Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0085

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 85/2011 tal- 31 ta’ Jannar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire

    ĠU L 28, 2.2.2011, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/06/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0907

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/85/oj

    2.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 28/32


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 85/2011

    tal-31 ta’ Jannar 2011

    li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 tat-12 ta' April 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11a(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-12 ta' April 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 560/2005.

    (2)

    B'kont meħud tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire, għandhom jiddaħħlu persuni u entitajiet oħra fuq il-lista tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi stabbilita fl-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 560/2005,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-persuni u l-entitajiet imsemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista stabbilita fl-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 560/2005.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu, u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. ASHTON


    (1)  ĠU L 95, 14.4.2005, p. 1.


    ANNESS

    PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1

     

    Isem (u psewdonomu possibbli)

    Karatteristiċi ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    1.

    Is-Sur Philippe Henry Dacoury-Tabley

     

    Gvernatur tal-BCEAO: persuna li tirrifjuta li toqgħod taħt l-awtorità tal-President elett b'mod demokratiku; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

    2.

    Is-Sur Denis N'Gbé

    Imwieled fis-6 ta' Settembru 1956, f'Danane;

    numru tal-passaport: PS-AE/094GD07 (jiskadi fis-26 ta' Lulju 2012)

    Diretur Nazzjonal tal-Côte d'Ivoire tal-BCEAO: persuna li tirrifjuta li toqgħod taħt l-awtorità tal-President elett b'mod demokratiku; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

    3.

    Is-Sur Ibrahim Ezzedine

    Imwieled fil-5 ta' Frar 1968, f'Bariche (il-Libanu);

    numru tal-passaport: 08AB14590 (jiskadi fl-4 ta' Ottubru 2014)

    Imprenditur; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

    4.

    Is-Sur Roland Dagher

    Imwieled fit-8 ta' Mejju 1952, f'Bamako (Mali);

    numru tal-passaporti: PD-AE/075FN01 (jiskadi fis-16 ta' Jannar 2011) 08AA15167 (jiskadi fl-1 ta' Diċembru 2013)

    Imprenditur, membru tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali: jikkontribwixxi għall-finanzjament illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

    5.

    Is-Sur Oussou Kouassi

    Imwieled fl-1 ta' Jannar 1956, f'Oumé;

    numru tal-passaporti: PD-AE/016EU09 (jiskadi fil-31 ta' Awwissu 2009)

    08AA80739 (jiskadi fit-12 ta' Lulju 2014)

    Direttur Ġenerali tal-Ekonomija: persuna li tirrifjuta li toqgħod taħt l-awtorità tal-President elett b'mod demokratiku; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

    6.

    Is-Sur Ossey Eugène Amonkou

    Imwieled fit-13 ta' Lulju 1960, f'Akoupé;

    numru tal-passaport: 04LE10026 (jiskadi fid-19 ta' Ġunju 2011)

    Direttur Ġenerali tal-Bank Nazzjonali tal-Investiment (BNI): persuna li tirrifjuta li toqgħod taħt l-awtorità tal-President elett b'mod demokratiku; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo


    B.   Entitajiet

     

    Isem (u psewdonomu possibbli)

    Karatteristiċi ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    1.

    Caisse d'Epargne de Côte d’Ivoire

    SIEGE SOCIAL

    Abidjan-Plateau, Immeuble SMGL,

    11 Avenue Joseph Anoma, 01 BP 6889 Abidjan 01 RCI Tel.: +225 20 25 43 00

    Fax: +225 20 25 53 11 SWIFT: CNCGCIAB - Email: info@caissepargne.ci

    Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo

    2.

    Banque de l'Habitat de Côte d'Ivoire (BHCI)

    22 Avenue Joseph Anoma - 01

    BP 2325 Abidjan 01 Côte d'Ivoire

    Tel.: +225 20 25 39 39

    Fax.: +225 20 22 58 18

    Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo


    Top