-ħjut għandha kompożizzjoni aktar stabbli u uniformità akbar fid-daqs tal-partikoli milli l-materja prima għat-tipi ta’ prodotti l-oħra.

(17)

Mill-perspettiva tal-karatteristiċi fiżiċi, il-ħjut jidhru li ma għandhomx l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi bħat-tipi l-oħra tal-prodotti. L-ewwel nett, huwa rikonoxxut normalment li l-ħjut huma ġeneralment magħmula minn materjal iktar fin b’fibra ta’ dijametru iktar baxx u b’densità lineari iktar baxxa mill-ħjut mibruma. It-tieni, il-ħjut huma l-uniku tip ta’ prodott li jiġi milwi (għalkemm jeżistu wkoll ħjut li mhumiex milwija).

(18)

Fir-rigward tat-tieni talba dwar id-differenzi fil-proċess tal-produzzjoni, għalkemm il-partijiet kollha jirrikonoxxu li l-erba’ tipi ta’ prodotti bażiċi huma manifatturati minn ħġieġ imdewweb li jkun fih ramel tas-silika, irmied tas-soda, ġebla tal-franka, kaolina u dolomit, li jinġibed permezz ta’ pjanċi tal-platinu u r-rodju b’ħafna toqob u reżistenti għas-sħana (‘bushings’), hemm ċerti differenzi importanti fil-proċess tal-produzzjoni tal-ħjut meta mqabbel ma’ prodotti oħra investigati. L-ewwel nett, għall-produzzjoni tal-ħjut, huma meħtieġa preċiżjoni ogħla u kontroll ta’ temperatura stabbli, kif ukoll input ta’ enerġija, bl-applikazzjoni ta’ parametri ta’ kontroll iktar stretti (output ta’ bushing, eċċ). Billi t-toqob fil-bushings huma iżgħar, l-output tal-produzzjoni huwa sostanzjalment inqas meta mqabbel mal-prodotti l-oħra. Għalhekk, normalment jintużaw il-fran għall-produzzjoni kemm tal-ħjut kif ukoll tal-ħjut mibrum – tabilħaqq, għal raġunijiet ekonomiċi, il-produtturi tal-fibri tal-ħġieġ ma jalternawx fil-produzzjoni ta’ dawn iż-żewġ prodotti fl-istess forn. Differenza oħra fil-proċess tal-produzzjoni hija li, wara l-proċess tal-bushing, il-ħjut jiġu milwija.

(19)

Fir-rigward tal-argument (iii) rigward id-differenzi fl-applikazzjonijiet, irriżulta li l-karatteristiċi kimiċi differenti tal-ħjut meta mqabbla mal-ħjut mibrum, is-swiegel imqattgħa u t-twapet huma marbuta mal-użi differenti tal-ħjut. Għalkemm kien ġie konkluż provviżorjament li “kważi t-tipi differenti kollha tal-prodott ikkonċernat (…) bażikament jintużaw għall-istess għanijiet”, abbażi tal-kummenti li waslu wara l-iżvelar provviżorju, din il-kwistjoni ġiet investigata aktar u ġie stabbilit li, filwaqt li l-ħjut mibrum, is-swiegel imqattgħa u t-twapet intużaw biex isaħħu l-plastiks fil-komposti, il-ħjut primarjament ġew użati fil-produzzjoni ta’ materjali ta’ inġinerija ħafna eħfef għal applikazzjonijiet tad-drapp tekniċi bħal iżolament ta’ prestazzjoni għolja, protezzjoni u applikazzjonijiet ta’ filtrazzjoni. F’xi każijiet, il-ħjut jistgħu jkunu adattati wkoll għal finijiet ta’ rinfurzar, iżda dan jiġri biss f’numru limitat ħafna ta’ każijiet u anke meta dan ikun il-każ, minħabba l-prezz relattivament għoli ħafna tal-ħjut meta mqabbla mal-ħjut mibruma, ħafna drabi ma jsirx minħabba raġunijiet ekonomiċi.

(20)

Fid-dawl tad-differenzi ta’ hawn fuq, mhuwiex sorprendenti li s-suq iqis il-ħjut bħala differenti mit-tliet prodotti l-oħra. Tabilħaqq, ġie ppubblikat rapport tas-suq f’ġurnal indipendenti speċjalizzat fil-prodotti komposti li tressaq minn kemm l-utenti kif ukoll l-industrija tal-Unjoni. Dan ir-rapport, li b’ebda mod ma kien marbut ma’ dan il-proċediment antidumping, l-ewwel spjega li, għal raġunijiet ta’ produzzjoni u użi, għandha ssir distinzjoni bejn il-ħjut u l-ħjut mibruma. Imbagħad analizza fid-dettall il-kapaċità globali għall-produzzjoni tal-fibra tal-ħġieġ għaż-żewġ gruppi: (i) ħjut mibruma, swiegel imqattgħa u twapet flimkien; u (ii) ħjut (3).

(21)

Fir-rigward tas-sostituzzjoni potenzjali tal-ħjut ma’ tipi oħra ta’ prodotti bażiċi, għandu jiġi osservat li, kif diġà ntqal fil-premessa 19 tar-Regolament provviżorju, dan teoretikament ikun possibbli peress li l-ħjut jistgħu jintużaw f’għadd limitat ta’ applikazzjonijiet minflok tipi oħra. Madankollu, wara analiżi ulterjuri, il-Kummissjoni kkonstatat li fil-prattika din ma tkunx alternattiva ekonomikament vijabbli minħabba d-differenza sostanzjali fil-prezz tal-ħjut ta’ manifattura meta mqabbel ma’ dak ta’ prodotti oħra, li tista’ tiġi spjegata mid-differenzi tal-proċess tal-produzzjoni msemmi fil-premessa 18 ta’ hawn fuq.

(22)

Fl-ilment li fuq il-bażi tiegħu nbdiet din l-investigazzjoni, ġie msemmi espliċitament li l-prodott ikkonċernat għandu funzjoni unika waħda u għaldaqstant għan jew użu wieħed, jiġifieri r-rinfurzar tal-plastiks fil-komposti. Madankollu, l-analiżi ta’ hawn fuq stabbiliet li d-differenzi fil-proċeduri tal-produzzjoni tal-ħjut meta mqabbla mal-ħjut mibrum (u s-swiegel imqattgħa u t-twapet) irriżultaw f’karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi fundamentalment differenti, fid-dawl ta’ applikazzjonijiet differenti tal-ħjut inkluż diversi użi oħra apparti l-materjal kompost. Il-kummenti li waslu f’dan ir-rigward wara l-iżvelar finali ma waslux biex tinbidel din il-konklużjoni.

(23)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, it-talba li jiġu esklużi l-ħjut fuq il-bażi ta’ karatteristiċi fiżiċi u kimiċi differenti u użi differenti meta mqabbla mal-ħjut mibrum, is-swiegel imqattgħa u t-twapet, hija hawnhekk aċċettata. Huwa għalhekk konkluż li ħjut għandhom jiġu esklużi mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat kif definit fir-Regolament provviżorju. Il-ħjut għalhekk huma esklużi definittivament mill-proċedura.

(24)

Għandu jiġi osservat ukoll li talba dwar l-esklużjoni ta’ ħjut irqaq ġiet sottomessa minn parti interessata, imma dan ma għandux rilevanza aktar minħabba l-esklużjoni tal-ħjut kollha mill-ambitu tal-prodott.

1.2.   Ħjut mibruma tessurizzati

(25)

Parti interessata waħda talbet li l-ħjut mibruma tessurizzati jiġu esklużi. Din it-talba kienet ibbażata fuq l-argument li l-ħjut mibruma tessurizzati għandhom jiġu trattati skont l-istess prinċipju bħal ħjut mibruma imdakkra, għax il-prodott ma għadux ħjut mibruma iżda sar prodott aktar downstream.

(26)

F’dan ir-rigward huwa importanti li r-raġuni għall-esklużjoni ta’ ċerti ħjut mibruma mdakkra tiġi ripetuta. Tabilħaqq, ċerti ħjut mibruma u ħjut ġew esklużi peress li dawn it-tipi ġew trattati b’mod speċjali billi ġew miksija u mdakkra u dawn kellhom telf ta’ tkebbis ta’ iktar minn 3 %, li tahom karatteristiċi fiżiċi u kimiċi differenti.

(27)

F’dak li jirrigwarda l-ħjut mibruma tessurizzati, huwa mifhum li dawn huma ħjut mibruma li mhumiex miksija jew imdakkra u li għandhom telf fil-valur tat-tkebbis ta’ bejn 0,3 % u 0,13 %. Għalhekk, dawn huma prodotti differenti b’mod ċar meta mqabbla mal-ħjut mibruma mdakkra li ġew esklużi fl-istadju provviżorju. Fit-tieni lok, irriżulta li, bħall-ħjut mibruma, is-swiegel imqattgħa u t-twapet l-oħra, il-ħjut mibruma tessurizzati primarjament jintużaw għar-rinfurzar tal-plastiks fil-komposti. Għalhekk, huma koperti b’mod ċar mid-definizzjoni tal-ambitu tal-prodott, kemm fl-ilment kif ukoll fl-avviż li jibda din il-proċedura, u ma jidher li teżistu ebda raġuni li tiġġustifika l-esklużjoni tagħhom.

(28)

Għalhekk, huwa konkluż li l-ħjut mibruma tessurizzati jaqgħu b’mod ċar u mingħajr dubju fl-ambitu tal-prodott ta’ dann il-proċediment u t-talba biex jiġu esklużi minn dak l-ambitu ma għandhiex bażi fattwali suffiċjenti u għandha tiġi miċħuda.

1.3.   Konklużjoni

(29)

F’dak li jirrigwarda l-ambitu tal-prodott, ma ġew sottomessi ebda talbiet ulterjuri.

(30)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie meqjus xieraq li tiġi riveduta d-definizzjoni tal-ambitu tal-prodott kif stabbilita fir-Regolament provviżorju. Għalhekk, il-prodott ikkonċernat huwa definit definittivament bħala swiegel tal-fibra tal-ħġieġ imqattgħa, ta’ tul ta’ mhux aktar minn 50 mm; fibri mibruma tal-ħġieġ, minbarra fibri mibruma tal-ħġieġ li huma mdakkra u miksija u li għandhom telf ta’ tkebbis ta’ iktar minn 3 % (kif stabbilit mill-Istandard ISO 1887); u twapet magħmula minn filamenti tal-fibra tal-ħġieġ minbarra twapet tas-suf tal-ħġieġ.

2.   Prodott simili

(31)

Fin-nuqqas ta’ kwlaunkwe talba jew kumment relatat u b’kunsiderazzjoni tar-riżultati stabbiliti fil-premessi 13 sa 23 ta’ hawn fuq, il-konklużjonijiet fil-premessa 20 tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk ikkonfermati.

