All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011L0083
Directive 2011/83/EU of the European Parliament and of the Council of 25 October 2011 on consumer rights, amending Council Directive 93/13/EEC and Directive 1999/44/EC of the European Parliament and of the Council and repealing Council Directive 85/577/EEC and Directive 97/7/EC of the European Parliament and of the Council Text with EEA relevance
Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64–88
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 28/05/2022
22.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/64 |
DIRETTIVA 2011/83/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Ottubru 2011
dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE tal-20 ta’ Diċembru 1985 biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mil-post tan-negozju (4) kif ukoll id-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod (5) jistipulaw għadd ta’ drittijiet kuntrattwali għall-konsumaturi. |
(2) |
Dawk id-Direttivi ġew riveduti fid-dawl tal-esperjenza bil-ħsieb li jissemplifikaw u jaġġornaw ir-regoli applikabbli, filwaqt li jneħħu inkonsistenzi u jagħlqu lakuni mhux mixtieqa fir-regoli. Dik ir-reviżjoni wriet li huwa xieraq li dawk iż-żewġ Direttivi jiġu sostitwiti minn Direttiva unika. Id-Direttiva għandha għalhekk tistipula regoli standard għall-aspetti komuni tal-kuntratti mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju li jitbiegħdu mill-istrateġija ta’ armonizzazzjoni minima fid-Direttivi ta’ qabel filwaqt li jippermettu lill-Istati Membri jippreservaw jew jadottaw regoli nazzjonali fir-rigward ta’ ċerti aspetti. |
(3) |
L-Artikolu 169(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 169(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedu li l-Unjoni tikkontribwixxi biex jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur permezz tal-miżuri li tadotta skont l-Artikolu 114 tiegħu. |
(4) |
Skont l-Artikolu 26(2) TFUE, is-suq intern għandu jinkludi żona mingħajr fruntieri interni fejn il-moviment liberu ta’ merkanzija u servizzi, u l-libertà ta’ stabbiliment huma żgurati. L-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-kuntratti tal-konsumatur mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju hija meħtieġa għall-promozzjoni ta’ suq intern realment tal-konsumatur li jsib l-aħjar bilanċ bejn livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività tal-impriżi, filwaqt li jiżgura r-rispett għall-prinċipju ta’ sussidjarjetà. |
(5) |
Il-potenzjal transkonfinali tal-bejgħ mill-bogħod, li għandu jkun wieħed mir-riżultati tanġibbli tas-suq intern, mhuwiex sfruttat bis-sħiħ. Imqabbel mat-tkabbir sinifikanti tal-bejgħ domestiku mill-bogħod matul dawn l-aħħar snin, it-tkabbir fil-bejgħ transkonfinali mill-bogħod kien limitat. Id-diskrepanza hija partikolarment sinifikanti għall-bejgħ bl-Internet li għandu potenzjal qawwi ta’ tkabbir ulterjuri. Il-potenzjal transkonfinali ta’ kuntratti nnegozjati lil hinn mill-post tan-negozju (il-bejgħ dirett) huwa mxekkel b'għadd ta’ fatturi inklużi r-regoli nazzjonali differenti tal-protezzjoni tal-konsumatur imposti fuq l-industrija. Imqabbel mat-tkabbir tal-bejgħ domestiku dirett matul dawn l-aħħr ftit snin, b'mod partikolari fis-settur tas-servizzi, pereżempju l-utilitajiet, l-għadd ta’ konsumaturi li jużaw din ir-rotta għax-xirjiet transkonfinali baqa' ma nbidilx. Meta jirreaġixxu għal opportunitajiet miżjuda f'bosta Stati Membri, intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju (inklużi kummerċjanti individwali) jew aġenti ta’ kumpaniji ta’ bejgħ dirett għandhom ikunu aktar inklinati li jfittxu opportunitajiet ta’ negozju fi Stati Membri oħra, b'mod partikolari f'reġjuni konfinali. Għalhekk l-armonizzazzjoni sħiħa tal-informazzjoni tal-konsumatur u d-dritt ta’ reċess f'kuntratt mill-bogħod u dawk li jseħħu lil hinn mill-post tan-negozju se jikkontribwixxu għal livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u għat-tħaddim aħjar tas-suq intern tan-negozju dirett lejn il-konsumatur. |
(6) |
Ċerti disparitajiet joħolqu ostakli sinifikanti tas-suq intern li jaffetwaw il-kummerċjanti u l-konsumaturi. Dawk id-disparitajiet jżidu l-ispejjeż ta’ konformità għall-kummerċjanti li jixtiequ jwettqu l-bejgħ transkonfinali ta’ oġġetti jew forniment ta’ servizzi. Il-frammentazzjoni sproporzjonata ddgħajjef ukoll il-fiduċja tal-konsumatur fis-suq intern. |
(7) |
L-armonizzazzjoni sħiħa ta’ wħud mill-aspetti regolatorji ewlenin għandha żżid konsiderevolment iċ-ċertezza legali kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-kummerċjanti. Kemm il-konsumaturi kif ukoll il-kummerċjanti għandhom ikunu jistgħu jorbtu fuq qafas regolatorju uniku bbażat fuq kunċetti legali definiti b'mod ċar li jirregolaw ċerti aspetti ta’ kuntratti fl-Unjoni tan-negozju dirett lejn il-konsumatur. L-effett ta’ tali armoniżżazzjoni għandu jkun li jinqerdu l-ostakli mnissla mill-frammentazzjoni tar-regoli u biex jitlesta s-suq intern f'dan il-qasam. Dawk l-ostakli jistgħu jinqerdu biss billi jitwaqqfu regoli uniformi fil-livell tal-Unjoni. Barra dan il-konsumaturi għandhom igawdu minn livell komuni għoli ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni kollha. |
(8) |
L-aspetti regolatorji li għandhom jiġu armonizzati għandhom jikkonċernaw biss kuntratti konklużi bejn il-kummerċjanti u l-konsumaturi. Għalhekk, din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-liġi nazzjonali fil-qasam tal-kuntratti dwar l-impjiegi, il-kuntratti dwar id-drittijiet tas-suċċessjoni, il-kuntratti dwar il-liġi tal-familja u l-kuntratti dwar it-twaqqif u l-organizzazzjoni ta’ kumpaniji jew ftehimiet ta’ soċjetajiet. |
(9) |
Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar informazzjoni li trid tingħata għall-kuntratti mill-bogħod, il-kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju u l-kuntratti differenti minn dawk mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju. Din id-Direttiva tirregola wkoll id-dritt ta’ reċess għall-kuntratti mill-bogħod u l-kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju u tarmonizza ċerti dispożizzjonijiet li jittrattaw l-eżekuzzjoni u ċerti aspetti oħrajn ta’ kuntratti tan-negozju mal-konsumatur. |
(10) |
Din id-Direttiva għanda tkun bla ħsara għar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali (Ruma I) (6). |
(11) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni relatati ma’ setturi speċifiċi, bħall-oġġetti mediċinali għall-użu mill-bniedem, l-apparat mediku, il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika, id-drittijiet tal-pazjenti għal kura tas-saħħa transkonfinali, it-tikkettar alimentari u s-suq intern fil-qasam tal-elettriku u l-gass naturali. |
(12) |
Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni previsti f'din id-Direttiva għandhom jikkompletaw ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servixxi fis-suq intern (7) u d-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (8). L-Istati Membri għandhom iżommu l-possibilita' li jimponu rekwiżiti ta’ informazzjoni oħrajn applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi stabbiliti fit-territorju tagħhom. |
(13) |
L-Istati Membri għandhom jibqgħu kompetenti, skont il-liġi tal-Unjoni, għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għal oqsma li ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Stat Membru jista' għalhekk iżomm jew jintroduċi leġislazzjoni nazzjonali li tikkorrispondi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, jew xi wħud mid-dispożizzjonijiet tagħha, dwar kuntratti li ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Pereżempju, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jestendu l-applikazzjoni tar-regoli ta’ din id-Direttiva għal persuni ġuridiċi jew għal persuni fiżiċi li mhumiex “konsumaturi” fis-sens ta’ din id-Direttiva, bħal pereżempju l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, negozji li jkunu għadhom kemm jiftħu u l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju. Bl-istess mod, l-Istati Membri jisgħtu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għal kuntratti li ma jkunux “kuntratti mill-bogħod” fis-sens ta’ din id-Direttiva, pereżempju minħabba li ma jkunux ġew konklużi f'ambitu ta’ skema ta’ bejgħ mill-bogħod organizzat jew skema ta’ forniment ta’ servizzi. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu wkoll iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali dwar kwestjonijiet li ma jkunux speċifikament ittrattati minn din id-Direttiva, bħal regoli addizzjonali dwar il-kuntratti ta’ bejgħ, inkluż fir-rigward tal-kunsinna ta’ oġġetti jew rekwiżiti għall-għoti ta’ informazzjoni matul l-eżistenza ta’ kuntratt. |
(14) |
Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-liġi nazzjonali fil-qasam tal-liġi kuntrattwali għal aspetti tal-liġi kuntrattwali li mhumiex regolati b'din id-Direttiva. Għaldaqstant, din id-Direttiva għandha tkun bla ħasara għal-liġi nazzjonali li jirregola, pereżempju, il-konklużjoni jew il-validità ta’ kuntratt (pereżempju fil-każ ta’ nuqqas ta’ kunsens). Bl-istess mod„ din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-liġi nazzjonali rigward ir-rimedji kuntrattwali leġali ġenerali, ir-regoli dwar l-ordni ekonomiku pubbliku, pereżempju r-regoli dwar prezzijiet eċċessivi jew esaġerati, u r-regoli dwar tranżazzjonijiet legali mhux etiċi. |
(15) |
Din id-Direttiva m' għandhiex tarmonizza ir-rekwiżiti lingwistiċi applikabbli għall-kuntratti tal-konsumatur. Għalhekk, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom rekwiżiti lingwistiċi rigward l-informazzjoni dwar il-kuntratti u t-termini kuntrattwali. |
(16) |
Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-leġislazzjonijiet nazzjonali dwar ir-rappreżentanza legali bħar-regoli relatati mal-persuna li qed taġixxi f'isem il-kummerċjant jew għall-interess tiegħu (bħal aġent jew trustee). L-Istati Membri għandhom jibqgħu kompetenti f'dan il-qasam. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika lill-kummerċjanti kollha, sew jekk pubbliċi jew privati. |
(17) |
Id-definizzjoni ta’ konsumatur għandha tkopri l-persuni fiżiċi li mhumiex qed jaġixxu fil-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tagħhom. Madankollu, fil-każ ta’ kuntratti għal żewġ għanijiet, fejn il-kuntratt huwa konkluż għal skopijiet parzjalment fl-ambitu jew parzjalment barra mill-ambitu tal-kummerċ ta’ persuna u l-iskop ta’ kummerċ tant huwa limitat li mhuwiex predominanti fil-kuntest kumplessiv tal-kuntratt, dik il-persuna wkoll għandha titqies bħala konsumatur. |
(18) |
Din id-Direttiva ma taffettwax il-libertà tal-Istati Membri li jiddefinixxu, f'konformita' mal-liġi tal-Unjoni, x'jikkunsidraw bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, kif dawn is-servizzi għandhom jiġu organizzati u ffinanzjati, skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, u liema obbligi speċifiċi għandhom ikunu suġġetti għalihom. |
(19) |
