This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0127
Commission Regulation (EU) No 127/2011 of 11 February 2011 amending Regulation (EU) No 1017/2010 as regards the quantities covered by the standing invitations to tender for the resale on the internal market of cereals held by the Danish, French and Finnish intervention agencies
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 127/2011 tal- 11 ta’ Frar 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1017/2010 fir-rigward tal-kwantitajiet koperti mis-sejħiet permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq intern taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta' intervent Daniżi, Franċiżi u Finlandiżi
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 127/2011 tal- 11 ta’ Frar 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1017/2010 fir-rigward tal-kwantitajiet koperti mis-sejħiet permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq intern taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta' intervent Daniżi, Franċiżi u Finlandiżi
ĠU L 38, 12.2.2011, p. 26–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 10/06/2011; Imħassar b' 32011R0560
12.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/26 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 127/2011
tal-11 ta’ Frar 2011
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1017/2010 fir-rigward tal-kwantitajiet koperti mis-sejħiet permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq intern taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta' intervent Daniżi, Franċiżi u Finlandiżi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(f) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1017/2010 (2) fetaħ sejħiet permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq intern taċ-ċereali miżmuma mill-organizzazzjonijiet ta' intervent tal-Istati Membri. |
(2) |
Fid-dawl tal-qagħda tas-suq tal-qamħ komuni u tax-xgħir fl-Unjoni u tal-iżvilupp tat-talba għaċ-ċereali osservata fir-reġjuni differenti matul dawn l-aħħar ġimgħat, tirriżulta l-ħtieġa li, f'ċerti Stati Membri, isiru disponibbli kwantitajiet ġodda ta' ċereali miżmuma mill-aġenzija tal-intervent. Konsegwentement xieraq li l-organizzazzjonijiet ta' intervent ikkonċernati tal-Istati Membri jkunu awtorizzati jipproċedu fiż-żieda tal-kwantitajiet involuti fis-sejħiet għal offerti kompetittivi, għall-qamħ komuni, b'125 tunnellata għall-Finlandja u għax-xgħir, b'54 tunnellata għal Franza 33 tunnellata għad-Danimarka, filwaqt li jkun ippreċiżat li l-125 tunnellata ta' qamħ komuni miżmuma mill-Finlandja u l-54 tunnellata xgħir għall-Franza u t-33 tunnellata għad-Danimarka, jikkostitwixxu rettifikazzjoni a posteriori, wara r-regolarizzazzjoni ta' stokkijiet effettivament disponibbli fil-postijiet tal-ħżin taċ-ċentri ta' intervent u l-bejgħ ta' dawn bi prezz imraħħas waqt is-sejħiet parzjali tas-16 ta' Dċembru 2010, tat-13 ta' Jannar 2011 u tas-27 ta' Jannar 2011. |
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1017/2010 għandu jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Il-miżuri stabbiliti b’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1017/2010 qed jiġi emendat kif ġej:
a) |
il-linja li tikkonċerna lid-Danimarka għandha tkun sostitwita b'dan li ġej:
|
b) |
il-linja li tikkonċerna lil Franza għandha tkun sostitwita b'li ġej:
|
c) |
il-linja li tikkonċerna lill-Finlandja għandha tkun sostitwita b'li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Dacian CIOLOŞ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 293, 11.11.2010, p. 41.