D.   DUMPING

1.   Trattament tal-ekonomija tas-suq (‘MET’)

(32)

Wara l-pubblikazzjoni tal-miżuri provviżorji, produttur/grupp esportatur wieħed li ma ngħatax l-MET reġa’ wera n-nuqqas ta’ qbil tiegħu ma’ din iċ-ċaħda tal-MET. Madankollu, il-produttur/grupp esportatur ikkonċernat sempliċement irrepeta d-dikjarazzjonijiet li għamel qabel fil-proċediment mingħajr ma ta argumenti ġodda. Ta’ min ifakkar li, kif spjegat fir-Regolament provviżorji, dawk l-argumenti diġà kienu indirizzati fid-dettall fil-komunikazzjoni individwali mal-produttur/grupp esportatur ikkonċernat.

(33)

Barra minn hekk, wara l-iżvelar finali, il-produttur/grupp esportatur ikkonċernat allega li l-Kummissjoni ma tatx kas ta’ evidenza ġdida li kien ressaq. Ta’ min jinnota li f’dan ir-rigward l-evidenza msemmija kienet biss sottomissjoni ta’ xi dokumenti ta’ appoġġ għall-argument li diġà kien tqajjem u ngħata risposta rigward il-kompożizzjoni tal-bord tad-diretturi tal-kumpanija. Għalhekk, ma tressqet ebda evidenza li tpoġġi dubju fuq id-deċiżjoni li ma tingħatax MET lill-produttur/grupp esportatur ikkonċernat.

(34)

Konsegwentement, ir-riżultati provviżorji fir-rigward tat-talba għal MET ta’ dak il-produttur/grupp esportatur huma kkonfermati definittivament.

(35)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-kontenut tal-premessi 21 sa 29 tar-Regolament provviżorju li jirrigwarda r-riżultati tal-MET huwa hawnhekk ikkonfermat definittivament.

2.   Trattament individwali (‘TI’)

(36)

Minbarra l-iżvelar provviżorju, l-istess produttur/grupp esportatur li kkummenta dwar id-deċiżjoni rigward il-MET tiegħu ma qabilx maċ-ċaħda tat-talba tiegħu għal TI. Huwa allega li l-Kummissjoni ma pprovdietx motivazzjoni suffiċjenti għaċ-ċaħda tat-talba tiegħu għal TI.

(37)

F’dan ir-rigward, ġie mtenni li kif ġie ddikjarat fil-premessa 26 tar-Regolament provviżorju, fil-parti tal-analiżi tal-MET, il-maġġoranza tad-diretturi fil-Bord tad-Diretturi ta’ din il-kumpanija ġew maħtura minn kumpanja li l-parti l-kbira tagħha tinsab f’idejn l-Istat. Konsegwentement, ma tistax tkun eskluża interferenza sinifikanti tal-Istat fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ dan il-produttur esportatur.

(38)

Konsegwentement, kien ikkonfermat għal dan il-produttur esportatur li, peress li ma weriex li kien suffiċjentement indipendenti mill-Istat, huwa ma ssodisfax il-kriterji tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku u li għalhekk it-talba tiegħu għal TI għandha tiġi miċħuda.

(39)

Wara l-iżvelar finali, il-produttur esportatur ta’ hawn fuq u l-produtturi esportaturi l-oħra li ma ngħatawx TI argumentaw li d-deċiżjoni li ma jingħatawx TI ma kinitx konformi mar-Rapport tal-Bord tad-WTO fit-tilwima DS 397 dwar il-Miżuri Definittivi Antidumping fuq Ċerti Qafliet tal-Ħadid jew l-Azzar mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li r-Rapport tal-Bord imsemmi fuq għadu mhux finalizzat billi għadu ma ġiex adottat mill-Bord tar-Riżoluzzjoni tat-Tilwim. Barra minn hekk, il-perjodu ta’ żmien għall-appell kontra dak ir-Rapport tal-Bord għadu ma għaddiex. Din it-talba għalhekk ġiet miċħuda.

(40)

Konsegwentement, u fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar it-TI, il-kontenut tal-premessi 30 sa 33 tar-Regolament provviżorju huwa b’dan ikkonfermat definittivament u huwa konkluż definittivament li ma għandux jingħata IT lil ebda wieħed mill-gruppi/produtturi esportaturi li ma ngħatawx MET.

3.   Valur normali

3.1.   Determinazzjoni tal-valur normali għall-produttur/grupp esportatur li ngħata MET

(41)

Wara l-iżvelar provviżorju, il-produttur/grupp esportatur li ngħata l-MET issottometta li għat-tipi ta’ prodotti li ma nbigħux fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku (jew ma nbiegħu mkien), il-valur normali tal-prodott simili għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-valur normali kostrutt u mhux bħal ma għamlet il-Kummissjoni fl-istadju provviżorju – jiġifieri billi użat prezzijiet domestiċi li jirrappreżentaw il-valur normali ta’ tipi li jixxiebħu (aġġustati kif jixraq).

(42)

It-talba ġiet aċċettata u konsegwentement il-valur normali għat-tipi mhux rappreżentattivi (jiġifieri dawk li l-bejgħ domestiku tagħhom kien inqas minn 5 % tal-bejgħ f’esportazzjonijiet lill-Unjoni jew li ma nbiegħu xejn fis-suq domestiku) ġie kkalkulat abbażi ta’ kemm tiswa l-manifattura għal kull tip ta’ prodott flimkien ma’ ammont għall-ispejjeż tal-bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi u għall-profitti. Fil-każ ta’ bejgħ domestiku eżistenti, intuża l-profitt tat-tranżazzjonijiet kollha fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott għat-tipi ta’ prodotti kkonċernati (billi t-tranżazzjonijiet kollha ta’ bejgħ domestiku ta’ dawn it-tipi ta’ prodotti nstabu li għamlu profitt, huwa ċar li kien hemm konformità mat-test tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku). Fil-każ ta’ ebda bejgħ domestiku, intuża profitt medju. Għal tip ta’ prodott wieħed, li għalih ma ġiet ipprovduta l-ebda spiża tal-manifattura, ġie użat valur normali kostruwit ta’ tip li jixbħu.

(43)

Għat-tipi ta’ prodotti li jifdal, sussegwentement ġie eżaminat jekk kull tip ta’ prodott ikkonċernat mibjugħ domestikament fi kwantitajiet rappreżentattivi jistax jitqies bħala li qed jinbiegħ waqt l-operazzjonijiet ordinarji tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku u kif deskritt fil-premessi 37 sa 40 tar-Regolament provviżorju.

(44)

L-investigazzjoni ulterjuri stabbiliet li l-bejgħ bi profitt ta’ ftit tipi biss ta’ prodotti komparabbli kienu aktar minn 80 % tal-bejgħ domestiku totali u, b’hekk, kull bejgħ domestiku jista’ jintuża fil-kalkolu tal-prezz medju għal valur normali għal dawn it-tipi ta’ prodotti. Għat-tipi li jifdal ġie użat biss il-bejgħ bi profitt.

(45)

Wara l-iżvelar finali, il-produttur/grupp esportatur li ngħata MET argumenta li l-metodoloġija użata għall-kostruzzjoni tal-valur normali tat-tipi ta’ prodotti li mhux rappreżentattivi kif deskritt fil-premessa 42 hawn fuq, jiġifieri l-użu tal-profitt tat-tranżazzjonijiet bi profitt tat-tipi ta’ prodotti kkonċernati jmur kontra t-tifsir tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku. Huwa argumenta wkoll li kienet prassi standard li jintuża profitt medju tat-tranżazzjonijiet kollha bi profitt tat-tipi ta’ prodotti kollha fil-kostruzzjoni tal-valur normali għal tip partikolari ta’ prodott u li kull bidla lil dik il-prassi kienet tikser il-prinċipju taċ-ċertezza legali.

(46)

Ta’ min jinnota li l-metodoloġija deskritta fil-premessa 42 hija konformi mal-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku li jgħid li l-ammonti għall-profitti għandhom ikunu bbażati fuq id-dejta reali li tirrigwarda l-bejgħ, fl-andament normali tal-kummerċ, tal-prodott simili mill-esportatur jew il-produttur. L-użu tal-kelmiet “tal-prodott simili” ma jeskludix id-diviżjoni tal-prodott investigat f’tipi ta’ prodotti fejn ikun il-każ. Barra minn hekk, il-każistika applikabbli tad-WTO (4), tipprovdi li l-marġni effettiv tal-profitt stabbilit għat-tranżazzjonijiet fl-andament normali tal-kummerċ tat-tipi relevanti ta’ prodotti li għalihom għandu jinħoloq valur normali, ma jistax jiġi injorat. Innotat ukoll li l-produttur/grupp esportatur ma wriex li t-tranżazzjonijiet tat-tipi ta’ prodott li għalihom kellu jinħoloq valur normali għandhom jitqiesu li ma sarux fl-andament ordinarju tal-kummerċ. Fl-aħħar nett, ta’ min jinnota li l-metodoloġija deskritta hawn fuq hija ġusta. Tabilħaqq, fil-każijiet fejn il-marġni tal-profitt tal-bejgħ fl-andament normali tal-kummerċ tat-tip ta’ prodott ikkonċernat ikun inqas mill-profitt medju ddifferenzjat tal-bejgħ tat-tipi kollha ta’ prodotti fl-andament ordinarju tal-kummerċ, jintuża l-marġni tal-profitt il-baxx tat-tip ta’ prodott ikkonċernat għall-ħolqien tal-valur normali. It-talba għalhekk ġiet miċħuda.

3.2.   Determinazzjoni tal-valur normali għall-produtturi/gruppi esportaturi li ma ngħatawx l-MET

(a)   Pajjiż analogu

(47)

Wara l-iżvelar provviżorju, parti interessata waħda kkummentat li t-Turkija ma għandhiex tintuża bħala pajjiż analogu u ssuġġeriet li tintuża l-Malasja f’dan ir-rigward. Dan il-kumment ma ġiex issostanzjat iktar u konsegwentement ma ġiex ikkunsidrat.

(48)

Jiġi osservat li wara l-esklużjoni tal-ħjut mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni (ara hawn fuq) il-fatt li ħjut mhumiex prodotti fit-Turkija ma għadu joħloq ebda ostakolu għall-għażla tat-Turkija bħala pajjiż analogu peress li ma għandu jkun hemm ebda ħtieġa għall-kostruzzjoni ta’ valur normali ta’ kwalunkwe mit-tipi ta’ prodotti investigati (ara wkoll il-premessi 50 u 51 ta’ hawn taħt).