Kontenut diġitali tfisser id-data oġġetta u fornuta f'forma diġitali, bħall-programmi tal-kompjuter, applikazzjonijiet, logħob, vidjos jew testi indipendentement minn jekk humiex aċċessibbli permezz ta’ tniżżil, jew streaming, minn mezz tanġibbli jew permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor. Il-kuntratti għall-forniment ta’ kontenut diġitali għandhom jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. F'każ li l-kontenut diġitali jiġi fornut b'mezz tanġibbli, bħal CD jew DVD, għandhu jitqies bħala oġġetti fis-sens ta’ din id-Direttiva. Bħal ma’ jiġri f' każ ta’ kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass jew elettriku, meta ma jkunux għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa, jew fit-tisħin distrettwali, il-kuntratti dwar il-kontenut diġitali li mhux fornut b'mezz tanġibbli ma għandhom ikunu klassifikati, għall-fini ta’ din id-Direttiva, la bħala kuntratti ta’ bejgħ u lanqas kuntratti ta’ servizz. Għall-kuntratti bħal dawn, il-konsumatur għandu jkollu d-dritt ta’ reċess sakemm ma jkunx ta l-kunsens tiegħu għall-bidu tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt matul il-perjodu ta’ reċess u rrikonoxxa li, b'konsegwenza ta’ dan, se jitlef id-dritt ta’ reċess mill-kuntratt. Barra mir-rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali, il-kummerċjant għandhu jinforma lill-konsumatur dwar il-funzjonalità u l-interoperabbiltà rilevanti tal-kontenut diġitali. Il-kunċett ta’ funzjonalità għandhu jirreferi għall-modi li bihom il-kontenut diġitali jista' jintuża, pereżempju għat-traċċar tal-imġiba tal-konsumatur; għandu jirreferi wkoll għall-preżenza ta’ kwanlunkwe restrizzjoni teknika, pereżempju l-protezzjoni permezz tal-Ġestjoni tad-Drittijiet Diġitali jew tal-kodiċi reġjonali. Il-kunċett ta’ interoperabbiltà rilevanti huwa intiż li jiddeskrivi l-informazzjoni dwar l-ambjent standard tal-hardware u tas-software li miegħu l-kontenut diġitali huwa kumpatibbli, pereżempju s-sistema operattiva, il-verżjoni neċessarja u ċerti karatteristiċi tal-hardware. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-ħtieġa ta’ armonizzazzjoni ulterjuri ta’ dispożizzjonijiet fir-rigward tal-kontenut diġitali u tippreżenta, jekk ikun meħtieġ, proposta leġislattiva biex tiġi ttrattata din il-kwestjoni. |
(20) |
Id-definizzjoni ta’ kuntratt mill-bogħod għandha tkopri l-każijiet kollha fejn il-kuntratt jiġi konkluż bejn il-kummerċjant u l-konsumatur fl-ambitu ta’ skema ta’ bejgħ mill-bogħod organizzat jew skema ta’ forniment ta’ servizzi, bl-użu esklużiv ta’ mezz wieħed jew aktar ta’ komunikazzjoni ta’ distanza (pereżempju bejgħ bil-posta, Internet, telefon jew faks) saż-żmien meta l-kuntratt jiġi konkluż, u inkluż dan iż-żmien. Dik id-definizzjoni għandha wkoll tkopri sitwazzjonijiet li fihom il-konsumatur iżur il-post tan-negozju sempliċement biex jiġbor informazzjoni dwar il-oġġetti jew is-servizzi u biex sussegwentement jinnegozja u jikkonkludi l-kuntratt mill-bogħod B' kuntrast, kuntratt innegozjat fil-post tan-negozju tal-kummerċjant u fl-aħħar konkluż permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod ma għandux jitqies kuntratt mill-bogħod. Lanqas kuntratt mibdi permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod, iżda fl-aħħar konkluż fil-post tan-negozju tal-kummerċjant ma għandu jitqies bħala kuntratt mill-bogħod. Bl-istess mod, il-kunċett ta’ kuntratt mill-bogħod ma għandux jinkludi riservi li jsiru minn konsumatur permezz ta’ mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod biex jitlob il-forniment ta’ servizz minn professjonista, bħal fil-każ ta’ konsumatur li jċempel lil parrukkier biex jitlob appuntament. Il-kunċett ta’ skema ta’ bejgħ mill-bogħod organizzat jew skema ta’ forniment ta’ servizzi għandhu jinkludi dawk l-iskemi offruti minn parti terza li ma tkunx il-kummerċjant iżda użati mill-kummerċjant, bħal pjattaforma online. Madankollu, m' għandhux jkopri każijiet li fihom is-siti web joffru biss informazzjoni dwar il-kummerċjant, il-oġġetti u/jew is-servizzi tiegħu u id-dettalji ta’ kuntatt tiegħu. |
(21) |
Kuntratt li jsir lil hinn mill-post tan-negozju għandu jiġi definit bħala kuntratt konkluż mal-preżenza fiżika simultanja tal-kummerċjant u l-konsumatur, f'post li ma jkunx il-post tan-negozju tal-kummerċjant, pereżempju għand dar il-konsumatur jew fil-post tax-xogħol tiegħu. F'kuntest lil hinn mill-post tan-negozju, il-konsumatur jista' jkunu taħt pressjoni psikoloġika potenzjali jew jista' jiġi konfrontat b’ element ta’ sorpriża, indipendentement minn jekk talbux jew le ż-żjara tal-kummerċjant huma. Id-definizzjoni ta’ kuntrattlil hinn mill-post tan-negozju għandha wkoll tinkludi sitwazzjonijiet li fihom il-konsumatur huwa personalment u individwalment avviċinat f' kuntest lil hinn mill-post tan-negozju iżda l-kuntratt jiġi konkluż immedjatament wara fil-post tan-negozju tal-kummerċjant jew permezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod. Id-definizzjoni ta’ kuntrattlil hinn mill-post tan-negozju m' għandhux ikopri sitwazzjonijiet li fihom il-kummerċjanti l-ewwel imorru d-dar tal-konsumatur strettament bil-għan li jkejlu jew jagħtu stima mingħajr l-ebda impenn min-naħa tal-konsumatur u meta l-kuntratt jiġi mbagħad konkluż biss wara fil-post tan-negozju tal-kummerċjant jew permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod abbażi tal-istima tal-kummerċjant. F'dawk il-każijiet, il-kuntratt m' għandhux jiġi meqjus bħala konkluż immedjatament wara li l-kummerċjant ikun avviċina lill-konsumatur jekk il-konsumatur kellu ż-żmien biex jirrifletti dwar l-istima tal-kummerċjant qabel jikkonkludi l-kuntratt. Ix-xiri li jsir matul il-vjaġġ organiżżat mill-kummerċjant li matulu tal-oġġetti akwistati ġew promossi u offerti għal bejħ oġġettgħandu jitqies bħala kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju. |
(22) |
Il-post tan-negozju għandu jinkludi l-post fi kwalunkwe forma (bħalma huma ħwienet, posti tal-monti jew trakkijiet) li jservi bħala post permanenti jew tas-soltu ta’ negozju għall-kummerċjant. Armar tal-monti u tal-fieri għandu jiġi ttrattat bħala post tan-negozju jekk jissodisfaw din il-kundizjoni. Il-postjiet ta’ bejgħ bl-imnut fejn il-kummerċjant jiżvolġi l-attivitajiet tiegħu fuq bażi staġjonali, pereżempju matul l-istaġun turistiku f'post tal-villeġġatura tal-muntanja jew tal-baħar, għandhom jiġu meqjusa bħala postijiet tan-negozju billi l-kummerċjant iwettaq l-attivitajiet tiegħu f' dak il-post fuq bażi tas-soltu. Spazji aċċessibbli għall-pubbliku, bħat-toroq, ċentri kummerċjali, bajjiet, faċilitajiet sportivi u trasport pubbliku, li l-kummerċjant juża fuq bażi eċċezzjonali għall-attivitajiet ta’ negozju tiegħu kif ukoll djar privati jew postijiet tax-xogħol ma għandhomx jitqiesu bħala postijiet tan-negozju. Il-post tan-negozju ta’ persuna li taġixxi f'isem jew fl-interess tal-kummerċjant kif definit f'din id-Direttiva għandu jitqies bħala post tan-negozju fis-sens ta’ din id-Direttiva. |
(23) |
Il-mezzi li jservu għal żmien twil għandhom iħallu lill-konsumatur jaħżen l-informazzjoni għal perjodu ta’ żmien sakemm hu neċessarju għalih sabiex iħares l-interessi tiegħi li jirriżultaw mir-relazzjoni tiegħu mal-kummerċjat. Tali mezzi għandhom jinkludu b'mod partikolari karta, USB sticks, CD-ROMs, DVDs, kards tal-memorja jew il-hard disks tal-kompjuters kif ukoll l-posta. |
(24) |
Irkant pubbliku jimplika li l-kummerċjanti u l-konsumaturi jattendu jew jingħataw il-possibbiltà li jattendu rkant personalment. L-oġġetti jew is-servizzi huma offruti mill-kummerċjanti lill-konsumaturi permezz ta’ proċedura ta’ offerti awtorizzata bil-liġi f'ċerti Stati Membri, biex jinbiegħ oġġetti jew serviżżi f'bejgħ pubbliku. L-offerent rebbieħ huwa marbut jixtri l-oġġetti jew is-servizzi. L-użu ta’ pjattaformi online għal skopijiet ta’ rkant li huma għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi u tal-kummerċjanti ma jitqiesx bħala rkant pubbliku fis-sens ta’ din id-Direttiva. |
(25) |
Il-kuntratti relatati mat-tisħin distrettwali ma għandhomx ikunu koperti minn din id-Direttiva, bl-istess mod mal-kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass u elettriku. It-tisħin distrettwali jirreferi għall-provvista ta’ sħana, fost ħwejjeġ oħra fil-forma ta’ fwar jew misħun, minn sors ċentrali ta’ produzzjoni permezz ta’ sistema ta’ trażmissjoni u distribuzzjoni f'diversi immobbli, għal finijiet ta’ tisħin. |
(26) |
Il-kuntratti li jikkonċernaw it-trasferiment ta’ proprjetà immobbli jew tad-drittijiet fil-proprjetà immobbli jew il-ħolqien jew l-akwist ta’ tali proprjetà immobbli jew drittijiet, kuntratti għall-kostruzzjoni ta’ immobbli ġodda, għall-konverżjoni sostanzjali ta’ bini eżistenti kif ukoll kuntratti għall-kiri tal-akkomodazzjoni għall-għanijiet residenzjali huma diġà suġġetti għal numru ta’ rekwiżiti speċifiċi fil-leġislazzjoni nazzjonali. Dawk il-kuntratti jinkludu bejgħ ta’ proprjetà immobbli li għad trid tiġi żviluppata jew ix-xiri bin-nifs. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva mhumiex adegwati għal dawn il-kuntratti, li għandhom għalhekk, jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Konverżjoni sostanzjali hija konverżjoni komparabbli mal-kostruzzjoni ta’ immobbli ġdid, pereżempju fejn titħalla faċċata waħda biss ta’ bini antik. Il-kuntratti ta’ servizzi partikolarment dawk li jikkonċernaw il-kostruzzjoni ta’ annessi għall-bini (pereżempju garaxx jew veranda) u dawk li jikkonċernaw it-tiswija u r-rinnovazzjoni ta’ bini apparti dak ta’ konverżjoni sostanzjali għandhom ikunu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, kif ukoll kuntratti li jikkonċernaw servizzi ta’ aġenziji immobbiljari u kuntratti li jikkonċernaw il-kiri ta’ akkomondazzjoni mhux għal skopijiet residenzjali. |
(27) |
Is-servizzi ta’ trasport ikopru t-trasport ta’ passiġġieri u tal-oġġetti. It-trasport ta’ passiġġieri għandhu ikun eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva billi diġà huwa suġġett għal leġislazzjoni oħra tal-Unjoni, jew fil-każ tat-trasport pubbliku jew tat-taxis, għal regolamentazzjoni f'livell nazzjonali. Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jipproteġu lill-konsumaturi kontra tariffi eċċessivi għall-użu ta’ mezzi ta’ pagament jew kontra spejjeż moħbija għandhom japplikaw anki għall-kuntratti ta’ trasport ta’ passiġġieri. Fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti jew kiri ta’ karozzi li huma servizzi, il-konsumaturi għandhom jibbenefikaw mill-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ reċess. |
(28) |
Bil-għan li jiġi evitat piż amministrattiv fuq il-kummerċanti, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu ma japplikawx din id-Direttiva fil-każ li l-oġġetti jew is-servizzi ta’ valur baxx jinbiegħu lil hinn mill-post tan-negozju. Il-limitu monetarju għandu jkun stabbilit f'livell biżżejjed baxx biex jeskludu biss ix-xiri ta’ oġġetti ta’ rilevanza żgħira. L-Istati Membri jistgħu jiddefenixxu dan il-valur fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom bil-kundizzjoni li ma jaqbiżx il-EUR 50. Fejn żewġ jew aktar kuntratti b'suġġetti relatati huma konklużi fl-istess ħin min-naħa tal-konsumatur, l-ispiża totali ma għandhiex taqbeż dan il-limitu. |
(29) |
Fundamentalment, is-servizzi soċjali għandhom karatteristiċi differenti riflessi fil-leġislazzjoni speċifika għas-settur, parzjalment fil-livell tal-Unjoni u parzjalment fil-livell nazzjonali. Fost is-servizzi soċjali nsibu, minn naħa, servizzi għal persuni partikolarment żvantaġġati jew bi dħul baxx kif ukoll servizzi għal persuni u familji fil-bżonn ta’ assistenza biex jiżvolġu kompiti ta’ rutina u ta’ kuljum u, min-naħa l-oħra, servizzi għall-persuni kollha bi bżonn speċjali għal assistenza, sostenn, protezzjoni jew inkoraġġament f'fażi tal-ħajja speċifika. Fost affarijiet oħra, dawn ikopru servizzi għat-tfal u għaż-żgħażagħ, servizzi ta’ assistenza għall-familji, ġenituri waħedhom u anzjani u servizzi għall-migranti. Is-servizzi soċjali jkopru servizzi ta’ assistenza kemm għal żmien qasir kif ukoll fit-tul, pereżempju sevizzi fornuti minn servizzi ta’ assistenza d-dar jew fornuti f'istituti ta’ residenza assistita u residenzi għall-anzjani (“djar tal-kura”). Is-servizzi soċjali jinkludux biss dawk ipprovduti mill-Istat f'livell nazzjonali, reġjonali jew lokali minn fornituri inkarigati mill-Istat jew minn istituti tal-karità rikonoxxuti mill-Istat iżda wkoll dawk ipprovduti minn operaturi privati. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva mhumiex adegwati għas-servizzi soċjali u għalhekk għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. |
(30) |