(49)

B’kunsiderazzjoni ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa definittivament konkluż li t-Turkija għandha tintuża bħala pajjiż analogu f’din il-proċedura.

(b)   Determinazzjoni tal-valur normali

(50)

Wara l-iżvelar provviżorju parti waħda allegat li l-valur normali tal-prodott simili fit-Turkija jista’ ma jkunx preċiż, peress li hemm distorsjoni fl-istruttura tal-ispejjeż tal-kumpanija ta’ kooperazzjoni Torka. Fil-fatt, l-investigazzjoni stabbiliet li l-kumpanija ta’ kooperazzjoni fit-Turkija kellha spejjeż finanzjarji sinifikanti li jistgħu jkunu qed iwasslu għal distorsjoni fil-kalkolu tal-valur normali, b’mod partikolari meta jiġi kostruwit.

(51)

Konsegwentement, sabiex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni possibbli fil-kalkolu, ġie deċiż li t-tipi ta’ prodotti jiġu ragruppati u li ssir distinzjoni biss tal-karatteristiċi tal-prodott prinċipali. Dan ir-raggruppar żied il-komparabbiltà f’termini ta’ bejgħ bejn il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili Tork u ppermetta li jintużaw il-prezzijiet attwali bid-differenza ta’ valur normali kostruwit fejn ikollhom jintużaw bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi (potenzjalment mgħawġa mill-ispejjeż finanzjarji).

4.   Prezz ta’ esportazzjoni u tqabbil tal-prezzijiet

(52)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti, il-kontenut tal-premessi 48 sa 50 tar-Regolament provviżorju jirrigwarda l-istabbiliment ta’ prezz ta’ esportazzjoni u l-paragun tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni mal-valur normali korrispondenti huwa hawnhekk ikkonfermat definittivament.

5.   Marġnijiet tad-dumping

(53)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kummenti, il-kontenut tal-premessi 51 sa 54 tar-Regolament provviżorju dwar il-metodoloġija ġenerali għall-kalkolu tal-marġnijiet tad-dumping huwa ikkonfermat definittivament.

(54)

Fid-dawl tal-bidliet imsemmija hawn fuq fil-kalkolu tal-valuri normali, u wara korrezzjoni ta’ xi żbalji fil-kalkolu, l-ammont ta’ dumping finalment iddeterminat, espress bħala perċentwali tal-prezz CIF nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, huwa kif ġej:

Tabella 1

Marġnijiet tad-dumping

Changzhou New Changhai Fiberglass Co., Ltd. u Jiangsu Changhai Composite Materials Holding Co., Ltd., Tangqiao, Yaoguan Town, Changzhou City, Jiangsu

9,6  %

Kumpaniji oħra li kkooperaw

29,7  %

E.   DANNU

(55)

Għandu jiġi osservat li, wara l-esklużjoni tal-ħjut mill-ambitu tal-prodott (ara l-premessi 13 sa 23 hawn fuq), l-analiżi tad-danni kellha tiġi adattata għat-tliet tipi ta’ prodotti ewlenin: ħjut mibruma, swiegel imqattgħa u twapet. Dan wassal għall-ħtieġa ta’ analiżi ta’ xi indikaturi ta’ ħsara, il-volum tal-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping, kif ukoll il-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz u l-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu.

1.   Industrija tal-Unjoni

(56)

Fir-rigward tad-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u r-rappreżentattività tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni, ma waslu ebda kummenti jew talbiet ġodda. Fid-dawl ta’ dan, u l-fatt li t-tip tal-prodott eskluż mill-ambitu tal-prodott, jiġifieri l-ħjut, irrappreżenta proporzjon limitat ta’ produzzjoni u bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni, il-konklużjonijiet fil-premessi 56 sa 58 tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk ikkonfermati.

2.   Konsum fl-Unjoni

(57)

Fir-rigward tal-konsum fl-Unjoni, għandu jiġi osservat li, kif imsemmi fil-premessa 55 ta’ hawn fuq, l-esklużjoni ta’ wieħed mill-erba’ tipi ta’ prodotti ewlenin jiġifieri l-ħjut mill-ambitu tal-prodott rriżultaw f’analiżi tal-volumi tal-konsum tal-Unjoni.

(58)

Fid-dawl tar-reviżjoni ta’ hawn fuq, il-konsum tal-Unjoni totali żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 2

Konsum fl-Unjoni

 

2006

2007

2008

PI

Unitajiet (tunnellati)

903 351

944 137

937 373

697 128

Indiċjati

100

105

104

77

(59)

It-tendenza tal-konsum ta’ hawn fuq hija simili għat-tendenza osservata għall-prodott investigat kif definit fir-Regolament provviżorju, jiġifieri żieda ta’ madwar 5 % fl-2007-2008 u mbagħad nuqqas sinifikanti ħafna, bi 23 % fil-PI meta mqabbel mal-2006.

3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(60)

Fid-dawl tal-esklużjoni tal-ħjut mill-ambitu tal-prodott, id-dejta tal-importazzjoni kellha tiġi riveduta.

(61)

Parti interessata waħda allegat li l-importazzjonijiet mir-RPĊ li ġejjin minn produtturi relatati mal-industrija tal-Unjoni kellhom jiġu esklużi mill-importazzjonijiet ikkonċernati.

(62)

F’dan ir-rigward jiġi l-ewwel mfakkar li, kif diġà ssemma fil-premessa 58 tar-Regolament provviżorju, matul il-PI, il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ tal-produtturi inklużi fil-kampjun biss irrappreżenta inqas minn 4 % ta’ importazzjonijiet Ċiniżi totali. Dan jibqa’ ma jinbidilx wara l-esklużjoni tal-ħjut mill-ambitu tal-prodott.

(63)

Minħabba li żewġ produtturi biss tal-Unjoni importaw il-prodott ikkonċernat mir-RPĊ matul il-PI, il-volum preċiż ta’ dawn l-importazzjonijiet ma jistax jiġi żvelat minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. Fi kwalunkwe każ, anki kieku l-ammont ta’ dawn l-importazzjonijiet ġew imnaqqsa għal kull sena tal-perjodu kkunsidrat, it-tendenza tal-volumi ta’ importazzjoni u l-ishma tas-suq jibqgħu sostanzjalment l-istess. Is-sehem tas-suq ta’ importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping ikun inqas, għalkemm biss b’inqas minn punt perċentwali wieħed f’kull sena tal-perjodu kkunsidrat, u b’hekk ma jaffettwax it-tendenza globali matul il-perjodu kkunsidrat.

(64)

Wara l-esklużjoni tal-ħjut, id-dejta ta’ importazzjoni riveduta hija kif ġej:

(a)   Volumi

Tabella 3

Importazzjonijiet mir-RPĊ (volumi)

 

2006

2007

2008

PI

Unitajiet (tunnellati)

71 061

110 641

132 023

98 723

Indiċjati

100

156

186

139

(b)   Sehem tas-suq

Tabella 4

Importazzjonijiet mir-RPĊ (sehem tas-suq)

 

2006

2007

2008

PI

Sehem tas-suq (%)

7,9  %

11,7  %

14,1  %

14,2  %

Indiċjati

100

149

179

180

(65)

Wara dawn il-bidliet, it-tendenzi osservati fl-istadju provviżorju li jikkonċernaw il-volumi tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat inbidlu biss b’mod limitat. Madankollu, iż-żieda fil-volum tal-importazzjonijiet, kemm f’termini assoluti kif ukoll relattivi tibqa’ sostanzjali. Dawn l-importazzjonijiet żdiedu malajr ħafna matul il-perjodu kkunsidrat, speċjalment bejn l-2006 u l-2008 (b’86 %), wara li kien hemm tnaqqis fl-importazzjonijiet Ċiniżi minħabba t-tnaqqis ġenerali fid-domanda. Madankollu, is-sehem tas-suq ta’ dawn l-importazzjonijiet baqgħu jiżdiedu bejn l-2008 u l-PI u żdied matul il-perjodu kollu b’ 6,3 punti perċentwali.

(c)   Evoluzzjoni tal-prezz

(66)

Wara l-esklużjoni tal-ħjut, il-prezz CIF medju ta’ importazzjoni tal-prodott ikkonċernat naqas b’mod sinifikanti (b’madwar 3 %):

Tabella 5

Importazzjonijiet mir-RPĊ (prezzijiet)

 

2006

2007

2008

PI

Prezz medju/tunnellata (EUR)

901

907

945

909

Indiċjati

100

101

105

101

(67)

Madankollu, it-tabella ta’ hawn fuq turi li t-tendenza tal-prezzijiet sostanzjalment stabbli matul il-perjodu kkunsidrat ma nbidlitx, u għaldaqstant, il-konklużjoni rigward it-tendenza tal-prezz għal dawn l-importazzjonijiet kif stabbilita fir-Regolament provviżorju tista’ tiġi kkonfermata.

(d)   Twaqqigħ tal-prezz

(68)

Fir-rigward tal-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezzijiet, il-marġnijiet provviżorji kellhom jiġu riveduti billi l-esklużjoni tal-ħjut mill-ambitu tal-prodott ħtieġet l-eliminazzjoni tal-bejgħ korrispondenti mill-kalkoli tal-ħsara.

(69)

Barra minn hekk, kif sar fl-aspett tad-dumping tal-investigazzjoni (ara l-premessi 50 u 51 hawn fuq) ġie deċiż li t-tipi ta’ prodott jiġu raggruppati u li jiġu distinti biss il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott. Dan irriżulta f’żieda fil-volum ta’ importazzjonijiet Ċiniżi inkluż fit-tqabbil mal-bejgħ tal-prodott simili manifatturat mill-industrija tal-Unjoni, u b’hekk ġiet żgurata rappreżentattività aħjar tal-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz.

(70)

Fl-aħħarnett, ġie applikat aġġustament għall-ispejjeż wara l-importazzjoni, peress li dawn l-ispejjeż huma indispensabbli għall-bejgħ tal-prodott ikkonċernat.

(71)

Wara l-bidliet fil-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz minħabba (i) l-esklużjoni tal-ħjut, (ii) ir-raggruppar tat-tipi ta’ prodotti, u (iii) l-aġġustament għall-ispejjeż wara l-importazzjoni, il-marġnijiet riveduti tat-twaqqigħ fil-prezz jammontaw sa 18,2 %, filwaqt li t-twaqqigħ tal-prezz medju huwa 10,9 %. Il-bidliet ta’ hawn fuq ġew applikati wkoll għall-kalkolu tal-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu — ara l-premessa 134 ta’ dan ir-Regolament.

(72)

Minbarra l-bidliet imsemmija hawn fuq u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe talba jew kummenti oħra, il-konklużjonijiet fil-premessi 61 sa 65 tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk ikkonfermati.

4.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.1.   Reviżjoni tal-indikaturi tad-dannu minħabba l-esklużjoni tal-ħjut

(73)

L-esklużjoni tal-ħjut mill-ambitu tal-prodott wasslet għall-ħtieġa tal-aġġustament ta’ ċerti tabelli fit-Taqsima D.4 tar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, kellha ssir korrezzjoni minuri għad-dejta tal-bejgħ ta’ wieħed mill-produtturi inkluż fil-kampjun. Għandu jiġi osservat li kien hemm biss preżenza relattivament limitata ta’ ħjut fil-produzzjoni u bejgħ tal-produtturi inklużi fil-kampjun. Għalhekk, l-aktar li ġew milquta minn dawn l-aġġustamenti kienu l-indikaturi fuq il-bażi tal-produtturi kollha tal-Unjoni (volumi tal-bejgħ u sehem tas-suq). B’mod iktar limitat, il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi inklużi fil-kampjun ġew affettwati wkoll. Madankollu, it-tendenzi osservati, anke għal dawn l-indikaturi, jibqgħu sostanzjalment l-istess meta mqabbla mas-sejbiet fir-Regolament provviżorju, kif juru t-tabelli ta’ hawn taħt. Fid-dawl tal-preżenza limitata ta’ ħjut fil-kampjun tal-produtturi, l-indikaturi finanzjarji (profittabilità, redditu fuq l-investiment (ROI), likwidità u investimenti) ma ġewx affettwati mill-esklużjoni tal-ħjut mill-ambitu tal-prodott. Għal raġunijiet ta’ trasparenza, it-tabelli kollha li jikkonċernaw l-indikaturi tad-dannu mniżżla fit-Taqsima D4 tar-Regolament provviżorju huma murija hawn taħt, inklużi dawk mhux mibdula.

(74)

Peress li l-iżvilupp fil-volumi tal-produzzjoni tal-produtturi inklużi fil-kampjun, meta mqabbel maċ-ċifri pprovduti fir-Regolament provviżorju, kien affettwat biss b’mod limitat ħafna (żieda ta’ 1 % għall-2008 u l-PI) mill-esklużjoni tal-ħjut mill-ambitu tal-prodott, il-konklużjoni fil-premessa 67 tar-Regolament provviżorju hija hawnhekk ikkonfermata.

Tabella 6

Industrija tal-Unjoni — il-produzzjoni

Produtturi inklużi fil-kampjun

2006

2007

2008

PI

Unitajiet (tunnellati)

488 335

503 711

498 739

310 257

Indiċjati

100

103

102

64

(75)

Iċ-ċifri tal-kapaċità ta’ produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni ġeneralment tnaqqsu bl-esklużjoni tal-ħjut, iżda dan ma għandu ebda effett fuq it-tendenza u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità. Għalhekk, il-konklużjoni fil-premessa 69 tar-Regolament provviżorju hi hawnhekk ikkonfermata.

Tabella 7

Industrija tal-Unjoni — kapaċità ta’ produzzjoni

Produtturi inklużi fil-kampjun

2006

2007

2008

PI

Kapaċità (tunnellati)

567 067

567 822

580 705

506 509

Indiċjati

100

100

102

89

Utilizzazzjoni tal-kapaċità (%)

86  %

89  %

86  %

61  %

Indiċjati

100

103

100

71

(76)

Peress li l-iżvilupp tal-ħażniet tal-produtturi inklużi fil-kampjun, meta mqabbla maċ-ċifri pprovduti fir-Regolament provviżorju, kien affettwat biss b’mod limitat ħafna (żieda ta’ 1 % għall-2007, 2008 u l-PI) bl-esklużjoni tal-ħjut mill-ambitu tal-prodott, il-konklużjoni fil-premessa 70 tar-Regolament provviżorju hi hawnhekk ikkonfermata.

Tabella 8

Industrija tal-Unjoni — ħażniet

Produtturi inklużi fil-kampjun

2006

2007

2008

PI

Unitajiet (tunnellati)

87 603

72 282

122 926

81 485

Indiċjati

100

83

140

93

(77)

Għalkemm, kif mqabbel mal-volumi tal-bejgħ rappurtati fir-Regolament provviżorju, it-tnaqqis mill-2006 fil-volumi tal-bejgħ huwa 1 % aktar b’saħħtu fl-2007 u l-2008 u 3 % inqas evidenti fil-PI, il-volumi tal-bejgħ xorta naqsu b’27 % matul il-perjodu kkunsidrat u l-konklużjonijiet fil-premessi 71-72 huma, għalhekk, ikkonfermati hawnhekk.

Tabella 9

L-industrija tal-Unjoni — bejgħ fl-UE (volumi)

Il-produtturi kollha tal-UE

2006

2007

2008

PI

Unitajiet (tunnellati)

689 541

683 861

654 956

501 519

Indiċjati

100

99

95

73

(78)

Wara l-esklużjoni tal-ħjut mill-ambitu tal-prodott, is-sehem tas-suq tal-UE tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 76,3 % għal 71,9 % (meta mqabbel ma’ minn 75,1 % għal 69,5 %). Il-konklużjonijiet fil-premessa 73 tar-Regolament provviżorju dwar is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni huma għalhekk konfermati.

Tabella 10

Industrija tal-Unjoni — sehem tas-suq tal-UE

Il-produtturi kollha tal-UE

2006

2007

2008

PI

Sehem tas-suq tal-UE (%)

76,3  %

72,4  %

69,9  %

71,9  %

Indiċjati

100

95

92

94

(79)

F’dak li jirrigwarda l-prezzijiet tal-bejgħ medji, l-esklużjoni tal-ħjut mill-ambitu tal-prodott irriżulta fi prezzijiet medji tal-bejgħ kemmxejn aktar baxxi. It-tendenza madankollu hija identika għat-tendenza tal-prezz tal-bejgħ irrapportat fir-Regolament provviżorju (iċ-ċifri huma 1 % ogħla biss għall-2008 u l-PI) u l-konklużjonijiet fil-premessa 74 ta’ dak ir-Regolament huma, għalhekk ikkonfermati hawnhekk.

Tabella 11

Industrija tal-Unjoni — bejgħ fl-UE (prezzijiet medji)

Produtturi inklużi fil-kampjun

2006

2007

2008

PI

EUR/Tunnellata

1 163

1 154

1 181

1 147

Indiċjati

100

99

102

99

(80)

Iċ-ċifri dwar l-impjieg tal-produtturi tal-Unjoni ġew aġġustati biex jeskludu l-produzzjoni tal-ħjut. It-tnaqqis relattivament żgħir fin-numri ma biddilx it-tendenza (ċifri 1 % biss ogħla għall-2008 u l-PI), għalhekk, il-konklużjonijiet fil-premessa 75 tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk ikkonfermati.

Tabella 12

Industrija tal-Unjoni — l-impjieg

Produtturi inklużi fil-kampjun

2006

2007

2008

PI

Numru ta’ impjegati

4 050

3 851

3 676

3 275

Indiċjati

100

95

91

81

(81)

Il-produttività tal-industrija tal-Unjoni ma ġietx affettwata mill-esklużjoni tal-ħjut u l-konklużjonijiet fil-premessa 76 tar-Regolament provviżorju ghalhekk jistgħu jiġu kkonfermati.

Tabella 13

L-industrija tal-Unjoni — produttività

Produtturi inklużi fil-kampjun

2006

2007

2008

PI

Tunnellati/impjegat

121

131

136

95

Indiċjati

100

108

113

79

(82)

Kif diġà ssemma fil-premessa 73 hawn fuq, minħabba l-preżenza limitata tal-ħjut fil-kampjun tal-produtturi, l-indikaturi finanzjarji elenkati hawn taħt ma ġewx affettwati bl-esklużjoni tal-ħjut mill-ambitu tal-prodott:

(83)

L-ispejjeż tax-xogħol fis-sens tal-pagi medji annwali mhumiex affettwati bl-esklużjoni tal-ħjut mill-ambitu tal-prodott u l-konklużjonijiet fil-premessa 77 tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk ikkonfermati.

Tabella 14

L-industrija tal-Unjoni — l-ispejjeż tax-xogħol

Produtturi inklużi fil-kampjun

2006

2007

2008

PI

Pagi annwali (EUR)

42 649

43 257

43 991

41 394

Indiċjati

100

101

103

97

(84)

Il-profittabilità u r-ROI huma affettwati bl-esklużjoni tal-ħjut mill-ambitu tal-prodott u l-konklużjonijiet fil-premessi 78-81 tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk ikkonfermati.

Tabella 15

L-industrija tal-Unjoni — profitabilità u ROI

Produtturi inklużi fil-kampjun

2006

2007

2008

PI

Profitt nett (bħala % tal-fatturat)

0,3  %

4,7  %

3,5  %

–15,0  %

ROI

2,5  %

6,2  %

3,0  %

–16,8  %

(85)

Is-sitwazzjoni tal-likwidità tal-industrija tal-Unjoni mhix affettwata bl-esklużjoni tal-ħjut mill-ambitu tal-prodott u l-konklużjoni fil-premessa 83 tar-Regolament provviżorju hija għalhekk ikkonfermata hawnhekk.

Tabella 16

L-industrija tal-Unjoni — likwidità

Produtturi inklużi fil-kampjun

2006

2007

2008

PI

Likwidità (EUR)

34 261 986

17 230 139

7 452 912

–22 001 723

Indiċjati

100

50

22

–64

(86)

Il-livell tal-investimenti tal-industrija tal-Unjoni mhux affettwat mill-esklużjoni tal-ħjut mill-ambitu tal-prodott u l-konklużjonijiet fil-premessa 85 tar-Regolament provviżorju huma għahekk ikkonfermati hawnhekk.

Tabella 17

L-industrija tal-Unjoni — investimenti

Produtturi inklużi fil-kampjun

2006

2007

2008

PI

Investimenti netti (EUR)

40 089 991

20 804 311

43 613 463

28 387 044

Indiċjati

100

52

109

71

4.2.   Kummenti li waslu wara l-iżvelar tas-sejbiet provviżorji

(87)

Parti interessata waħda qalet li l-Kummissjoni kellha tanalizza d-dannu (u l-kawżalità wkoll) fuq bażi ta’ segment speċifiku, jiġifieri għal kull wieħed mit-tipi ta’ prodotti ewlenin separatament. Din il-parti kkunsidrat li t-tipi ta’ prodotti prinċipali kienu wisq differenti minn xulxin biex jiġu analizzati bħala entità sħiħa.