Il-kura tas-saħħa teħtieġ regolamenti speċjali minħabba l-kumplessità teknika tagħha, l-importanza tagħha għas-servizzi ta’ interess ġenerali kif ukoll il-finanzjamenti pubbliċi notevoli. Il-kura tas-saħħa hija definita fid-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (9) bħala “servizzi tas-saħħa pprovduti minn professjonisti tas-saħħa lill-pazjenti biex jivvalutaw, iżommu jew ireġġgħu lura l-istat tas-saħħa tagħhom, inklużi l-preskrizzjoni, l-għoti u l-forniment ta’ oġġetti mediċinali u apparati mediċi”. professjonista tas-saħħa huwa definit f'dik id-Direttiva bħala tabib, infermiera responsabbli għall-kura ġenerali, dentist, majjistra jew spiżjar fis-sens tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (10), jew professjonista ieħor li jeżerċita attivitajiet fis-settur tal-kura tas-saħħa li huma ristretti għal professjoni regolata kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2005/36/KE, jew persuna meqjusa bħala professjonista tas-saħħa skont il-leġislazzjoni tal-Istat Membru ta’ trattament. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva mhumiex adegwati għall-kura tas-saħħa u għalhekk għandha tkun eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. |
(31) |
Il-logħob tal-azzard għandhu jkun eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-attivitajiet tal-azzard huma dawk li jinvolvu mħatri għal flus f'logħob ta’ fortuna, inklużi l-lotteriji, logħob tal-azzard fil-każinos u l-imħatri. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jadottaw miżuri differenti, anki miżuri iktar rigorużi, ta’ protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta’ dawn l-attivitajiet. |
(32) |
Il-leġislazzjoni tal-Unjoni eżistenti, fost affarijiet oħra fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatori, tal-vjaġġi kollox inkluż u tat-timeshare, fiha bosta regoli għall-ħarsien tal-konsumaturi. Għal din ir-raġuni, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti f'dawk l-oqsma. Fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, l-Istati Membri għandhom jitħeġġew jisiltu ispirazzjoni mil-leġislazzjoni eżistenti tal-Unjoni f'dak il-qasam huma u jilleġiferaw dwar oqsma li mhumiex regolamentati fil-livell tal-Unjoni, b'tali mod li tiġi garantita parità ta’ kundizzjonijiet għall-konsumaturi kollha u għall-kuntratti kollha marbutin mas-servizzi finanzjarji. |
(33) |
Il-kummerċjanti għandhom ikunu obbligati jinformaw il-konsumaturi bil-quddiem bi kwalunkwe arranġament li jirriżulta mill-konsumaturi li jħallsu depożitu lill-kummerċjant, inkluż arranġament li fih ammont jiġi mblukkat fil-karta ta’ kreditu jew debitu. |
(34) |
Il-kummerċjant għandu jagħti lill-konsumatur informazzjoni ċara u komprensibbli qabel ma l-konsumatur jintrabat b'kuntratt mill-bogħod jew kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju, kuntratt li ma jkunx kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju, jew kwalunkwe offerta korrispondenti. Bil-forniment ta’ din l-informazzjoni, il-kummerċjant għandu jikkunsidra l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ konsumaturi li huma partikolarment vulnerabbli minħabba l-infermità mentali, fiżika jew psikoloġika, età jew inġenwità tagħhom b'tali mod li l-kummerċjant jista' raġonevolment jipprevedi. Madankollu, il-kunsiderazzjoni ta’ dawn il-ħtiġijiet speċifiċi ma għandhiex twassal għal livelli differenti ta’ ħarsien tal-konsumaturi. |
(35) |
L-informazzjoni li għandha tiġi fornuta mill-kummerċjant lill-konsumatur għandha tkun mandatorja u ma tistax tkun modifikata. Madankollu l-partijiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jaqblu espressament biex jimmodifikaw il-kontenut tal-kuntratt suċċessivament konkluż, pereżempju d-dispożizzjonijiet għall-kunsinna. |
(36) |
Fil-każ ta’ kuntratti mill-bogħod, ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għandhom jiġu adattati biex jieħdu inkonsiderazzjoni l-limiti tekniċi ta’ ċerti mezzi ta’ komunikazzjoni, bħar-restrizzjonijiet tal-għadd ta’ karattri fuq ċerti skrins tat-telefons ċellulari jew il-limitu ta’ żmien fuq ir-riklami tal-bejgħ ta’ fuq it-televiżjoni. F'tali każijiet il-kummerċjant għandu jikkonforma ma’ sett minimu ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni u jirreferi l-konsumatur għal sors ieħor ta’ informazzjoni, pereżempju billi jipprovdi numru tat-telefon bla ħlas jew hypertext link għal paġna tal-web tal-kummerċjant fejn hija direttament u faċilment disponibbli l-informazzjoni relevanti. Għal dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżit ta’ informazzjoni lill-konsumatur dwar l-ispejjeż tar-ritorn tal-oġġetti li, minħabba n-natura tagħhom, ma jistgħux jiġu rritornati f'kundizzjonijiet normali bil-posta, jiġi kkunsidrat li dan ġie sodisfatt, pereżempju, jekk il-kummerċjant jispeċifika kunsinnatur (pereżempju l-kunsinnatur li lilu kien ikkummissjona l-kunsinna tal-oġġett) u l-ispiża għar-ritorn tal-oġġetti. Meta l-kummerċjant ma jistax raġonevolment jikkalkola l-ispejjeż tar-ritorn tal-oġġetti bil-quddiem, pereżempju billi mhuwiex hu li jieħu ħsieb ir-ritorn tal-oġġetti, għandu jipprovdi dikjarazzjoni li fiha jispeċifika li tali spiża tista' titħallas mill-konsumatur u li l-ammont tagħha jista' jkun għoli, flimkien ma’ stima raġonevoli tal-ispiża massimu, li tista' tkun ibbażata fuq l-ispiża tal-kunsinna lill-konsumatur. |
(37) |
Minħabba li fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, il-konsumatur ma jistax jara l-oġġetti qabel ma jikkonkludi l-kuntratt huwa għandu jkollu d-dritt ta’ reċess. Għall-istess raġuni, il-konsumatur għandu jitħalla jipprova u jispezzjona l-oġġetti li jkun xtara sal-punt meħtieġ biex jistabbilixxi n-natura, il-karatteristiċi u t-tħaddim tal-oġġetti. Għal dak li jirrigwarda l-kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju, il-konsumatur għandu jkollu d-dritt ta’ reċess minħabba l-element potenzjali ta’ sorpriża u/jew ta’ pressjoni psikoloġika. Ir-reċess mill-kuntratt għandu jittermina l-obbligu tal-partijiet kontraenti li jeżegwixxu l-kuntratt. |
(38) |
Is-siti ta’ kummerċ elettroniku għandhom jindikaw b'mod ċar u leġġibbli, almenu fil-bidu tal-proċess ta’ ordni, jekk japplikaw restrizzjonijiet għall-kunsinna u liema mezzi ta’ pagament huma aċċettati. |
(39) |
Huwa importanti li jiġi garantit li, fil-kuntratti mill-bogħod konklużi permezz ta’ siti web, il-konsumatur ikun jista' jaqra u jifhem fit-totalità tagħhom l-elementi prinċipali tal-kuntratt qabel ma jagħmel l-ordni tiegħu. Għal dak il-għan, jeħtieġ li jiġi previst f' din id-Direttiva li dawn l-elementi ikunu murija fil-viċinanza immedjata tal-konferma meħtieġa biex issir l-ordni. Huwa wkoll importanti li jiġi garantit li, f'tali sitwazzjonijiet, il-konsumatur ikun jista' jiddetermina l-mument li fih jassumi l-obbligu li jħallas lill-kummerċjant. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-attenzjoni tal-konsumatur tinġibed b'mod speċifiku, permezz ta’ formulazzjoni inekwivokabbli, dwar il-fatt li meta ssir l-ordni dan jissarraf fl-obbligu li jitħallas il-kummerċjant. |
(40) |
It-tulijiet varjanti attwali tal-perjodi ta’ reċess kemm bejn l-Istati Membri kif ukoll għal kuntratti mill-bogħod jew li jseħħu lil hinn mill-post tan-negozju jikkawżaw inċertezza legali u spejjeż ta’ konformità. L-istess perjodu ta’ reċess għandu japplika għal kuntratti kollha li jseħħu mill-bogħod jew lil hinn mill-post. Fil-każ tal-kuntratti ta’ servizz, il-perjodu ta’ reċess jiskadi wara 14-il jum mill-konklużjoni tal-kuntratt. Fil-każ tal-kuntratti ta’ bejgħ, il-perjodu ta’ reċess għandu jiskadi wara 14-il jum minn dak li fih il-konsumatur jew parti terza differenti mill-kunsinnatur u indikata mill-konsumatur jikseb il-pussess fiżiku tal-oġġetti. Barra minn dan, il-konsumatur għandu jkun jista' jeżerċita d-dritt ta’ reċess qabel ma jikseb il-pussess fiżiku tal-oġġetti. Meta l-konsumatur jordna diversi oġġetti f'ordni waħda iżda dawn huma kunsinnati separatament, il-perjodu ta’ reċess għandu jiskadi wara 14-il jum mill-jum li fih il-konsumatur jikseb il-pussess fiżiku tal-aħħar oġġett. Meta l-oġġetti huma kunsinnati f'diversi lottijiet jew biċċiet, il-perjodu ta’ reċess għandu jiskadi wara 14-il jum mill-jum li fih il-konsumatur jikseb il-pussess fiżiku tal-aħħar lott jew biċċa. |
(41) |
Biex jiżgura ċertezza legali, huwa xieraq li r-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta’ żmien (11) għandu japplika għall-kalkolu tal-perjodi f'din id-Direttiva. Għalhekk, il-perjodi kollha li hemm f'din id-Direttiva għandhom jinftiehmu bħala espressi f'jiem ta’ kalendarju. Jekk perjodu espress f'jiem għandu jkun kkalkolat mill-mument li fih isir avveniment jew titwettaq azzjoni, il-jum li fih ikun sar tali avveniment jew twettqet tali azzjoni għandhiex titqiesx inkluża fil-perjodu inkwestjoni. |
(42) |
Id-dispożizzjonijiet relatati mad-dritt ta’ reċess għandhom ikunu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet leġislattivi u regolamentari tal-Istati Membri fil-qasam tat-terminazzjoni jew non-eżegwibbiltà tal-kuntratt jew il-possibbiltà għall-konsumatur li jottempera għall-obbligi kuntrattwali tiegħu qabel it-terminu fissat fil-kuntratt. |
(43) |
Jekk il-kummerċjant ma jkunx informa l-konsumatur b'mod adegwat qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post, il-perjodu ta’ reċess għandu jiġi estiż. Minkejja dan, biex tiġi żgurata ċertezza legali fir-rigward tat-tul tal-perjodu ta’ reċess, għandu jiddaħħal perjodu ta’ limitazzjoni ta’ 12-il xahar. |
(44) |
Id-differenzi fil-modi kif huwa eżerċitat id-dritt ta’ reċess fl-Istati Membri kkawżaw spejjeż għal kummerċjanti li jbiegħu b'mod transkonfinali. L-introduzzjoni ta’ formola standard armonizzata ta’ reċess li tista' tintuża mill-konsumatur għandha tissemplifika l-proċess ta’ reċess u ġġib ċertezza legali. Għal dawn ir-raġunijiet, l-Istati Membri għandhom joqogħdu lura milli jżidu kwalunkwe rekwiżit ta’ preżentazzjoni lill-formola standard tal-Unjoni kollha pereżempju d-daqs tat-tipa. Madankollu, il-konsumatur għandu jibqa' liberu li jirreċedi bi kliemu stess, sakemm id-dikjarazzjoni tiegħu lill-kummerċjant li tistabbilixxi d-deċiżjoni tiegħu li jirreċedi mill-kuntratt tkun inekwivokabbli. Ittra, telefonata jew ir-ritorn tal-oġġetti b'dikjarazzjoni ċara jistgħu jissodisfaw dan ir-rekwiżit, iżda l-oneru tal-prova tar-reċess fi żmien it-termini stabbiliti fid-Direttiva għandu jkun fuq il-konsumatur. Għal din ir-raġuni, huwa fl-interess tal-konsumatur li jagħmel użu minn mezz li jservi għal żmien twil meta jgħarraf ir-reċess tiegħu lill-kummerċjant. |
(45) |
Minħabba li l-esperjenza turi li bosta konsumaturi u kummerċjanti jippreferu jikkomunikaw permezz tal-websajt tal-kummerċjant, għandu jkun hemm possibilità għall-kummerċjant li jagħti lill-konsumatur l-alternattiva li jimla formola ta’ reċess mill-Internet. F'dan il-każ il-kummerċjant għandu jagħti nota ta’ konferma pereżempju permezz tal-posta elettronika mingħajr dewmien. |
(46) |
Fil-każ tar-reċess tal-konsumatur mill-kuntratt, il-kummerċjant għandu jagħti rimbors tal-ħlasijiet kollha li waslulu mingħand il-konsumatur, inklużi dawk li jkopru l-ispejjeż li ġarrab il-kummerċjant biex iwassal il-oġġetti lill-konsumatur. Ir-rimbors ma għandux isir permezz ta’ vawċer, sakemm il-konsumatur ma jkunx uża vawċers għall-ewwel operazzjoni jew ikun espressament aċċetahom. Jekk il-konsumatur jagħżel espressament ċertu tip ta’ kunsinna (pereżempju kunsinna express f'24 siegħa), minkejja l-kummerċjant kien offra tip ta’ kunsinna komuni u ġeneralment aċċettat bi spejjeż tal-kunsinna iktar baxxi, id-differenza bejn l-ispejjeż taż-żewġ tipi ta’ kunsinna għandha titħallas mill-konsumatur. |
(47) |
Uħud mill-konsumaturi jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ reċess wara li jkunu użaw il-oġġetti sa tali punt li jmur lil hinn minn dak meħtieġ biex jistabbilixxu n-natura, il-karatteristiċi u t-tħaddim tal-oġġetti. F'dan il-każ il-konsumatur ma għandux jitlef id-dritt ta’ reċess, iżda għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe valur imnaqqas tal-oġġetti. Sabiex jistabbilixxi n-natura, il-karatteristiċi u t-tħaddim tal-oġġetti, il-konsumatur għandu biss joperah jew jispezzjonhom fl-istess mod kif ikun permess f'post fen isir bejħ bl-imnut. Pereżempju, il-konsumatur għandu biss jipprova artiklu ta’ lbies u mhuwiex permess li jilbsu fit-tul. B'konsegwenza, waqt il-perjodu ta’ reċess il-konsumatur għandu jopera u jispezzjona l-oġġetti b'attenzjoni xierqa. L-obbligi tal-konsumatur fil-każ ta’ reċess ma għandhomx jiskoraġġixxu lill-konsumatur milli jeżerċita d-dritt ta’ reċess tiegħu. |