(88)

L-ewwel nett għandu jiġi mfakkar li kwalunkwe konklużjoni dwar dumping u dannu tista’ ssir biss għall-prodott ikkonċernat u l-prodott simili fit-totalità tagħhom. Jekk jeżistu talbiet dwar id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, dawn għandhom jiġu analizzati f’dak il-kuntest u ma għandhomx jirriżultaw f’analiżi separata tad-dannu skont it-tipi ta’ prodotti differenti koperti mill-investigazzjoni. Kif imsemmi fil-premessi 13 sa 23 hawn fuq, l-ambitu tal-prodott ta’ din l-investigazzjoni ġie emendat fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni bl-esklużjoni tal-ħjut. Kwalunkwe konklużjoni dwar id-dumping u d-dannu tista’ ssir biss fuq dan il-prodott definit ġdid ikkonċernat u l-prodott simili fit-totalità tagħhom. Għal dawn ir-raġunijiet it-talba ta’ hawn fuq ma tistax tiġi aċċettata.

(89)

L-istess parti interessata argumentat li d-dejta ppreżentata għall-industrija tal-Unjoni ma kinitx koerenti. B’mod partikolari, hija kkunsidrat li l-Kummissjoni żbaljat meta xi kultant ipprovdiet dejta mill-industrija kollha tal-Unjoni filwaqt li f’okkażjonijiet oħra kienet ġiet użata d-dejta vverifikata mill-produtturi inklużi fil-kampjun biss.

(90)

Fir-rigward ta’ din it-talba, l-ewwel nett għandu jiġi osservat li t-teħid tal-kampjuni hija proċedura stipulata espressament fl-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, biex tittratta każijiet fejn ma jkunx possibbli li jiġu investigati ċerti gruppi ta’ operaturi ekonomiċi fid-dettall. Il-kampjun magħżul ta’ produtturi tal-Unjoni ġie meqjus bħala rappreżentant tal-industrija kollha tal-Unjoni u ma ġew sottomessi l-ebda talbiet sostanzjati li jiddikjaraw l-oppost ta’ dak li ġie sottomess mill-partijiet interessati. Għalhekk, kif diġà ssemma fil-premessa 66 tar-Regolament provviżorju, l-indikaturi kollha tad-dannu, ħlief dawk li jikkonċernaw il-volum tal-bejgħ u sehem tas-suq, ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura u vverifikata fil-bini tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni li jinkludi l-produtturi kollha tal-Unjoni kien prerekwiżit għall-kalkolu tal-konsum tal-Unjoni, u għalhekk kemm il-volum tal-bejgħ u l-konsum Unjoni kienu meħtieġa għad-determinazzjoni tas-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni.

(91)

Parti interessata argumentat li l-importazzjonijiet mir-RPĊ minn produtturi relatati mal-produtturi tal-Unjoni nklużi fil-kampjun, kif imsemmi fil-premessa 58 tar-Regolament provviżorju, kellhom jiżdiedu mal-bejgħ tal-produtturi kkonċernati.

(92)

Peress li l-prodotti inkwistjoni jerġgħu jinbiegħu biss mill-produtturi kkonċernati tal-Unjoni, iż-żieda ta’ dawn l-importazzjonijiet mal-volum tal-bejgħ jikkawża interferenza fl-istampa u għalhekk ma tidhirx li hija ġustifikata. Fi kwalunkwe każ, kif diġà ġie ddikjarat fil-premessi 62 u 63 hawn fuq, il-volum ta’ dawn l-importazzjonijiet huwa limitat. Kif imsemmi fl-istess premessi ta’ hawn fuq, l-ishma tas-suq ukoll ikunu affettwati biss b’mod minimu mingħajr ma jinbidlu t-tendenzi tal-indikaturi relatati mad-dannu.

(93)

Parti interessata waħda semmiet li l-Kummissjoni ma kinitx spjegat għalfejn l-bejgħ għal użu vinkolanti kien ġie inkluż fiċ-ċifri tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Hija sostniet li l-Kummissjoni messha analizzat is-suq vinkolanti indipendentement mis-suq ħieles.

(94)

F’dan ir-rigward huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-bejgħ għall-użu vinkolanti ġie inkluż fl-analiżi tal-volumi tal-bejgħ u s-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni peress li rriżulta li dan il-bejgħ ikkompeta mal-importazzjonijiet. Fil-fatt, l-investigazzjoni kienet stabbiliet li l-kwantitajiet użati għall-użu vinkolanti, mill-kumpaniji kkonċernati fl-Unjoni, jistgħu bħala prinċipju jiġu sostitwiti minn fibri tal-ħġieġ mixtrija, eż. jekk iċ-ċirkostanzi tas-suq u/jew kunsiderazzjonijiet finanzjarji jwasslu għal bidla bħal din. Għalhekk, dawn ġew inklużi fl-analiżi tas-suq tal-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, kieku l-bejgħ intern kellu jiġi eskluż mill-analiżi, it-tendenzi fil-bejgħ ma juru l-ebda tibdiliet sostantivi.

(95)

L-industrija tal-Unjoni kkontestat il-prezzijiet tal-bejgħ medji tal-Unjoni tal-industrija tal-Unjoni kif inhuma mqassra fit-tabella 10 tar-Regolament provviżorju. Hija ssuspettat li kien hemm żball fil-kalkolu u sostniet li, fir-realtà, it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ matul il-perjodu kkunsidrat kien aktar sinifikanti mit-2 % irrappurtat. Fid-dawl ta’ din l-allegazzjoni, il-kalkolu tal-prezzijiet medji tal-bejgħ Unjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ġie rivedut. Il-kalkolu kien ibbażat fuq prezzijiet tal-bejgħ ivverifikati u rriżulta li kien preċiż. Madankollu, fid-dawl tal-esklużjoni tal-ħjut mill-ambitu tal-prodott, il-prezzijiet medji tal-bejgħ kellhom jerġgħu jiġu kkalkolati billi jiġu esklużi l-ħjut u l-prezzijiet riveduti tal-bejgħ medji huma rrapportati fit-Tabella 11 ta’ hawn fuq.

(96)

Tnejn mill-produtturi inklużi fil-kampjun ikkontestaw ftit mill-aġġustamenti li saru fuq iċ-ċifri ta’ profittabbiltà sottomessi tagħhom. L-aġġustamenti kkontestati rreferew għal trasferimenti bejn l-istess kumpanija, tibdil fil-kontabbiltà u ċerti elementi straordinarji li ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni biex jgħawwġu bla bżonn iċ-ċifri ta’ profitt li jirriżultaw. L-aġġustamenti ġew ikkontestati peress li l-produtturi kkonċernati kkunsidraw li l-ispejjeż importanti konsegwentement ma kinux murija, għalkemm huma kienu ġew sostnuti u f’xi każijiet jistgħu anke jiġu marbuta mal-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping. L-aġġustamenti li kienu saru fuq iċ-ċifri ta’ profitabbiltà taż-żewġ kumpaniji ġew riveduti u għal darb’oħra rriżulta li kienu ġġustifikati. Din it-talba, għalhekk, kellha tiġi miċħuda.

(97)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe talba jew kummenti oħra, u bil-modifiki indikati fil-premessi 55 sa 80 ta’ hawn fuq, il-konklużjonijiet fil-premessi 66 sa 86 tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk ikkonfermati.

5.   Konklużjoni dwar id-dannu

(98)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe talba jew kummenti oħra, il-konklużjonijiet fil-premessi 87 sa 89 fir-Regolament provviżorju huma hawnhekk ikkonfermati.

F.   KAWŻALITÀ

1.   Effett tal-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping

(99)

Xi partijiet tennew it-talba li, fid-dawl tal-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, ma kienx hemm rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet ikkonċernati. B’mod partikolari, ġie ddikjarat għal darb’oħra li l-prezz medju tal-importazzjoni għal dawn l-importazzjonijiet kien baqa’ sostanzjalment stabbli matul il-perjodu kkunsidrat u li l-industrija tal-Unjoni kien irnexxielha żżomm il-profittabilità fuq livelli qrib il-profitt immirat imsemmi matul is-snin 2007 u 2008 meta seħħet l-aktar żieda sinifikanti fil-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi.

(100)

Risposta għal dawn it-talbiet kienet diġà inkluża fil-premessi 94 u 95 tar-Regolament provviżorju, li huma hawnhekk ikkonfermati. Barra minn hekk, kif diġà ġie indikat fil-premessa 107 tar-Regolament provviżorju, ma jistax jiġi konkluż li r-rabta kawżali tinqasam sempliċiment fuq il-bażi tal-iżvilupp ta’ numru limitat ta’ indikaturi ta’ danni kkunsidrati għal parti limitata tal-perjodu meqjus; għall-kuntrarju, għandu jiġi vvalutat l-iżvilupp globali tal-indikaturi tad-dannu kollha matul il-perjodu meqjus kollu. L-analiżi provviżorja kienet diġà wriet li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ikkawżaw tnaqqis fil-prezz fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu meqjus u waqqgħu ħafna l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fil-PI. L-industrija Unjoni, għalhekk, ma kinitx f’pożizzjoni li tilħaq il-livelli meħtieġa ta’ profitabbiltà, anke f’perjodi ta’ domanda relattivament kbira, bħal fis-snin 2007 u 2008. L-importazzjonijiet mir-RPĊ, barra minn hekk, kisbu b’mod konsistenti sehem tas-suq u l-aktar fl-2007, meta s-suq tal-fibri tal-ħġieġ fl-UE kiber b’mod sinifikanti. Din l-istrateġija aggressiva ta’ ksib tal-ishma tas-suq permezz tal-bejgħ b’mod konsistenti bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni ma kinitx twassal għal deterjorament serju tal-profittabbiltà fl-industrija tal-Unjoni qabel il-PI biss minħabba l-livelli relattivament għolja ta’ konsum tal-Unjoni li taffew l-effett tad-dumping dannuż. Madankollu, l-iżviluppi matul il-PI jikkonfermaw li malli l-kondizzjonijiet tas-suq iddeterjoraw, id-dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping wera l-effetti tiegħu kollha. It-talbiet imsemmija fil-premessa 99 hawn fuq huma għalhekk miċħuda.

2.   Effetti ta’ fatturi oħra

(101)

Fid-dawl tal-esklużjoni tal-ħjut mill-ambitu tal-prodott, id-dejta tal-importazzjoni kellha tiġi riveduta kif ġej:

Tabella 18

Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

Pajjiż

 

2006

2007

2008

PI

Norveġja

Volumi (tunnellati)

34 945

28 834

35 396

24 980

Sehem tas-suq (%)

3,9  %

3,0  %

3,8  %

3,6  %

Prezz medju/tunnellata (EUR)

1 255

1 412

1 359

1 256

Turkija

Volumi (tunnellati)

28 946

24 928

20 511

18 523

Sehem tas-suq (%)

3,2  %

2,6  %

2,2  %

2,6  %

Prezz medju/tunnellata (EUR)

1 088

1 151

1 202

1 074

Istati Uniti

Volumi (tunnellati)

16 757

15 821

12 145

8 726

Sehem tas-suq (%)

1,8  %

1,7  %

1,3  %

1,2  %

Prezz medju/tunnellata (EUR)

1 521

1 421

2 056

2 012

Malasja

Volumi (tunnellati)

9 541

25 569

35 118

12 601

Sehem tas-suq (%)

1,1  %

2,7  %

3,7  %

1,8  %

Prezz medju/tunnellata (EUR)

979

1 019

1 021

1 025

Tajwan

Volumi (tunnellati)

9 043

9 919

8 791

6 996

Sehem tas-suq (%)

1,0  %

1,0  %

0,9  %

1,0  %

Prezz medju/tunnellata (EUR)

928

925

928

854

Indja

Volumi (tunnellati)

4 363

11 227

3 741

5 353

Sehem tas-suq (%)

0,5  %

1,2  %

0,4  %

0,8  %

Prezz medju/tunnellata (EUR)

1 304

1 228

1 292

1 230

Rep. tal-Korea

Volumi (tunnellati)

6 277

4 845

13 918

5 112

Sehem tas-suq (%)

0,7  %

0,5  %

1,5  %

0,7  %

Prezz medju/tunnellata (EUR)

1 037

1 109

886

999

Ġappun

Volumi (tunnellati)

21 142

9 498

9 949

3 710

Sehem tas-suq (%)

2,3  %

1,0  %

1,1  %

0,5  %

Prezz medju/tunnellata (EUR)

1 125

1 164

1 336

1 580

Messiku

Volumi (tunnellati)

1 017

2 977

1 803

1 763

Sehem tas-suq (%)

0,1  %

0,3  %

0,2  %

0,3  %

Prezz medju/tunnellata (EUR)

364

729

977

1 033

Kanada

Volumi (tunnellati)

3 930

3 096

2 123

2 029

Sehem tas-suq (%)

0,4  %

0,3  %

0,2  %

0,3  %

Prezz medju/tunnellata (EUR)

1 047

1 664

1 711

1 919

Pajjiżi Oħra

Volumi (tunnellati)

6 787

12 923

6 899

7 092

Sehem tas-suq (%)

0,7  %

1,4  %

0,7  %

1,0  %

Prezz medju/tunnellata (EUR)

1 521

1 402

1 635

1 586

(102)

Minbarra l-volumi ta’ importazzjoni mill-USA u t-Tajwan, li naqsu b’madwar 35 % (PI) meta mqabbla mal-volumi rrappurtati fit-tabella 17 tar-Regolament provviżorju, l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra jidhru li huma influwenzati biss b’mod moderat ħafna bl-esklużjoni tal-ħjut.

(103)

Diversi partijiet interessati tennew li l-kriżi ekonomika aktar milli l-importazzjonijiet oġġetti tad-dumping kienu kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni - jew, alternattivament, li l-kriżi ekonomika kienet il-kawża prinċipali tad-dannu filwaqt li l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu bħala l-iktar każ biss fattur sekondarju, addizzjonali. F’dan ir-rigward ġie argumentat li kien hemm korrelazzjoni bejn il-konsum u l-profitabilità u li l-profitabbiltà naqset biss meta d-domanda ddeterjorat. Fl-istess ħin, ġie allegat, li ma jkun hemm l-ebda korrelazzjoni bejn is-sehem tas-suq tal-UE, il-prezzijiet tal-bejgħ u l-profitabilità tal-industrija tal-Unjoni, fuq naħa waħda u s-sehem tas-suq tal-UE u prezzijiet tal-bejgħ tal-importazzjonijiet Ċiniżi fuq in-naħa l-oħra. Intqal ukoll li l-Kummissjoni ma kinitx tivvaluta sew l-effetti dannużi tat-tnaqqis fil-konsum tal-UE u konsegwentement aġixxiet kontra l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku.

(104)

L-ewwel parti tal-pretensjoni ta’ hawn ġiet trattata b’mod estensiv fil-premessi 99-102 tar-Regolament provviżorju. Fil-fatt, l-impatt tal-kriżi ekonomika fid-dannu ġie eżaminat u huwa rikonoxxut fil-premessa 101 tar-Regolament provviżorju li l-tnaqqis ekonomiku u l-kontrazzjoni fid-domanda kellhom effett negattiv fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni u li, bħala tali, dan ikkontribwixxa għad-dannu li sostniet l-industrija tal-Unjoni. Madankollu, dan ma jnaqqasx l-effett dannuż ta’ ħsara tal-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet baxxi oġġetti tad-dumping fuq is-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Fi kliem ieħor, il-kriżi ekonomika matul il-PI aggravat id-dannu lill-industrija tal-Unjoni iżda importazzjonijiet mir-RPĊ ċertament ikkawżaw id-dannu meqjus materjali fis-sens tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. Din it-talba għalhekk ġiet miċħuda.

3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(105)

L-ebda wieħed mill-argumenti mressqa mill-partijiet interessati ma juri li l-impatt ta ‘fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet oġġetti tad-dumping mill-PRC huwa tali li jikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping u l-ħsara misjuba. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kummenti oħra li kienu għadhom ma ġewx indirizzati, huwa konkluż li l-importazzjonijiet oġġetti tad-dumping mir-RPĊ ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

(106)

Il-konklużjonijiet dwar il-kawżalità fir-Regolament provviżorju, kif mqassra fil-premessi 117-119 tiegħu, huma hawnhekk ikkonfermati.

G.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(107)

Fid-dawl tal-kummenti tal-partijiet, il-Kummissjoni wettqet analiżi ulterjuri tal-argumenti kollha li jappartjenu lill-interess tal-Unjoni.

1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(108)

L-ilmentaturi tennew li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping kienet essenzjali għall-industrija tal-Unjoni li tibqa’ tkun vijabbli u topera fil-ġejjieni, peress li d-deterjorazzjoni tal-prezzijiet ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġetti tad-dumping mir-RPĊ kienet affettwat il-bejgħ, il-profittabilità u l-kapaċità li tinvesti tal-industrija tal-Unjoni b’mod sever. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment speċifiku ieħor dwar dan il-punt, il-premessi 122 sa 126 tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk ikkonfermati.

2.   Interess ta’ importaturi mhux relatati fl-Unjoni

(109)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment speċifiku fuq dan il-punt, il-premessi 127 u 128 tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk ikkonfermati.

3.   Interess tal-utenti

(110)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, għadd ta’ utenti u assoċjazzjonijiet ta’ utenti li ma kinux magħrufa fl-istadju provviżorju, ippreżentaw lilhom infushom u ssottomettew kummenti.

(111)

Ħafna utenti tennew kummenti ġenerali dwar xi wħud mill-kwistjonijiet li kienu diġà analizzati fir-Regolament provviżorju, mingħajr ma pprovdew informazzjoni ġdida f’dan ir-rigward jew evidenza addizzjonali biex jissostanzjaw dawn it-talbiet. Dwar xi kwistjonijiet oħra, madankollu, inkisbet u sussegwentement ġiet analizzata informazzjoni ġdida.

(112)

Diversi partijiet interessati argumentaw li l-kooperazzjoni miksuba mill-utenti ma kinitx tirrappreżenta l-kumplessità tas-settur u li ħafna mill-utenti kienu kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju li s-sitwazzjoni u l-fehmiet tagħhom ġew ittraskurati fl-analiżi tal-interess tal-Unjoni.

(113)

F’dan ir-rigward, l-ewwel nett għandu jiġi mfakkar li 13-il utent issottomettew risposta fi kwestjonarju u diversi utenti oħra ssottomettew, barra minn hekk, kummenti. Barra minn hekk, diversi assoċjazzjonijiet li jaġixxu f’isem l-utenti ssottomettew kummenti. Ħafna minn dawn il-partijiet interessati ppreżentaw il-fehmiet tagħhom ukoll f’seduta. Wara l-aġġustament tan-numru skont l-esklużjoni tal-ħjut mill-ambitu tal-prodott, l-utenti ta’ kooperazzjoni ammontaw għal madwar 24 % tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Din il-kooperazzjoni hija kkunsidrata rappreżentattiva.

(114)

Madankollu, huwa rikonoxxut li ħafna mill-utenti li mlew kwestjonarju tal-utenti kienu kumpaniji pjuttost kbar. Il-Kummissjoni f’dan ir-rigward tiddependi fuq il-kooperazzjoni eventwalment miksuba. Madankollu huwa kkunsidrat li, permezz tal-kooperazzjoni miksuba minn diversi assoċjazzjonijiet (PlasticsEurope, EuCIA, EUPC, Plastindustrien, BPF), it-tħassib tal-kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju kienu tabilħaqq ġew espressi u ġew ikkunsidrati.

(115)

Għadd ta’ utenti u assoċjazzjoni kkontestaw l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni rigward in-numru ta’ persuni impjegati fl-industrija tal-utenti tal-fibri tal-ħġieġ magħmula fil-premessa 130 tar-Regolament provviżorju. F’dan ir-rigward għandu jiġi mfakkar li fil-premessa 130 tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni stmat in-numru totali ta’ nies li jaħdmu fl-industrija downstream tal-Unjoni ta’ kumpaniji li jużaw prodotti tal-fibri tal-ħġieġ, inkluż il-manifattura ta’ prodotti downstream ulterjuri, għal madwar 50 000 sa 75 000. Il-partijiet interessati ta’ hawn fuq saħqu li dan in-numru jista’ jilħaq total ta’ bejn il-200 000 u l-250 000 persuna u ntalbu jissostanzjaw dawn l-istimi. Għalkemm assoċjazzjoni waħda, il-European Boating Industry, tat xi ċifri ta’ appoġġ dwar l-industrija tal-bini tal-vapuri, ma ngħatatx evidenza konklużiva li kienet torbot dawn iċ-ċifri tal-impjiegi mal-prodott ikkonċernat u l-prodott simili.

(116)

Fi kwalunkwe każ, l-istabbiliment tal-interess tal-utenti tal-fibri tal-ħġieġ fuq dejta ġenerali bħal din, li tinkludi t-total tal-persuni impjegati fil-livelli downstream kollha tal-industrija tal-Unjoni inkluż diviżjonijiet ta’ kumpaniji multinazzjonali li ma għandhom l-ebda konnessjoni ma’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ, jaffettwa serjament il-kredibbiltà tal-analiżi tal-interess tal-Unjoni.