(48) |
Il-konsumatur għandu jkun obbligat li jibgħat il-oġġetti mhux aktar tard minn 14-il jum wara li jkun informa lill-kummerċjant dwar id-deċiżjoni ta’ reċess mill-kuntratt. F'sitwazzjonijiet li fihom il-kummerċjant jew il-konsumatur ma jottemperax għall-obbligi relatati mal-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess, japplikaw il-penali previsti mil-leġislazzjoni nazzjonali skont din id-Direttiva kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-liġi kuntrattwali. |
(49) |
Għandhom jeżistu ċerti eċċezzjonijiet mid-dritt ta’ reċess, kemm għall-kuntratt mill-bogħof kif ukoll għal dawklil hinn mill-post tan-negozju. Id-dritt ta’ reċess aktarx ma jkunx xieraq fid-dawl, pereżempju, tan-natura tal-oġġetti jew tas-servizzi. Dan huwa l-każ pereżempju għall-inbid li jiġi fornut żmien twil wara l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ natura spekulattiva fejn il-valur jiddependi fuq il-varjazzjonijiet fis-suq (vin en primeur). Id-dritt ta’ reċess ma għandux japplika għall-oġġetti oġġetti skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew personalizzati biċ-ċar, bħall-purtieri magħmulin apposta minn ħajjat, u lanqas għall-provvista ta’ fjuwil, li huwa minn natura tagħhom beni inseparabbli mħalltin ma’ beni oħrajn wara l-kunsinna,. L-għoti ta’ dritt ta’ reċess lill-konsumatur jista' ukoll ma jkunx xieraq fil-każ ta’ ċerti servizzi li għalihom il-konklużjoni tal-kuntratt timplika li tiġi riservata kapaċità li għaliha l-kummerċjant jista' jsibha diffiċli jsib sostituzzjoni, kieku kellu jiġi eżerċitat id-dritt ta’ reċess. Dan ikun il-każ pereżempju tar-riservazzjonijiet f' lukandi jew relatati ma’ djar tal-vaganzi, avvenimenti kulturali jew sportivi. |
(50) |
Minn naħa, il-konsumatur għandu jibbenefika mid-dritt tiegħu ta’ reċess anki fil-każ li fih talab il-forniment tas-servizzi qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ reċess. Min-naħa l-oħra, jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt ta’ reċess, il-kummerċjant għandu jkun assigurat li se jitħallas adegwatament għas-servizz fornut. Il-kalkolu tal-ammont proporzjonali għandu jkun ibbażat fuq il-prezz maqbul fil-kuntratt sakemm il-konsumatur juri li l-prezz totali stess huwa sproporzjonat, u f'dan il-każ l-ammont li għandu jitħallas jiġi kkalkolat abbażi tal-valur tas-suq tas-servizz li ġie fornut. Il-valur tas-suq għandu jkun definit permezz ta’ tqabbil mal-prezz ta’ servizz ekwivalenti mogħti minn kummerċjanti oħrajn fid-data ta’ konklużjoni tal-kuntratt. Għaldaqstant, il-konsumatur għandu jitlob l-eżekuzzjoni tas-servizzi qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ reċess billi jagħmel din it-talba espliċitament u, fil-każ ta’ kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju, fuq mezz li jservi għal żmien twil. Bl-istess mod, il-kummerċjant għandu jinforma lill-konsumatur, fuq mezz li jservi għal żmien twil, bi kwalunkwe obbligu ta’ ħlas tal-ispejjeż proporzjonali korrispondenti għas-servizzi diġà fornuti. Għall-kuntratti li għandhom bħala oġġett tagħhom kemm il-oġġetti kif ukoll is-servizzi, ir-regoli dwar ir-ritorn tal-oġġetti msemmijin f'din id-Direttiva japplikaw għall-aspetti relatati mal-oġġetti filwaqt li r-reġim ta’ kumpensazzjoni għas-servizzi japplika għall-aspetti relatati mas-servizzi. |
(51) |
Id-diffikultajiet ewlenin li jiltaqgħu magħhom il-konsumaturi u wieħed mill-ikbar sorsi ta’ tilwim mal-kummerċjanti jikkonċernaw it-twassil tal-oġġetti, inklużi oġġetti li jintilfu jew isofru ħsara matul it-trasport u kunsinna li tasal tard u b'mod parzjali. Għalhekk huwa xieraq li jiġu ċċarati u armonizzati r-regoli nazzjonali dwar iż-żmien li fih għandha ssir il-kunsinna. Il-post u l-modalitajiet tal-kunsinna kif ukoll ir-regoli dwar id-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet għat-trasferiment tal-proprjetà tal-oġġetti u tal-mument li fih isir tali trasferiment għandhom jibqgħu suġġetti għal-leġislazzjoni nazzjonali u għalhekk mhumiex affettwati minn din id-Direttiva. Ir-regoli dwar il-kunsinna stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom jinkludu l-possibbiltà għall-konsumatur li jippermetti lil parti terza tikseb f'ismu l-pussess jew il-kontroll fiżiku tal-oġġetti. Huwa opportun li jitqies li l-konsumatur għandu l-kontroll tal-oġġetti meta hu jew parti terza indikata minnu għandu/ha aċċess għall-oġġetti biex jużahom bħala proprjetarju, jew il-possibbiltà li jerġa' jbigħhom (pereżempju, meta jirċievi ċ-ċwievet jew daħal fil-pussess tad-dokumenti ta’ proprjetà). |
(52) |
Fil-kuntest tal-kuntratti ta’ bejgħ, il-kunsinna tal-oġġetti tista' sseħħ f'diversi modi, jiġifieri immedjatament jew aktar tard. Jekk il-partijiet ma qablux fuq data tal-kunsinna speċifika, il-kummerċjant għandu jagħmel il-kunsinna tal-oġġetti mill-aktar fis possibbli, u f'kull każ mhux aktar tard minn 30 jum mid-data ta’ konklużjoni tal-kuntratt. Ir-regoli rigward kunsinna tard għandhom ukoll jieħdu kont tal-oġġetti li għandhom ikunu manifatturati jew miksuba apposta għall-konsumatur li ma jistgħux jerġgħu jintużaw mill-kummerċjant mingħajr telf konsiderevoli. Għalhekk, regola li tipprovdi għal perjodu raġonevoli addizzjonali ta’ żmien lill-kummerċjant f'ċerti ċirkostanzi għandhom jiġu pprovduti f'din id-Direttiva. Meta l-kummerċjant ikun naqas milli jikkunsinna l-oġġetti fil-perjodu ta’ żmien miftiehem mal-konsumatur, qabel ma l-konsumatur ikun jista' jittermina l-kuntratt, il-konsumatur għandu jitolbu lill-kummerċjant biex jagħmel il-kunsinna fil-perjodu raġonevoli addizjoni ta’ żmien u tkun intitolat li jittermina il-kuntratt jekk il-kummerċjant jonqos milli jikkunsinna l-oġġetti anke f'dak il-perjodu addizzjonali ta’ żmien. Madankollu, din ir-regola m'għandhiex tapplika meta l-kummerċjant ikun irrifjuta li jikkunsinna l-oġġetti f'dikjarazzjoni ċara. Lanqas ma għandha tapplika f'ċerti ċirkostanzi fejn il-perjodu ta’ kunsinna huwa essenzjali bħal, per eżempju, fil-każ tal-libsa tat-tieġ li għandha tingħata qabel il-tieġ. Lanqas ma għandu japplika fiċ-ċirkostanzi fejn il-konsumatur jinforma lill-kummerċjant li l-kunsinna f'data speċifikata hija essenzjali. Għal dan il-għan, il-konsumatur jista' juża d-dettalji ta’ kuntatt tal-kummerċjant mogħtija skont din id-Direttiva. F'dawn il-każijiet speċifiċi, jekk in-negozjant jonqos li jikkunsinna l-merkanzija fil-ħin, il-konsumatur għandu jkun intitolat li jittermina l-kuntratt immedjatament wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ kunsinna inizjalment miftiehem. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-mod kif il-konsumatur għandu jinnotifika lill-kummerċjant bir-rieda tiegħu li jittermina l-kuntratt. |
(53) |
Barra mid-dritt tal-konsumatur li jittermina il-kuntratt jekk il-kummerċjant ma jkunx ottempera għall-obbligi tiegħu tal-kunsinna tal-oġġettiskont din id-Direttiva, il-konsumatur jista', skont il-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli, jagħmel rikors għal rimedji oħrajn, bħal jikkonċedi perjodu ta’ żmien supplementari għall-kunsinna lill-kummerċjant, jesiġi l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, jissospendi l-pagament, u jitolb kumpens għad-danni. |
(54) |
Skont l-Artikolu 52(3) tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar servizzi fis-suq intern (12), l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprojbixxu jew jillimitaw id-dritt tal-kummerċjanti li jimponu spejjeż lill-konsumaturi b'kunsiderazzjoni tal-bżonn li titħeġġeġ il-kompetizzjoni u li jiġi promoss l-użu ta’ strumenti effiċenti ta’ pagament. Lill-kummerċjanti għandu jkun f'kull każ projbit li jiġu imposti lill-konsumaturi kummissjonijiet li jaqbżu l-ispiża mġarrba mill-kummerċjant għall-użu ta’ ċertu mezz tal-ħlas. |
(55) |
Meta l-oġġetti jintbagħtu mill-kummerċjant lill-konsumatur, jista' jinqala tilwim fil-każ ta’ telf jew ħsara, rigward il-mument li fih it-trasferiment tar-riskju seħħ. Għalhekk din id-Direttiva għandha tipprovdi li l-konsumatur ikun protett kontra kull riskju ta’ telf ta’ jew ħsara lill-oġġetti li jsiru qabel ma jakkwista l-pussess fiżiku tal-oġġetti. Il-konsumatur għandu jkun protett waqt it-trasport organizzat jew imwettaq mill-kummerċjant, anki meta l-konsumatur ikun għażel metodu ta ‘kunsinna partikolari minn firxa ta’ għażliet offruti mill-kummerċjant. Madankollu, din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għal kuntratti fejn huwa f'idejn il-konsumatur li jieħu ħsieb il-kunsinna tal-oġġetti hu stess jew fejn jitolbtrasportatur jieħu ħsieb il-kunsinna. Rigward il-mument tat-trasferiment tar-riskju, il-konsumatur għandhu jitqies li kisbu l-pussess fiżiku tal-oġġetti meta jkun irċevihom. |
(56) |
Persuni jew organizzazzjonijiet li f'għajnejn il-liġi nazzjonali għandhom interess leġittimu fil-protezzjoni tad-drittijiet kuntrattwali tal-konsumatur għandu jkollhom id-dritt li jibdew proċedimenti, jew quddiem qorti inkella quddiem awtorità amministrattiva li hi kompetenti biex tiddeċiedi dwar ilmenti jew biex jinbdew proċedimenti legali xierqa. |
(57) |
Hu meħtieġ li Stati Membri jistabbilixxu penali għal ksur ta’ din id-Direttiva u jridu jiżguraw li jiġu infurzati. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
(58) |
Il-konsumatur ma għandux jiċċaħħad mill-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva. Fejn il-liġi applikabbli għall-kuntratt hija dik ta’ pajjiż terz, għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 593/2008, sabiex jiġi determinat jekk il-konsumatur iżommx il-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva. |
(59) |
Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-partijiet interessati, għandha tinvestiga l-mod l-iktar xieraq li jiżgura li l-konsumaturi kollha jkunu konxji mid-drittijiet tagħhom fil-mument tal-bejgħ. |
(60) |
Minħabba li l-bejgħ mhux mitlub, li jikkonsisti fi provvista lil konsumaturi ta’ oġġetti jew forniment ta’ servizzi mhux mitluba, huwa pprojbit bid-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (13) iżda m'hemm previst l-ebda rimedju kuntrattwali fiha, jeħtieġ li jiġi introdott f'din id-Direttiva r-rimedju kuntrattwali ta’ eżenzjoni tal-konsumatur mill-obbligu li jipprovdu kwalunkwe konsiderazzjoni għal provvista jew forniment mhux mitlub/a. |
(61) |
Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (14) diġà tirregola komunikazzjonijiet mhux mitluba u tipprevedi livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Id-dispożizzjonijiet korrispondenti dwar l-istess kwistjoni li tinsab fid-Direttiva 97/7/KE, għalhekk, mhumiex meħtieġa. |
(62) |
Huwa xieraq li l-Kummissjoni tirrevedi din id-Direttiva jekk jiġu identifikati xi ostakli għas-suq intern. Fir-reviżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzioni partikolari lill-possibbiltajiet mogħtija lill-Istati Membri jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali speċifiċi inkluż f'ċerti oqsma tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur (15) u tad-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (16). Dik ir-reviżjoni tista' twassal għal proposta tal-Kummissjoni li temenda din id-Direttiva; dik il-propossta tista' tinkludi emendi għal leġislazzjoni oħra għall-protezzjoni tal-konsumatur li tirrifletti l-impenn tal-Istrateġija tal-Politika tal-Konsumatur tal-Kummissjoni biex tirrevedi l-acquis tal-Unjoni sabiex jintlaħaq livell għoli, komuni ta’ protezzjoni tal-konsumatur. |
(63) |
Id-Direttivi 93/13/KEE u 1999/44/KE għandhom jiġu emendati sabiex l-Istati Membri jkunu meħtieġa jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali speċifiċi f'ċerti oqsma. |
(64) |
Id-Direttivi 85/577/KEE u 97/7/KE għandhom jitħassru. |
(65) |