(117)

Għandu jiġi mfakkar ukoll li, kif imsemmi fil-premessa 130 tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni stmat ukoll in-numru ta’ impjegati tal-fibri tal-ħġieġ billi użat diviżjonijiet ta’ dawk il-kumpaniji li użaw fibri tal-ħġieġ Ċiniżi matul il-PI, għal madwar 27 000 persuna. Din l-istima kienet ibbażata fuq dejta dettaljata kif ippreżentata mill-utenti fit-tweġibiet tagħhom fil-kwestjonarju speċifikament dwar l-impjieg fl-Unjoni ta’ dawk id-diviżjonijiet. L-istima saret permezz ta’ aggregazzjoni ta’ dawn il-figuri u mbagħad estrapolazzjoni tagħhom kollha lill-importazzjonijiet Ċiniżi kollha tal-prodott ikkonċernat matul il-PI. L-estrapolazzjoni kienet ibbażata fuq is-sehem tal-utenti ta’ kooperazzjoni fl-importazzjonijiet Ċiniżi totali tal-prodott ikkonċernat matul il-PI.

(118)

Finalment f’dan ir-rigward għandu jiġi osservat ukoll li, wara l-esklużjoni tal-ħjut mill-ambitu tal-prodott, l-istima ta’ hawn fuq kellha tiġi riveduta. Ir-reviżjoni rriżultat f’impjieg stmat ta’ madwar 22 000 persuna.

3.1.   Impatt tal-ispiża tad-dazju fuq il-profitabbiltà tal-utenti

(119)

Diversi utenti sostnew li l-Kummissjoni, fil-premessi 132-136 tar-Regolament provviżorju, kienet issottovalutat l-impatt tad-dazju provviżorju anti-dumping fuq il-profittabbiltà u, għaldaqstant, il-vijabilità tal-industrija tal-utenti Ewropej. Huma sostnew li l-impatt attwali kien ħafna ogħla u li l-livell tad-dazju provviżorju poġġa l-eżistenza ta’ ħafna minn dawn in-negozji tal-Unjoni fil-perikolu.

(120)

F’dan ir-rigward huwa importanti li wieħed josserva li l-evalwazzjoni ekonomika magħmula fir-Regolament provviżorju kienet ibbażata fuq id-dejta ekonomika ppreżentata mill-utenti li kkooperaw fl-investigazzjoni. Din kienet fil-fatt l-unika informazzjoni verifikabbli disponibbli f’dan ir-rigward. Għalkemm din l-evalwazzjoni ġiet ikkritikata minn għadd kbir ta’ utenti, wieħed biss minnhom ressaq informazzjoni addizzjonali li setgħet tintuża sabiex tagħmel l-analiżi iktar preċiża. Fi kwalunkwe każ, il-parti inkwistjoni huwa utent tal-ħjut, u għaldaqstant is-sottomissjoni tiegħu eventwalment ma kinitx ikkunsidrata fl-analiżi tal-impatt tal-ispiża.

(121)

Saru talbiet addizzjonali li allegaw li l-impatt fuq l-utenti żgħar u ta’ daqs medju huwa akbar minn dak stabbilit. Madankollu, ġiet pprovduta ftit evidenza konkreta f’dan ir-rigward fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni sħiħa ta’ dawn l-utenti. Fil-fatt, l-utenti ta’ kooperazzjoni jinkludu xi kumpaniji multinazzjonali li l-effett tad-dazji fuqhom x’aktarx ikun iktar limitat. Madankollu, sabiex dan l-impatt ta’ distorzjoni jiġi eskluż fil-kalkolu, fl-istadju definittiv il-Kummissjoni stabbiliet l-impatt medju tal-ispiża għall-fibra tal-ħġieġ biss billi użat diviżjoni tal-utenti ta’ kooperazzjoni, minflok il-kumpaniji kollha — ara l-premessa 123 hawn taħt.

(122)

Wara l-esklużjoni tal-ħjut mill-ambitu tal-prodott, il-valutazzjoni magħmula fl-istadju provviżorju kellha tiġi riveduta billi jiġu eliminati mill-analiżi l-kumpaniji li jużaw ħjut. Barra minn hekk, il-valutazzjoni kienet teħtieġ aktar emendi fil-dawl tal-livelli ta’ dazju li għandu jiġi applikat (ara l-premessa 139 hawn taħt).

(123)

Fid-dawl tar-reviżjonijiet ta’ hawn fuq, l-impatt ikkalkulat tad-dazju għall-industrija tal-utenti għandha tkun bħala medja ta’ madwar 0,5 u sa 2,3 punti perċentwali biss fuq il-profitt tal-fibra tal-ħġieġ bl-użu tad-diviżjoni tal-utenti. L-impatt għalhekk għandu jkun ħafna iżgħar milli kien antiċipat fl-istadju provviżorju, jekk fil-fatt ikun sinfikanti, peress li huwa improbabbli li żieda żgħira fil-prezz bħal dik possibbilment ikkawżata mir-rati tad-dazju stabbiliti minn qabel ma tistax tiġi mgħoddija kompletament jew mill-inqas parzjalment.

(124)

Fil-fatt, f’dak li jirrigwarda l-abbiltà li jgħaddu ż-żidiet fuq il-prezzijiet, inkisbet informazzjoni mill-ilmentatur dwar l-iżvilupp tal-prezz tar-raża, spiża ewlenija oħra għall-utenti u xi kultant anke tirrappreżenta parti prinċipali tal-prezz tal-prodotti komposti finali. Skont din is-sottomissjoni, filwaqt li l-prezz tal-bejgħ tal-fibri tal-ħġieġ (il-prezz għall-utenti) kien jibqa’ stabbli għal żmien twil, il-prezz tar-raża kien irdoppja fl-istess perjodu. Iż-żieda fil-prezz tar-raża jerġa’ jkun evidenti mill-aħħar tal-2009. Minkejja dawn iż-żidiet fil-prezzijiet sinifikanti ħafna, l-utenti komplew jixtru din il-materja prima ewlenija u jbiegħu l-prodotti finali tagħhom, filwaqt li jibqgħu kompetittivi. Għalhekk huwa probabbli li huma rnexxielhom jgħaddu mill-inqas parti miż-żieda fil-prezz lill-klijenti tagħhom. Jekk din iż-żieda sinifikanti ħafna fil-prezz tista’ (parzjalment) tiġi mgħoddija lill-klijenti, m’hemm l-ebda raġuni għaliex dan ma jistax ikun il-każ b’dazju anti-dumping fuq fibri tal-ħġieġ fil-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu.

(125)

Xi partijiet qalu li ċerti utenti inklużi l-gruppi globali huma u/jew se jkunu jċaqilqu l-produzzjoni barra mill-Unjoni u dan jista’ joħloq telf ta’ impjiegi fost l-utenti tal-Unjoni; barra minn hekk, jista’ jkun hemm impatt ukoll fuq il-klijenti tal-utenti, kif ukoll fuq il-fabbrikanti tal-plastiks li jipprovdu materjal ukoll lill-utenti tal-fibri tal-ħġieġ fil-produzzjoni ta’ materjal kompost. Madankollu, din hija konsegwenza potenzjali tal-impożizzjoni ta’ dazji fuq kwalunkwe prodott intermedjarju u mhux biss fuq fibri tal-ħġieġ. Utenti downstream jistgħu japplikaw għal protezzjoni fil-qafas tal-proċeduri ta’ anti-dumping kif diġà ġara għal tessuti tal-fibri tal-ħġieġ minsuġa. Fi kwalunkwe każ, kwalunkwe minn dawn l-effetti kif qed jingħad issa jidhru limitati ħafna minħabba l-livelli ta’ dazju li għandhom jiġu applikati (ara l-premessa 139 ta’ hawn taħt).

(126)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li ħadd mill-utenti li kkooperaw fl-investigazzjoni u ssottomettew dejta ekonomika li tista’ tiġi eżaminata mill-Kummissjoni ma jissograw sopravivenza, bħala konsegwenza taż-żieda fil-prezz ikkawżata mill-miżuri proposti.

3.2.   Sigurtà tal-provvista

(127)

Diversi utenti tennew it-talba li s-sigurtà tal-provvista fis-suq tal-Unjoni kienet fil-perikolu u li l-miżuri anti-dumping komplew jaggravaw din is-sitwazzjoni. Dawn issostanzjaw it-talba tagħhom b’xi evidenza, li ndikat l-inkapaċità tal-industrija tal-Unjoni biex tiżgura provvista ta’ fibri tal-ħġieġ lill-industrija tal-utenti fil-volumi u bil-prezzijiet mitluba. Bl-istess mod, l-aċċenn tal-Kummissjoni li l-kapaċità mhux użata fl-UE kienet sinifikanti biżżejjed biex tissostitwixxi l-importazzjonijiet mir-RPĊ kien ikkunsidrat simplifikat u mhux ġustifikat.

(128)

Il-kwistjoni kompliet ġiet analizzata. Informazzjoni ġdida dwar il-volumi tal-produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità u d-domanda kienet miksuba wkoll mill-ilmentatur. L-informazzjoni hekk miksuba u analizzata kkonfermat li fil-fatt kien hemm ostakolu ta’ provvista ta’ ċerti prodotti manifatturati mill-industrija tal-Unjoni fl-ewwel nofs tal-2010, minħabba l-iskarsezza fl-istokk minħabba l-irkupru tas-suq wara l-kriżi ekonomika. Sadanittant, madankollu, u b’mod konformi mal-aspettattiva f’dan ir-rigward riflessa fir-Regolament provviżorju (premessi 145-149), iż-żieda fid-domanda tidher li ġiet stabbilizzata u ġiet pprovduta evidenza li l-fornituri tal-UE kienu żiedu b’mod sinifikanti l-produzzjoni immedjatament disponibbli tagħhom matul l-2010. Żidiet ulterjuri fil-kapaċità produttiva tal-industrija tal-Unjoni ġew imħabbra wkoll għat-terminu ta’ żmien qasir u medju fit-tul. Barra minn hekk, ġiet sottomessa wkoll prova ta’ żieda sinifikanti fil-kapaċità ta’ produzzjoni f’diversi pajjiżi produtturi oħra barra mill-Unjoni.

(129)

Id-dejta aġġornata dwar il-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni għall-ħjut kienet inqas rassikuranti u studju indipendenti tas-suq indika wkoll qagħda ta’ forniment b’mod ċar inqas favorevoli f’dak li jirrigwarda l-ħjut. Madankollu, peress li l-ħjut ġew esklużi mill-ambitu tal-prodott, din il-kwistjoni ma għandha l-ebda rilevanza ulterjuri.