Billi l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri, li tikkontribwixxi għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern permezz tal-ksib ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, ma jistax jinkiseb b’ mod xieraq mill-Istati Membri u għalhekk jista' jinkiseb aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif iddefinit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan |
(66) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
(67) |
F'konformità mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil ta’ liġijiet aħjar (17), l-Istati Membri huma mħeġġa li jfasslu, għalihom stess u fl-interess tal-Unjoni, it-tabelli tagħhom, li, safejn ikun possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u biex jagħmluhom pubbliċi, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
SUĠĠETT, DEFINIZZJONIJIET U KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Artikolu 1
Suġġett
L-għan ta’ din id-Direttiva huwa, permezz tal-ksib ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, li tikkontribwixxi għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern billi tagħmel approssimazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar kuntratti konklużi bejn konsumaturi u kummerċjanti.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għan ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, f'kuntratti koperti minn din id-Direttiva, tkun qiegħda taġixxi għal skopijiet li jkunu lil hinn mis-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha; |
(2) |
“kummerċjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew kwalunkwe persuna ġuridika, indipendentement mill-fatt li tkun suġġett pubbliku jew privat, li taġixxi, anki permezz ta’ persuna li tkun qed taġixxi f'isimha jew għall-interessi tagħha, għall-iskopijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha fil-kuntatti koperti minn din id-Direttiva; |
(3) |
“oġġetti” tfisser kwalunkwe oġġett tanġibbli mobbli, bl-eċċezzjoni tal-oġġetti mibjugħa permezz ta’ eżekuzzjoni jew b'mod ieħor bl-awtorità tal-liġi; jidħlu fost l-“oġġetti” koperti minn din id-Direttiva l-ilma, il-gass u l-elettriku fejn huma għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa; |
(4) |
“oġġett li sar skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur” tfisser kwalunkwe oġġett li ma ġiex prefabbrikat u sar fuq il-bażi ta’ għażla jew deċiżjoni individwali tal-konsumatur; |
(5) |
“kuntratt ta’ bejgħ” tfisser kwalunkwe kuntratt li permezz tiegħu l-kummerċjant jittrasferixxi jew jimpenja ruħu li jittrasferixxi l-proprjetà ta’ oġġetti lil konsumatur u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz ta’ dan, inkluż kwalunkwe kuntratt li għandu bħala l-oġġett tiegħu kemm l-oġġetti kif ukoll is-servizzi; |
(6) |
“kuntratt ta’ servizz” tfisser kwalunkwe kuntratt li mhuwiex kuntratt ta’ bejgħ li abbażi tiegħu l-kummerċjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni servizz lill-konsumatur u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz ta’ dan; |
(7) |
“kuntratt mill-bogħod” tfisser kwalunkwe kuntratt konkluż bejn il-kummerċjant u il-konsumatur fil-qafas ta’ skema ta’ bejgħ mill-bogħod organizzat jew skema ta’ forniment ta’ servizzi, mingħajr il-preżenza simultanja u fiżika tal-kummerċjant u l-konsumatur, bl-użu esklużiv ta’ mezz wieħed jew iktar tal-komunikazzjoni mill-bogħod, sal-konklużjoni tal-kuntratt, inkluża l-konklużjoni tal-kuntratt stess; |
(8) |
“kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju” tfisser kwalunkwe kuntratt bejn il-kummerċjant u il-konsumatur:
|
(9) |
“post tan-negozju” tfisser:
|
(10) |
“mezz li jservi għal żmien twil” tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-konsumatur jew il-kummerċjant li jaħżen informazzjoni personalment indirizzata lilu b'mod aċċessibbli għal referenza futura għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-iskopijiet tal-informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna; |
(11) |
“kontenut diġitali” tfisser data oġġetta u fornuta f'format diġitali; |
(12) |
“servizz finanzjarju” tfisser kwalunkwe servizz ta’ natura bankarja, ta’ kreditu, ta’ assigurazzjoni, ta’ pensjoni personali, ta’ investiment jew ta’ ħlas; |
(13) |
“irkant pubbliku” tfisser metodu ta’ bejgħ fejn oġġetti u servizzi huma offruti mill-kummerċjant lill-konsumaturi, li jattendu jew jingħataw il-possibilità li jattendu l-irkant fiżikament, permezz ta’ proċedura trasparenti kompetittiva ta’ offerti mmexxija minn irkantatur u fejn l-offerent rebbieħ huwa obbligat li jixtri l-oġġetti jew is-servizzi; |
(14) |
“garanzija kummerċjali” tfisser kwalunkwe impenn mill-kummerċjant jew minn produttur (il-“garanti”) lill-konsumatur, flimkien mal-obbligi tal-liġi dwar il-garanzija ta’ konformità, ta’ rimbors tal-prezz imħallas jew ta’ sostituzzjoni, tiswija jew manutenzjoni ta’ oġġetti fi kwalunkwe mod jekk ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet jew kwalunkwe rekwiżit ieħor mhux relatat mal-konformità, stipulati fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-riklamar relevanti disponibbli fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, jew qablu; |
(15) |
“kuntratt anċillari” tfisser kuntratt li bih il-konsumatur jakkwista oġġetti jew servizzi relatati ma’ kuntratt mill-bogħod jew kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju u fejn dawk l-oġġetti jiġu pprovduti jew is-servizzi jiġu fornuti mill-kummerċjant jew minn parti terza fuq il-bażi ta’ arranġament bejn dik il-parti terza u l-kummerċjant. |
Artikolu 3
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Din id-Direttiva għandha tapplika, skont il-kundizzjonijiet u sal-punt stipulati fid-dispożizzjonijiet tagħha, għal kwalunkwe kuntratt konkluż bejn kummerċjant u konsumatur. Hija wkoll applikabbli għall-kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass, elettriku jew tisħin distrettwali, inkluż min-naħa tal-fornituri pubbliċi, sal-punt li dawn l-oġġetti ta’ bażi huma fornuti fuq bażi kuntrattwali.
2. F' każ ta’ kunflitt bejn kwalunkwe dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva u dispożizzjoni ta’ att ieħor tal-Unjoni li jirregola setturi speċifiċi, id-dispożizzjoni tal-att l-ieħor tal-Unjoni tirbaħ u għandha tapplika lil tali setturi speċifiċi.
3. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti:
(a) |
għas-servizzi soċjali, inklużi l-akkomodazzjoni soċjali, l-assistenza għat-tfal u l-appoġġ għall-familji u għall-persuni temporanjament jew permanentement fil-bżonn, inkluża l-assistenza fit-tul; |
(b) |
għall-kura tas-saħħa kif definita fil punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2011/24/UE, anki jekk tkun ipprovduta permezz ta’ faċilitajiet tal-kura tas-saħħa; |
(c) |
għall-attivitajiet tal-azzard, li jinvolvu mħatri għal flus f'logħob ta’ fortuna, inklużi l-lotteriji, logħob tal-azzard fil-każinos u l-imħatri; |
(d) |
għas-servizzi finanzjarji; |
(e) |
għall-ħolqien, l-akkwist jew it-trasferiment ta’ proprjetà immobbli jew tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli; |
(f) |
għall-kostruzzjoni ta’ bini ġdid, it-trasformazzjoni sostanzjali ta’ bini eżistenti u għall-kiri ta’ akkomodazzjoni għal skop residenzjali; |
(g) |
li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (18); |
(h) |
li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju (19); |
(i) |
li, skont il-liġijiet tal-Istati Membri, huma stabbiliti bl-intervent ta’ uffiċjali pubbliku, obbligat mil-liġi li jkun indipendenti u imparzjali, li għandu jiggarantixxi, billi jipprovdi informazzjoni ġuridika kompluta, li l-konsumatur jikkonkludi l-kuntratt fuq il-bażi biss ta’ deċiżjoni ġuridika għaqlija u bil-għarfien tar-rilevanza ġuridika tagħha; |
(j) |
ta' provvista ta’ ikel, xorb u oġġetti oħra intiżi għall-konsum kurrenti fil-familja u fiżikament fornuti minn kummerċjant f'dawriet frekwenti u regolari fid-djar, residenzi jew post tax-xogħol tal-konsumatur; |
(k) |
ta' servizzi tat-trasport ta’ passeġġieri, għajr għall-Artikolu 8(2) u l-Artikoli 19 u 22; |
(l) |
konklużi permezz ta’ magni awtomatiċi tal-bejgħ jew bini kummerċjali awtomatizzat; |
(m) |
konklużi mal-operaturi tat-telekomunikazzjonijiet permezz ta’ telefons pubbliċi bi ħlas għall-użu tagħhom jew konklużi għall-użu ta’ kollegament wieħed biss permezz tat-telefon, Internet jew fax, stabbilit minn konsumatur. |
4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx din id-Direttiva jew li ma jżommux u lanqas jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali korrispondenti għall-kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju li għalihom il-pagament li l-konsumatur għandu jħallas ma jkunu aktar minn EUR 50. L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu valur aktar baxx fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom.
5. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-liġi kuntrattwali ġenerali nazzjonali, bħar-regoli dwar il-validità, il-formazzjoni jew l-effett ta’ kuntratt, sakemm l-aspetti relatati mal-liġi kuntrattwali ġenerali mhumiex regolati minn din id-Direttiva.
6. Din id-Direttiva ma għandhiex timpedixxi lill-kummerċjanti milli joffru lill-konsumaturi arranġamenti kuntrattwali li jmorru lil hinn mill-protezzjoni prevista minn din id-Direttiva.
Artikolu 4
Livell ta’ armonizzjoni
L-Istati Membri m' għandhomx jippreservaw jew jintroduċu, fil-liġi nazzjonali tagħhom, dispożizzjonijiet diverġenti minn dawk stipulati f'din id-Direttiva, inklużi dispożizzjonijiet iktar jew inqas strinġenti biex jiżguraw livell differenti ta’ protezzjoni tal-konsumatur, sakemm din id-Direttiva ma tipprovdix mod ieħor.
KAPITOLU II
INFORMAZZJONI GĦALL-KONSUMATUR DWAR IL-KUNTRATTI LI MHUMIEX KUNTRATTI MILL-BOGĦOD JEW LIL HINN MILL-POST TAN-NEGOZJU
Artikolu 5
Rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-kuntratti li mhumiex kuntratti mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju
1. Qabel ma l-konsumatur jintrabat b'kuntratt li mhuwiex kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju, jew bi kwalunkwe offerta korrispondenti, il-kummerċjant għandu jagħti lill-konsumatur l-informazzjoni li ġejja b'mod ċar u komprensibbli, jekk dik l-imformazzjoni mhijiex diġà evidenti mill-kuntest:
(a) |
il-karatteristiċi prinċipali tal-oġġett jew tas-servizzi, safejn xieraq għall-mezz u għall-oġġett jew is-servizzi; |
(b) |
l-identità tal-kummerċjant, bħall-isem kummerċjali tiegħu, l-indirizz ġeografiku li fih huwa stabbilit u n-numru tat-telefon; |
(c) |
il-prezz totali tal-oġġetti jew is-servizzi inklużi t-taxxi, jew fejn in-natura tal-oġġetti jew tas-servizzi hija tali li l-prezz ma jistax b'mod raġonevoli jiġi kkalkolat minn qabel, il-mod li bih il-prezz għandhu jiġi kkalkolat, kif ukoll, fejn hu applikabbli, kull imposta addizzjonali għat-trasport ta’ merkanzija, ghall-kunsinna jew għall-posta jew jew, fejn dawk l-imposti ma jistgħux jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, il-fatt li tali imposti addizzjonali jistgħu jkunu dovuti; |
(d) |
fejn hu applikabbli, l-arranġamenti għall-ħlas, kunsinna, eżekuzzjoni, id-data sa meta l-kummerċjant jimpenja ruħu li jikkunsinna l-oġġetti jew jagħti servizz, u l-politika tal-kummerċjant tal-ġestjoni tal-ilmenti; |
(e) |
flimkien ma’ tfakkira tal-eżistenza ta’ garanzija legali ta’ konformità għall-oġġetti u l-kundizzjonijiet ta’ servizzi ta’ wara l-bejgħ u garanziji kummerċjali, fejn applikabbli; |
(f) |
it-tul ta’ żmien tal-kuntratt fejn applikabbli, jew, jekk il-kuntratt huwa għal żmien indeterminat jew kuntratt li jiġġedded awtomatika, il-kundizzjonijiet biex ittemm il-kuntratt; |
(g) |
fejn hu applikabbli, il-funzjonalità, inklużi l-miżuri tekniċi applikabbli ta’ protezzjoni tal-kontenut diġitali; |
(h) |
fejn applikabbli, kwalunkwe interoperabbiltà rilevanti tal-kontenut diġitali bil-hardware u s-software, li jkun jaf bihom il-kummerċjant jew mistenni jkun jaf bihom raġonevolment. |
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika anki għall-kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass u elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa, għat-tisħin distrettwali u għall-kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli.
3. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu meħtieġa japplikaw il-paragrafu 1 għall-kuntratti li jinvolvu tranżazzjonijiet ta’ kuljum u li huma eżegwiti immedjatament fil-mument tal-konklużjoni tagħhom.
4. L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu rekwiżiti addizzjonali ta’ informazzjoni pre-kuntrattwali għal-kuntratti li japplika għalihom dan l-Artikolu.
KAPITOLU III
IINFORMAZZJONI TAL-KONSUMATUR U DRITT TA' REĊESS GĦAL KUNTRATTI MILL-BOGĦOD U LIL HINN MILL-POST TAN-NEGOZJU
Artikolu 6
Rekwiżiti ta’ informazzjoni għal kuntratti mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju
1. Qabel ma l-konsumatur jintrabat b’ kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju, jew bi kwanlunkwe offerta korrispondenti, il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur l-informazzjoni li ġejja b'mod ċar u komprensibbli:
(a) |
il-karatteristiċi prinċipali tal-oġġetti jew tas-servizzi, safejn xieraq għall-mezz u għall-oġġett jew is-servizzi; |
(b) |
l-identità tal-kummerċjant, bħall-isem kummerċjali tiegħu; |
(c) |
l-indirizz ġeografiku fejn il-kummerċjant huwa stabbilit u n-numru tat-telefon, tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu, fejn ikun disponibbli, biex il-konsumatur ikun jista' jagħmel kuntatt malajr mal-kummerċjant u jikkomunika b'mod effikaċi miegħu u, jekk applikabbli, l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant li f'ismu jkun qed jaġixxi; |
(d) |
jekk differenti mill-indirizz ipprovdut skont il-punt (c), l-indirizz ġeografiku tal-post tan-negozju tal-kummerċjant, u fejn applikabbli dak tal-kummerċjant li f'ismu qed jaġixxi, fejn il-konsumatur jista' jirreferi kwalunkwe lment; |
(e) |
il-prezz totali tal-oġġetti jew servizzi inklużi t-taxxi, jew fejn in-natura tal-oġġetti jew tas-servizzi hija tali li l-prezz ma jistax b'mod raġonevoli jiġi kkalkolat minn qabel, il-mod li bih il-prezz għandhu jiġi kkalkolat, kif ukoll, fejn hu applikabbli, kull imposta addizzjonali għat-trasport ta’ merkanzija, ghall-kunsinna jew għall-posta jew kwalunkwe spejjeż oħra jew, fejn dawk l-imposti ma jistgħux jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, il-fatt li tali imposti addizzjonali jistgħu jkunu dovuti. Fil-każ ta’ kuntratt għal żmien indeterminat jew ta’ kuntratt li jkun fih abbonament, il-prezz totali għandu jinkludi l-ispejjeż totali għall-perjodu ta’ kontijiet. Meta l-ħlas għal tali kuntratti jkun tariffa fissa, il-prezz totali għandu jkun ekwivalenti anki għall-ispejjeż totali ta’ kull xahar. Jekk l-ispejjeż totali ma jkunux jistgħu jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, għandhom jiġu pprovduti l-modalitajiet ta’ kalkolu tal-prezz; |
(f) |
l-ispiża tal-użu tal-mezz tal-komunikazzjoni mill-bogħod għall-konklużjoni tal-kuntratt meta tali kost huwa kkalkolat fuq bażi differenti mit-tariffa bażika; |
(g) |
l-arranġamenti għall-ħlas, kunsinna, eżekuzzjoni, id-data sa meta l-kummerċjanti jimpenja ruħu jikkunsinna l-oġġetti jew jagħti s-servizzi u, jekk ikun il-każ, il-politika ta’ ġestjoni tal-ilmenti tal-kummerċjant; |
(h) |
f'każ li jeżisti dritt ta’ reċess, il-kundizzjonijiet, it-termini u l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ tali dritt skont l-Artikolu 11(1), kif ukoll il-formola standard ta’ reċess stabbilita fl-Anness I(B); |
(i) |
fejn applikabbli, li l-konsumatur ikollu jġarrab l-ispejjeż tar-ritorn tal-oġġetti fil-każ ta’ reċess u, għall-kuntratti mill-bogħod, jekk il-oġġetti, minħabba n-natura tagħhom, ma jistgħux jiġu rritornati normalment bil-posta, l-ispiża tar-ritorn tal-oġġetti; |
(j) |
li, jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt ta’ reċess wara li kien għamel talba skont l-Artikolu 7(3) jew l-Artikolu 8(8), il-konsumatur għandu jkun responsabbli li jħallas lill-kummerċjant l-ispejjeż raġonevoli skont l-Artikolu 14(3); |
(k) |
fejn dritt ta’ reċess mhuwiex previst skont l-Artikolu 16, l-informazzjoni li l-konsumatur mhuwiex se jibbenefika minn dritt ta’ reċess jew, jekk ikun il-każ, iċ-ċirkostanzi li fihom il-konsumatur jitlef id-dritt ta’ reċess; |
(l) |
tfakkira tal-eżistenza ta’ garanzija legali ta’ konformità għall-oġġetti; |
(m) |
fejn applikabbli, l-eżistenza u l-kundizzjonijiet ta’ servizzi ta’ wara l-bejgħ għall-klijenti, servizzi ta’ wara l-bejgħ u garanziji kummerċjali; |
(n) |
l-eżistenza ta’ kodiċijiet ta’ kondotta, kif definit fil-punt (f) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2005/29/KE, rilevanti u kif jistgħu jinkisbu kopji tagħhom, fejn applikabbli; |
(o) |
it-tul ta’ żmien tal-kuntratt fejn applikabbli jew jekk il-kuntratt huwa għal żmien indeterminat jew kuntratt li jiġġedded awtomatikament, il-kundizzjonijiet biex ittemm il-kuntratt; |
(p) |
fejn applikabbli, iż-żmien minimu tal-obbligi tal-konsumatur skont il-kuntratt; |
(q) |
fejn applikabbli, l-eżistenza u l-kundizzjonijiet ta’ depożiti jew garanziji finanzjarji oħra li għandhom jitħallsu jew jingħataw mill-konsumatur fuq talba tal-kummerċjant; |
(r) |
fejn applikabbli, l-funzjonalità, inklużi l-miżuri tekniċi applikabbli ta’ protezzjoni tal-kontenut diġitali; |
(s) |
fejn applikabbli, kwalunkwe interoperabbiltà rilevanti tal-kontenut diġitali bil-hardware u s-software, li jkun jaf bihom il-kummerċjant jew mistenni jkun jaf bihom raġonevolment; |
(t) |
fejn applikabbli, il-possibbiltà ta’ rikors għal proċedura extraġudizzjarja ta’ lment jew ta’ rimedju li huwa suġġett għaliha l-kummerċjant kif ukoll il-metodi għall-aċċess għaliha. |
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika anki għall-kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass u elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa, għat-tisħin distrettwali jew għall-kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli.
3. Fil-każ ta’ rkant pubbliku, l-informazzjoni msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1 tista' tiġi sostitwita b'dettalji ekwivalenti għall-irkantatur.
4. L-informazzjoni msemmija fil-punti (h), (i) u (j) tal-paragrafu 1 tista' tkun ipprovduta permezz tal-formola tal-istruzzjonijiet dwar ir-reċess stabbilita fl-Anness I(A). Il-kummerċjant ikun issodisfa r-rekwiżiti ta’ informazzjoni fil-punti (h), (i) u (j) tal-paragrafu 1 jekk ikun ippreżenta dawn l-istruzzjonijiet lill-konsumatur mimlija kif suppost.
5. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tifforma parti integrali tal-kuntratti mill-bogħod jew dawk lil hinn mill-post tan-negozju u ma għandhiex tkun modifikata għajr jekk mhux bil-ftehim espliċitu tal-partijiet kuntrattwali.
6. Jekk il-kummerċjant ma jottemperax għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar l-ispejjeż addizzjonali jew spejjeż oħrajn imsemmijin fil-punt (e) tal-paragrafu 1, jew dwar l-ispejjeż tar-ritorn tal-oġġetti msemmijin fil-punti (i) tal-paragrafu 1, il-konsumatur ma għandux iġarrab dawk l-impostijew spejjeż addizzjonali.
7. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom rekwiżiti lingwistiċi dwar l-informazzjoni kuntrattwali, biex jiggarantixxi li tali informazzjoni tinftiehem faċilment mill-konsumatur.
8. Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva jiżdiedu mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni li jinsabu fid-Direttiva 2006/123/KE u d-Direttiva 2000/31/KE u ma jimpedixxux lill-Istati Membri milli jimponu rekwiżiti ta’ informazzjoni supplementari skont dawk id-Direttivi.
Bla ħsara għall-ewwel subparagrafu, f'każ ta’ kunflitt bejn dispożizzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE u tad-Direttiva 2000/31/KE dwar il-kontenut u l-modalitajiet li bihom l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta u dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva, għandha tirbaħ din id-Direttiva.
9. Fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati f'dan il-Kapitolu, l-oneru tal-prova għandu jkun fuq il-kummerċjant.
Artikolu 7
Rekwiżiti formali għal kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju
1. Fir-rigward ta’ kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju, il-kummerċjant għandu jagħti l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 6(1) lill-konsumatur fuq karta jew jekk il-konsumatur jaqbel, fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil. Dik l-informazzjoni għandha tkun leġġibbli u ppreżentata b'lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem.
2. Il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur b'kopja tal-kuntratt iffirmat jew il-konferma tal-kuntratt fuq karta jew, jekk il-konsumatur jaqbel, fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil, inkluża, jekk ikun il-każ, il-konferma tal-kunsens magħmul espressament u minn qablel u tal-avviż ta’ riċeviment tal-konsumatur skont il-punt (m) tal-Artikolu 16.
3. Fejn konsumatur irid li l-għoti tas-servizzi jew il-provvista ta’ ilma, gass, elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa, jew it-tisħin distrettwali jibda matul il-perjodu ta’ reċess previst mill-Artikolu 9(2), il-kummerċjant għandu jesiġi li l-konsumatur jagħmel din it-talba espliċita fuq mezz li jservi għal żmien twil.
4. Għall-kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju li fihom il-konsumatur talab espliċitament is-servizzi tal-kummerċjant għall-iskopijiet tat-twettiq tat-tiswijiet jew manutenzjoni li għalihom il-kummerċjant u l-konsumatur jottemperaw immedjatament għall-obbbligi kuntrattwali tagħhom u l-ammont li għandu jħallas il-konsumatur ma jaqbiżx il-EUR 200:
(a) |
il-kummerċjanti għandu jipprovdi lill-konsumatur bl-informazzjoni msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 6(1) u l-informazzjoni dwar il-prezz u l-modalitajiet ta’ kalkolu tal-prezz, flimkien ma’ stima tal-prezz totali, fuq karta jew, jekk il-konsumatur jaqbel, fuq mezz li jservi għal żmien twil ieħor. Il-kummerċjant għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (h) u (k) tal-Artikolu 6(1), iżda jista' jagħżel li ma jipprovdihiex fuq karta jew fuq mezz li jservi għal żmien twil ieħor jekk il-konsumatur jaqbel espressament; |
(b) |
il-konferma tal-kuntratt prevista skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun fiha l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 6(1). |
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan il-paragrafu
5. L-Istati Membri ma għandhom jimponu l-ebda rekwiżit formali ulterjuri ta’ informazzjoni prekuntrattwali biex jiġu ssodisfatti l-obbligi ta’ informazzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva.
Artikolu 8
Rekwiżiti formali għal kuntratti mill-bogħod
1. Fir-rigward ta’ kuntratti mill-bogħod, il-kummerċjant għandu jagħti l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 6(1) lill-konsumatur jew jagħmel dik l-informazzjoni disponibblif'mod adegwat għall-mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod użat b'lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem. Sakemm dik l-informazzjoni tiġi pprovduta fuq mezz li jservi għal żmien twil, hija għandha tkun leġġibbli.
2. Jekk kuntratt mill-bogħod li għandu jiġi konkluż b'mezzi elettroniċi jimponi lill-konsumatur l-obbligu li jħallas, il-kummerċjant jgħarrfu b'mod ċar u evidenti bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1) punti (a), (e), (o) u (p), immedjatament qabel ma l-konsumatur jagħmel l-ordni.
Il-kummerċjant għandu jiggarantixxi li, meta ssir l-ordni, il-konsumatur jirrikonoxxi espliċitament li l-ordni timplika l-obbligu ta’ pagament. Jekk biex issir l-ordni jfisser li tiġi azzjonata buttuna jew funzjoni simili, il-buttuna jew il-funzjoni simili għandhom juru b'mod faċilment leġġibili l-kliem “ordni b'obbligu ta’ pagament” biss jew formulazzjoni korrispondenti inekwivokabbli li tindika li l-fatt li saret l-ordni jimplika obbligu li jsir pagament lill-kummerċjant. Jekk il-kummerċjant ma osservax dan is-subparagrafu, il-konsumatur ma għandux ikun marbut bil-kuntratt jew bl-ordni.
3. Is-siti ta’ kummerċ elettroniku għandhom jindikaw b'mod ċar u leġġibbli, tal-anqas fil-bidu tal-proċess tal-ordni, jekk japplikaw restrizzjonijiet għall-kunsinna u liema mezzi ta’ pagament huma aċċettati.
4. Jekk il-kuntratt jiġi konkluż permezz ta’ mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li jippermetti spazju jew ħin limitat biex tintwera l-informazzjoni, il-kummerċjant għandu jipprovdi, fuq dak il-mezz partikolari qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt bħal dan, tal-anqas l-informazzjoni prekuntrattwali dwar il-karatteristiċi prinċipali tal-oġġetti jew tas-servizzi, l-identità tal-kummerċjant, il-prezz totali, id-dritt ta’ reċess, it-tul ta’ żmien tal-kuntratt u, fil-każ ta’ kuntratti għal żmien indeterminat, il-kundizzjonijiet ta’ terminazzjoni tal-kuntratt, konformement mal-Artikolu 6(1), punti (a), (b), (e), (h) u (o). L-informazzjoni l-oħra msemmija fl-Artikolu 6(1) għandha tingħata mill-kummerċjant lill-konsumatur f'mod xieraq skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
5. Bla ħsara għall-paragrafu 4, jekk il-kummerċjant iċempel lill-konsumatur bil-għan li jikkonkludi kuntratt mill-bogħod, huwa għandu, fil-bidu tal-konversazzjoni mal-konsumatur, jiżvela l-identità tiegħu u, jekk applikabbli, l-identità ta’ dik il-peruna li f'isimha qed jagħmel it-telefonata, kif ukoll l-iskop kummerċjali tat-telefonata.
6. Meta kuntratt mill-bogħod jiġi konkluż bit-telefon, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-kummerċjant għandu jikkonferma l-offerta lill-konsumatur, li huwa marbut biss ladarba jiffirma l-offerta jew ikun bagħat il-kunsens tiegħu bil-miktub. L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprevedu li tali konfermi għandhom isiru b'mezz li jservi għal żmien twil.
7. Il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur bil-konferma tal-kuntratt konkluż f'mezz li jservi għal żmien twil, fi żmien raġonevoli wara l-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod, u mhux iktar tard mill-kunsinna tal-oġġetti jew qabel ma tibda l-eżekuzzjoni tas-servizz. Dik il-konferma għandha tinkludi:
(a) |
l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 6(1) ħlief jekk il-kummerċjant diġà ta dik l-informazzjoni lill-konsumatur f'mezz li jservi fit-tul qabel il-konklużjoni tal-kuntratt mill-bogħod, u |
(b) |
fejn applikabbli, il-konferma tal-kunsens espliċitu minn qabel tal-konsumatur u tal-avviż ta’ riċeviment tal-konsumatur skont il-punt (m) tal-Artikolu 16. |
8. Jekk konsumatur irid li l-għoti tas-servizzi jew il-provvista ta’ ilma, gass, elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa, jew it-tisħin distrettwali jibda matul il-perjodu ta’ reċess previst mill-Artikolu 9(2), il-kummerċjant għandu jesiġi li l-konsumatur jagħmel it-talba espressament.
9. Dan l-Artikolu għandu jkun bla ħsara għad-dispożizzjonijiet dwar il-konklużjoni ta’ kuntratti elettroniċi u t-tqegħid ta’ ordnijiet permezz ta’ mezzi elettroniċi stipulat fl-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva 2000/31/KE.
10. L-Istati Membri ma għandhom jimponu l-ebda rekwiżit formali ulterjuri ta’ informazzjoni prekuntrattwali biex jiġu ssodisfatti l-obbligi ta’ informazzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva.
Artikolu 9
Dritt ta’ reċess
1. Ħlief fejn japplikaw l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 16, il-konsumatur għandu jkollu perjodu ta’ 14-il jum biex jirreċedi minn kuntratt mill-bogħod jewlil hinn mill-post tan-negozju, mingħajr ma jagħti raġuni, u mingħajr ma jġarrab spejjeż differenti minn dawk previsti fl-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 14.
2. Bla ħsara għall-Artikolu 10, il-perjodu ta’ reċess imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiskadi wara 14-il jum li jiddekorru:
(a) |
fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizz, mill-jum tal-konklużjoni tal-kuntratt; |
(b) |
fil-każ ta’ kuntratti ta’ bejgħ, mill-jum li fih il-konsumatur jew parti terza minbarra l-kunsinnatur u indikata mill-konsumatur jikseb il-pussess fiżiku tal-oġġetti jew:
|
(c) |
fil-każ ta’ kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass u elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa, għat-tisħin distrettwali jew għall-kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli, mill-jum tal-konklużjoni tal-kuntratt. |
3. L-Istati membri ma għandhomx jipprojbixxu l-partijiet kuntrattwali milli jwettqu l-obbligi kuntrattwali tagħhom matul il-perjodu ta’ reċess. Madankollu, fil-każ ta’ kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju, l-Istati Membri jistgħu jżommu l-leġislazzjoni nazzjonali eżistenti li tipprojbixxi lill-kummerċjant milli jiġbor il-pagament mill-konsumatur matul il-perjodu speċifiku wara l-konklużjoni tal-kuntratt.
Artikolu 10
Nuqqas ta’ informazzjoni dwar id-dritt ta’ reċess
1. Jekk kummerċjant ma pprovdiex lill-konsumatur bl-informazzjoni tad-dritt ta’ reċess kif rikjest mill-punt (h) tal-Artikolu 6(1), il-perjodu ta’ reċess għandu jiskadi tnax-il xahar mit-tmiem tal-perjodu ta’ reċess inizjali, kif determinat skont l-Artikolu 9(2).
2. Jekk il-kummerċjant ikun ipprovda lill-konsumatur bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fi żmien 12-il xahar mill-jum li hemm riferiment għalih fl-Artikolu 9(2), id-dritt ta’ reċess għandu jiskadi 14-il jum wara l-jum li fih il-konsumatur jirċievi dik l-informazzjoni.
Artikolu 11
Eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess
1. Qabel ma jiskadi l-perjodu tad-dritt ta’ reċess, il-konsumatur għandu jinforma lill-kummerċjant bid-deċiżjoni ta’ reċess mill-kuntratt. Għal dan il-għan, il-konsumatur jista':
(a) |
juża formola standard ta’ reċess kif stipulata fl-Anness I(B); jew |
(b) |
jagħmel kwalunkwe dikjarazzjoni espliċita oħra tad-deċiżjoni tiegħu li jirreċedi mill-kuntratt. |
L-Istati Membri ma għandhomx jipprovdu l-ebda rekwiżit formali applikabbli għall-formola standard ta’ reċess differenti minn dawk stabbiliti fl-Anness I(B).
2. Il-konsumatur ikun eżerċita d-dritt ta’ reċess matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 9(2) u fl-Artikolu 10 jekk il-komunikazzjoni dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess tintbagħat mill-konsumatur qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta’ reċess.
3. Il-kummerċjant jista', flimkien mal-possibilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, jagħti lill-konsumatur l-għażla li jimla elettronikament u jressaq il-formola standard ta’ reċess stabbilita fl-Anness I(B) jew kwalunkwe dikjarazzjoni espliċita oħra fis-sit tal-kummerċjant. F'dawk il-każijiet il-kummerċjant għandu jikkomunika lill-konsumatur avviż ta’ riċeviment ta’ tali reċess fuq mezz li jservi għal żmien twil mingħajr dewmien.
4. L-oneru tal-prova dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess skont dan l-Artikolu għandu jkun fuq il-konsumatur.
Artikolu 12
Effetti tar-reċess
L-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess għandu jittermina l-obbligi tal-partijiet:
(a) |
li jwettqu l-kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju; jew |
(b) |
li jikkonkludu l-kuntratt mill-bogħod jewlil hinn mill-post tan-negozju, f'każijiet fejn l-offerta saret mill-konsumatur. |
Artikolu 13
Obbligi tal-kummerċjant f'każ ta’ reċess
1. Il-kummerċjant għandu jagħti rimbors għall-pagamenti kollha li rċieva mingħand il-konsumatur, inklużm jekk ikun il-każ, l-ispejjeż tal-kunsinna mingħajr dewmien mhux dovut u f'kull każ mhux aktar tard minn 14-il jum minn dak li fih ikun infurmat bid-deċiżjoni tal-konsumatur li jirreċedi mill-kuntratt skont l-Artikolu 11.
Il-kummerċjant għandh jagħmel ir-rimbors imsemmi fl-ewwel subparagrafu bl-użu tal-istess mezz ta’ pagament użat mill-konsumatur għat-tranżazzjoni inizjali, sakemm ma l-konsumatur ma jkunx qabel espressament mod ieħor u fil-kundizzjoni li ma għandu jġarrab l-ebda spiża oħra bħala konsegwenza ta’ tali rimbors.
2. Minkejja l-paragrafu 1, il-kummerċjant ma għandux jintalab jirrimborsal-ispejjeż supplementari, jekk il-konsumatur ikun għażel espressament tip ta’ kunsinna differenti mit-tip l-anqas għali ta’ kunsinna standard offrut mill-kummerċjant.
3. Għajr jekk il-kummerċjant ikunx offra li jiġbor il-oġġetti hu stess, fir-rigward ta’ kuntratti ta’ bejgħ, il-kummerċjant jista' jżomm ir-rimbors sakemm ikun irċieva l-oġġetti, jew sakemm il-konsumatur ikun ipprovda prova li bagħat il-oġġetti lura, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel.
Artikolu 14
Obbligi tal-konsumatur f'każ ta’ reċess
1. Hlief jekk il-kummerċjant joffri li jiġbor l-oġġetti huwa stess, il-konsumatur għandu jibgħat lura l-oġġetti jew jagħtihom lill-kummerċjant jew lil persuna awtorizzata mill-kummerċjant biex tirċevi l-oġġetti, mingħajr dewmien mhux dovut u f'kull każ mhux aktar tard minn 14-il jum minn dak li fih ikun ikkomunika d-deċiżjoni tiegħu li jirreċedi mill-kuntratt lill-kummerċjant skont l-Artikolu 11. It-terminu għandu jkun rispettat jekk il-konsumatur jibgħat l-oġġetti lura qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ 14-il jum.
Il-konsumatur għandu jġarrab biss l-ispiża diretta tar-ritorn tal-oġġetti ħlief jekk il-kummerċjant ikun qabel li jġarrabha hu jew ikun naqas milli jinforma lill-konsumatur li din l-ispiża għandu jġarrabha hu.
Fil-każ ta’ kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju li fihom il-oġġetti huma kkunsinnati d-dar tal-konsumatur fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, il-kummerċjant għandu jiġbor il-oġġetti a spejjeż tiegħu jekk il-oġġetti, minħabba n-natura tagħhom stess, ma jkunux jistgħu jiġu rritornati normalment bil-posta.
2. Il-konsumatur għandu jkun responsabbli biss għal kwalunkwe valur imnaqqas tal-oġġetti li jirriżulta mill-manipulazzjoni tal-oġġetti minbarra dik meħtieġa biex tistabbilixxi n-natura, il-karatteristiċi u t-tħaddim tal-oġġetti. Il-konsumatu ma għandux, f'kull każ, ikun responsabbli għal valur imnaqqas tal-oġġetti fejn il-kummerċjant ikun naqas milli jipprovdi avviż tad-dritt ta’ reċess skont il-punt (h), tal-Artikolu 6(1).
3. Jekk konsumatur jeżerċita d-dritt ta’ reċess wara li jkun għamel talba f'konformità mal-Artikolu 7(3), jew mal-Artikolu 8(8), il-konsumatur għandu jħallas lill-kummerċjant ammont proporzjonali għal kemm ġie fornut sal-mument li fih il-konsumatur ikun informa lill-kummerċjant bl-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess, meta mqabbel mal-kopertura totali tal-kuntratt. L-ammont proporzjonali li l-konsumatur għandu jħallas lill-kummerċjant huwa kkalkolat fuq il-bażi tal-prezz totali maqbul fil-kuntratt. Jekk dan il-prezz totali huwa eċċessiv, l-ammont proporzjonali għandu jkun ikkalkolat fuq il-bażi tal-valur tas-suq ta’ dak li ġie fornut.