(130)

Diversi utenti sostnew ukoll li xi produtturi tal-Unjoni kienu żiedu b’mod konsiderevoli l-prezzijiet ta’ ċerti prodotti immedjatament qabel il-pubblikazzjoni tar-Regolament provviżorju u kienu bdew prattika li biha tintalab żieda fil-prezzijiet meta kwantitajiet addizzjonali ġew mitluba mill-utenti. Intqal ukoll li xi produtturi tal-Unjoni kienu lesti biss għal sottoskrizzjoni f’kuntratti għal żmien qasir (inqas minn sena 1) għall-kuntrarju tal-prattika preċedenti. Ġiet ipprovduta xi evidenza dwar dan, li ġiet meqjus mill-utenti bħala indikazzjoni tal-fatt li l-industrija tal-Unjoni ma tkunx f’pożizzjoni biex tipprovdi l-kwantitajiet mitluba mis-suq bi prezzijiet raġonevoli.

(131)

F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, wara l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping, tista’ tkun mistennija xi żieda fil-prezzijiet fis-suq Unjoni. Għalhekk, huwa normali li tiġi osservata xi żieda fil-prezzijiet magħmula mill-produtturi tal-Unjoni. F’dak li jirrigwarda l-kuntratti għal żmien qasir, din hija kwistjoni bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ li mhix neċessarjament marbuta ma’ nuqqas temporanju ta’ provvista iżda tista’ tiġi spjegata permezz ta’ ħafna fatturi oħra li jaffettwaw is-suq. Fi kwalunkwe każ, kif diġà ssemma fil-premessa 128 hawn fuq, is-sitwazzjoni fir-rigward tal-provvista tal-fibri tal-ħġieġ tidher li ġiet għan-normal matul is-sena 2010. Għal dawn ir-raġunijiet, it-talbiet ta’ hawn fuq huma miċħuda.

4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(132)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-konklużjonijiet fil-premessi 150-151 tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk ikkonfermati u huwa definittivament konkluż li, fuq bilanċ, ma jeżistu ebda raġunijiet konvinċenti kontra l-impożizzjoni ta’ dazji definittivi anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ.

H.   MIŻURI DEFINITTIVI

1.   Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu

(133)

L-ilmentatur argumenta li l-profitt immirat ta’ 5 %, kif stabbilit fl-istadju provviżorju, kien eċċessivament baxx u huwa tenna l-fehma li livell ta’ bejn 12 % u 15 % kien ikun iktar ġustifikat, minħabba l-fatt li l-industrija tal-fibri tal-ħġieġ titlob investimenti kapitali kbar. Huwa sostna li dan il-livell ogħla ħafna ta’ profittabilità jkun meħtieġ biex jiġġenera redditu b’saħħtu fuq il-kapital u jippermetti investimenti ġodda. Madankollu, it-talba ta’ hawn fuq ma kinitx sostanzjata b’mod konvinċenti u huwa għalhekk konkluż li għandu jinżamm il-marġni ta’ profitt ta’ 5 % stabbilit fl-istadju provviżorju.

(134)

F’dak li jirrigwarda l-istabbiliment tal-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu, kif diġà ntqal fil-premessa 71 hawn fuq, il-bidliet fil-metodoloġija li affettwaw il-kalkolu tat-twaqqigħ fil-prezz — jiġifieri, (i) l-esklużjoni tal-ħjut, (ii) ir-raggruppament tat-tipi ta’ prodotti, u (iii) l-aġġustament għall-ispejjeż wara l-importazzjoni, ġew applikati wkoll fil-kalkolu tal-livell tad-dannu.

(135)

Sabiex jiġi eskluż il-ħjut u biex jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet ta’ kull grupp ta’ prodotti (ħjut mibruma, swiegel imqattgħa u twapet) fl-analiżi tad-dannu, il-Kummissjoni użat l-informazzjoni dettaljata finanzjarja sottomessa separatament skont it-tip ta’ prodott mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. F’dan ir-rigward, intużat id-dejta finanzjarja separata tal-gruppi ewlenin tal-prodott (ħjut mibruma, swiegel imqattgħa u twapet) minflok id-dejta globali li kienet intużat fil-kalkoli provviżorji u li inkludiet il-ħjut (ara l-premessa 155 tar-Regolament provviżorju). Il-kalkolu li jirriżulta jirrifletti aħjar is-sitwazzjoni fis-suq u jqis l-ambitu rivedut tal-prodott kif ukoll l-ispeċifitajiet tat-tipi ewlenin tal-prodotti sal-punt possibbli.

(136)

Il-bidliet ta’ hawn fuq irriżultaw f’reviżjoni konsiderevoli tal-livelli provviżorji ta’ eliminazzjoni tad-dannu.

2.   Miżuri definittivi

(137)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, huwa kkunsidrat li, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti miżuri definittivi anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat.

(138)

Peress li l-livelli ta’ eliminazzjoni tad-dannu huma issa aktar baxxi mill-marġni tad-dumping stabbiliti, il-miżuri definittivi għandhom jiġu bbażati fuq il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu.

(139)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-rata tad-dazju, espressa bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, dazju doganali mhux imħallas, huwa kif ġej:

Produttur esportatur

Dazju anti-dumping propost (%)

Changzhou New Changhai Fiberglass Co., Ltd. u Jiangsu Changhai Composite Materials Holding Co., Ltd., Tangqiao, Yaoguan Town, Changzhou City, Jiangsu

7,3

Il-kumpaniji l-oħra kollha

13,8

(140)

Ir-rata tad-dazju anti-dumping ta’ kumpanija individwali speċifikata f’dan ir-Regolament kienet stabbilita fuq il-bażi tar-riżultati ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dan tirrifletti s-sitwazzjoni li nstabet matul dik l-investigazzjoni fir-rigward tal-kumpanija kkonċernata. Din ir-rata tad-dazju (għall-kuntrarju tad-dazju fil-pajjiż kollu applikabbli għall-‘kumpaniji l-oħra kollha”) hija għaldaqstant esklussivament applikabbli għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat u magħmula mill-kumpanija msemmija. Prodotti importati magħmula minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament b’isimha u l-indirizz, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn din ir-rata u għandhom ikunu suġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-‘kumpaniji l-oħra kollha”.

(141)

Kwalunkwe talba li titlob li tiġi applikata din ir-rata ta’ dazju anti-dumping ta’ kumpanija individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda ta’ produzzjoni jew ta’ bejgħ) għandha tiġi indirizzata minnufih lill-Kummissjoni (5) bl-informazzjoni rilevanti kollha, b’mod partikolari kwalunkwe tibdil fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, bejgħ domestiku u esportat assoċjati ma’, pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Jekk xieraq, ir-Regolament imbagħad jiġi emendat kif xieraq billi tiġi aġġornata r-referenza għall-kumpanija li tibbenefika minn rata ta’ dazju individwali.

(142)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju anti-dumping, il-livell ta’ dazju fil-pajjiż kollu għandu japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma jikkooperawx iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma jkollhom l-ebda esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI.

3.   Il-ġbir definittiv ta’ dazji provviżorji

(143)

Fid-dawl tal-kobor tal-marġni ta’ dumping misjub u minħabba l-livell tad-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni, huwa meqjus neċessarju li l-ammonti garantiti permezz ta’ dazju provviżorju anti-dumping impost mir-Regolament provviżorju għandhom jinġabru definittivament sal-ammont tad-dazji definittivi imposti. Peress li l-ħjut issa huma esklużi mill-ambitu tal-prodott (ara l-premessi 13 sa 24), l-ammonti garantiti b’mod provviżorju fuq importazzjonijiet tal-ħjut għandhom jiġu rilaxxati. Peress li l-rati tad-dazju definittiv huma aktar baxxi mir-rati tad-dazju provviżorju, l-ammonti garantititi provviżorjament b’aktar mir-rata definittiva tad-dazju anti-dumping għandhom jiġu rilaxxati,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju definittiv anti-dumping huwa hawnhekk impost fuq importazzjonijiet ta’ swiegel tal-fibra tal-ħġieġ imqattgħa, ta’ tul ta’ mhux iktar minn 50 mm; fibri mibruma tal-ħġieġ minbarra fibri mibruma tal-ħġieġ li huma imdakkra u miksija u li għandhom telf ta’ tkebbis ta’ iktar minn 3 % (kif stabbilit mill-Istandard ISO 1887); u twapet magħmula minn filamenti tal-fibra tal-ħġieġ minbarra twapet tas-suf tal-ħġieġ li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7019 11 00, ex 7019 12 00 u ex 7019 31 00 (Kodiċi TARIC 7019120021, 7019120022, 7019120023, 7019120024, 7019120039, 7019310029 u 7019310099) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju definittiv anti-dumping applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Kumpanija

Dazju anti-dumping (%)

Kodiċi addizzjonali taric

Changzhou New Changhai Fiberglass Co., Ltd. u Jiangsu Changhai Composite Materials Holding Co., Ltd., Tangqiao, Yaoguan Town, Changzhou City, Jiangsu

7,3

A983

Il-kumpaniji l-oħra kollha

13,8

A999

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar dazji doganali għandhom japplikaw.

Artikolu 2

1.   L-ammonti garantiti permezz tad-dazji provviżorji anti-dumping skont ir-Regolament (UE) Nru 812/2010 fuq l-importazzjonijiet ta’ ħjut ta’ filamenti tal-fibri tal-ħġieġ, minbarra ħjut li huma mdakkra u miksija u li għandhom telf ta’ tkebbis ta’ iktar minn 3 % (kif stabbilit mill-Istandard ISO 1887) li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7019 19 10 (Kodiċi TARIC 7019191061, 7019191062, 7019191063, 7019191064, 7019191065, 7019191066 u 7019191079) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għandhom jiġu rilaxxati.

2.   Ammonti garantiti permezz tad-dazji provviżorji anti-dumping skont ir-Regolament (UE) Nru 812/2010 fuq l-importazzjonijiet tas-swiegel imqattgħa tal-fibri tal-ħġieġ, ta’ tul ta’ mhux aktar minn 50 mm; fibri mibruma tal-ħġieġ minbarra fibri mibruma tal-ħġieġ li huma imdakkra u miksija u li għandhom telf ta’ tkebbis ta’ iktar minn 3 % (kif stabbilit mill-Istandard ISO 1887); u twapet magħmula minn filamenti tal-fibra tal-ħġieġ minbarra twapet magħmula mis-suf tal-ħġieġ li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7019 11 00, ex 7019 12 00 u ex 7019 31 00 (Kodiċi TARIC 7019120021, 7019120022, 7019120023, 7019120024, 7019120039, 7019310029 u 7019310099) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għandhom jinġabru definittivament. L-ammonti garantiti b’eċċess tar-rati tad-dazju definittiv anti-dumping għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

CSÉFALVAY Z.


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 243, 16.9.2010, p. 40.

(3)  JEC Composites Magazine, No 58 June-July 2010, p. 14.

(4)  Ir-Rapport tal-Bord tad-WTO fit-tilwima: WT/DS337/R of 16 November 2007 (EU Salmon).

(5)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat H, Uffiċċju N105 04/092, 1049 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË.


Top