4. Il-konsumatur ma għandu jeħel l-ebda spiża għal:
(a) |
twettiq ta’ servizzi, jew il-provvista ta’ ilma, gass u elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa, jew it-tisħin distrettwali, mpletament jew parzjalment, matul il-perjodu ta’ reċess, meta:
|
(b) |
il-provvista, kompetament jew parzjalment, tal-kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli meta:
|
5. Ħlief kif dispost fl-Artikolu 13(2) u f'dan l-Artikolu, l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess ma twassal għal ebda responsabbiltà għall-konsumatur.
Artikolu 15
Effetti tal-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess fuq kuntratti anċillari
1. Bla ħsara għall-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur (20), jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ reċess minn kuntratt mill-bogħod jewlil hinn mill-post tan-negozju skont l-Artikoli 9 sa 14 ta’ din id-Direttiva, kull kuntratt anċillari għandu jintemm awtomatikament, mingħajr ebda spiża għall-, ħlief kif previst fl-Artikolu 13(2) u fl-Artikolu 14 ta’ din id-Direttiva.
2. L-Istat Membri se jistipulaw regoli dettaljati dwar it-tmiem ta’ kuntratti bħal dawn.
Artikolu 16
Eċċezzjonijiet mid-dritt ta’ reċess
L-Istati Membri ma għandhomx jipprevedu d-dritt ta’ reċess stabbilit fl-Artikolu 9 sa 15 għall-kuntratti mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju fir-rigward ta’ dan li ġej:
(a) |
il-kuntratti ta’ servizz wara l-eżekuzzjoni totali tas-servizz jekk l-eżekuzzjoni tkun nbdiet, bil-kunsens preċedenti tal-konsumatur u bir-rikonoxximent li huwa se jitlef id-dritt ta’ reċess wara l-eżekuzzjoni totali tal-kuntratt min-naħa tal-kummerċjant; |
(b) |
il-forniment ta’ oġġetti jew servizzi li l-prezz tagħhom jiddependi fuq varjazzjonijiet fis-suq finanzjarju li ma jistax ikun ikkontrollat mill-kummerċjant u li jistgħu jseħħu waqt il-perjodu ta’ reċess; |
(c) |
il-forniment ta’ oġġetti li saru għall-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew personalizzati b'mod ċar; |
(d) |
il-forniment tal-oġġetti li huma predisposti għal deterjorament jew jiskadu b'mod mgħaġġel; |
(e) |
il-forniment ta’ oġġetti siġillati li mhumiex adatti biex jiġu rritornati minħabba raġunijiet iġjeniċi jew marbutin mal-protezzjoni tas-saħħa u nfetħu wara l-kunsinna; |
(f) |
il-forniment ta’ oġġetti li, wara l-kunsinna, jirriżultaw, minħabba n-natura tagħom, inseparabbilment imħallta ma’ oġġetti oħrajn; |
(g) |
il-forniment ta’ xorb alkoħoliku, li l-prezz tiegħu inqabel fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt tal-bejgħ, li l-kunsinna tiegħu tista' ssir biss wara 30 jum u li għandu l-valur reali tiegħu li jiddependi fuq varjazzjonijiet fis-suq li ma jistgħux jiġu kkontrollati mill-kummerċjant; |
(h) |
kuntratti li għalihom il-konsumatur speċifikament talab żjara mill-kummerċjant għall-iskop li jagħmel tiswija jew manutenzjoni urġenti. Jekk fl-okkażjoni ta’ din iż-żjara, il-kummerċjant jipprovdi servizzi flimkien ma’ dawk speċifikatament mitluba mill-konsumatur jew oġġetti minbarra parts ta’ sostituzzjoni użati bi ħtieġa fit-twettiq tal-manutenzjoni jew fit-tiswijiet, id-dritt ta’ reċess għandu japplika għal dawk is-servizzi jew oġġetti addizzjonali; |
(i) |
il-forniment ta’ reġistrazzjonijiet tal-awdjo jew tal-vidjo siġillati jew ta’ software tal-kompjuter miftuħa wara l-kunsinna; |
(j) |
il-forniment ta’ gazzetti, perjodiċi u rivisti bl-eċċezzjoni tal-kuntratti ta’ abbonament għall-forniment ta’ tali pubblikazzjonijiet; |
(k) |
il-kuntratti konklużi waqt irkant pubbliku; |
(l) |
il-forniment ta’ akkomodazzjoni għal skopijiet mhux residenzjali, trasport tal-oġġetti, servizzi tal-kiri tal-karozzi, kejtering jew servizzi relatati ma’ attivitajiet ta’ divertiment jekk il-kuntratt jipprevedi data speċifika jew perjodu speċifiku ta’ eżekuzzjoni; |
(m) |
il-forniment ta’ kontenut diġitali permezz ta’ mezz mhux tanġibbli jekk l-eżekuzzjoni tkun bdiet bil-kunsens espress preċedenti tal-konsumatur u bil-konferma tiegħu li b’ dan jitlef id-dritt tiegħu ta’ reċess. |
KAPITOLU IV
DRITTIJIET OĦRA TAL-KONSUMATUR
Artikolu 17
Kamp ta’ applikazzjoni
1. L-Artikoli 18 u 20 għandhom japplikaw għal kuntratti ta’ bejgħ. Dawk l-Artikoli ma għandhomx japplikaw għall-kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass u elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa, ta’ tisħin distrettwali u għall-forniment ta’ kontenut diġitali li mhuwiex fornut fuq mezz tanġibbli.
2. L-Artikoli 19, 21 u 22 għandhom japplikaw għall-kuntratti ta’ bejgħ u ta’ servizz u għall-kuntratti għall-provvista ta’ ilma, gass, elettriku, tisħin distrettwali jew kontenut diġitali.
Artikolu 18
Kunsinna
1. Sakemm il-partijiet ma jkunux qablu mod ieħor dwar it-terminu tal-kunsinna, il-kummerċjant għandu jwassal il-oġġetti billi jittrasferixxi l-pussess fiżiku jew il-kontroll tal-oġġetti lill-konsumatur mingħajr dewmien żejjed wara, iżda mhux iktar tard minn 30 jum minn dak li fih ġie konkluż il-kuntratt.
2. Meta l-kummerċjant ikun naqas milli jissodisfa l-obbligu tiegħu biex iwassal tal-beni fit-terminu miftiehem mal-konsumatur jew fit-terminu stabbilit fil-paragrafu 1, il-konsumatur għandu jitolbu jagħmel il-kunsinna f'perjodu ta’ żmien addizzjonali xieraq għaċ-ċirkostanzi. Jekk il-kummerċjat jonqos milli jwassal il-oġġetti f'dak il-perjodu ta’ żmien addizzjonali xieraq, il-konsumatur għandu jkollu d-dritt iġib il-kuntratt fit-tmiem.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-kuntratti ta’ bejgħ jekk il-kummerċjant irrifjuta li jwassal il-oġġetti jew fejn il-kunsinna matul il-perjodu miftiehem tal-kunsinna jkun essenzjali fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha li jakkumpanjaw il-konklużjoni tal-kuntratt jew jekk il-konsumatur jinforma lill-kummerċjant, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, li l-kunsinna sa jew fid-data speċifikata hija essenzjali. F'tali każijiet, jekk il-kummerċjant jonqos milli jwassal il-oġġetti fil-mument miftiehem mal-konsumatur jew fl-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 1, il-konsumantur għandu jkun intitolat jittermina il-kuntratt immedjatament.
3. Mat-terminazzjoni tal-kuntratt, il-kummerċjant għandu, mingħajr dewmien żejjed, jirrimborsal-ammonti kollha mħallsa għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt.
4. Minbarra li jintemm il-kuntratt f' konformita' mal-paragrafu 2, il-konsumatur jista' jirrikorri għal rimedji oħra previsti mil-leġislazzjoni nazzjonali.
Artikolu 19
Tariffi għall-użu tal-mezz ta’ pagament
L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu lill-kummerċjanti milli jimponu lill-konsumaturi, fir-rigward tal-użu ta’ mezz speċifiku ta’ pagament, tariffi li jaqbżu dawk imġarrba mill-kummerċjant għall-użu tat-tali mezzi.
Artikolu 20
Trasferiment tar-riskju
Fil-kuntratti li fihom il-kummerċjant jibgħat il-oġġetti lill-konsumatur, ir-riskju ta’ telf jew ħsara għall-oġġetti għandu jiġi trasferit lill-konsumatur meta huwa jew parti terzaindikata mill-konsumatur u differenti mill-kunsinnatur jikseb/tikseb il-pussess fiżiku tal-oġġetti. Madankollu, ir-riskju għandu jkun trasferit lill-konsumatur mal-kunsinna lill-kunsinnatur, jekk il-konsumatur ikun inkariga lill-kunsinnatur bit-trasport tal-oġġetti u dik l-għażla ma tkunx ġiet offruta mill-kummerċjant, bla ħsara lid-drittijiet tal-konsumatur fil-konfront tal-kunsinnatur.
Artikolu 21
Komunikazzjoni bit-telefon
L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li, fejn il-kummerċjant juża linja telefonika għall-iskop li jikkuntattja lill-konsumatur bit-telefon dwar il-kuntratt konkluż, il-konsumatur mhuwiex marbut iħallas aktar mit-tariffa bażika, meta jikkuntattja lill-kummerċjant.
L-ewwel subparagrafu Dan huwa bla ħsara għad-dritt tal-operaturi ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni li japplikaw tariffa għal dawn it-telefonati.
Artikolu 22
Pagamenti addizjonali
Qabel ma l-konsumatur ikun marbut bil-kuntratt jew bl-offerta, il-kummerċjant għandu jfittex il-kunsens espress tal-konsumatur għal kwalunkwe ħlas addizzjonali li jiżdied mal-pagament miftiehem għall-obbligu kuntrattwali ewlieni tal-kummerċjant. Jekk kummerċjant ma jkunx kiseb il-kunsens espress tal-konsumatur iżda ddeduċieh bl-użu ta’ alternattivi prestabbiliti li l-konsumatur obbligat li jirrifjuta biex jevita ħlas addizzjonali, il-konsumatur għandu jkun intitolat għal rimbors ta’ dan il-ħlas.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 23
Infurzar
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mezzi adegwati u effettivi sabiex jiżguraw konformità ma’ din id-Direttiva.
2. Il-mezzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li bihom korp wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin, kif stabbilit mil-liġi nazzjonali, jista'/jistgħu jieħu/jieħdu azzjoni skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jttrasponu din id-Direttiva jiġu applikati:
(a) |
il-korpi pubbliċi jew ir-rappreżentanti tagħhom; |
(b) |
organizzazzjonijiet tal-konsumaturi li jkollhom interess leġittimu li jipproteġu lill-konsumaturi; |
(c) |
organizzazzjonijiet professjonali li jkollhom interess leġittimu li jaġixxu. |
Artikolu 24
Penali
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jrid ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk id-dispożizzjonijiet sat-13 ta’ Diċembru 2013 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.
Artikolu 25
Natura imperattiva tad-Direttiva
Jekk il-liġi applikabbli għall-kuntratt hija l-liġi ta’ Stat Membru, il-konsumaturi ma jistgħux jirrinunzjaw id-drittijiet konferiti fuqhom mill-miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.
Kwalunkwe klawżola kuntrattwali li teskludi jew tillimita, direttament jew indirettament, id-drittijiet li jirriżultaw minn din id-Direttiva, ma għandhiex torbot lill-konsumatur.
Artikolu 26
Informazzjoni
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati biex jgħarrfu lill-konsumaturi u lill-kummerċjanti dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u għandhom, fejn xieraq, iħeġġu lill-kummerċjanti u lis-sidien ta’ kodiċi kif definit fil-punt (g) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2005/29/KE, biex jgħarrfu lill-konsumaturi dwar il-kodiċijiet ta’ kondotta tagħhom.
Artikolu 27
Bejgħ mhux mitlub
Il-konsumatur għandu jkun eżentat mill-obbligu li jipprovdu kwalunkwe kunsiderazzjoni f'każijiet ta’ forniment mhux solleċitat ta’ oġġetti, ilma, gass, elettriku, tisħin distrettwali jew kontenut diġitali jew għoti mhux mitlub ta’ servizz kif ipprojbit mill-Artikolu 5(5) u l-punt 29 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE. F'każijiet bħal dawn, in-nuqqas ta’ reazzjoni mill-konsumatur wara tali forniment jew provvista mhux mitlub/a ma għandux jikkostitwixxi kunsens.
Artikolu 28
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sat-13 ta’ Diċembru 2013, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn il-miżuri fil-forma ta’ dokumenti. Il-Kummissjoni għandha tuża dawn id-dokumenti għall-iskopijiet ta’ rappurtar imsemmija fl-Artikolu 30.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-13 ta’ Ġunju 2014.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir.
2. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-kuntratti konklużi wara t-13 ta’ Ġunju 2014.
Artikolu 29
Rekwiżiti ta’ rappurtar
1. Meta Stat Membru jagħmel użu minn għażla regolatorja msemmija fl-Artikolu 3(4), l-Artikolu 6(7), l-Artikolu 6(8), l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 8(6) u l-Artikolu 9(3), għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan sat-13 ta’ Diċembru 2013, kif ukoll bi kwalunkwe emenda sussegwenti.
2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi u l-kummerċjanti, fost affarijiet oħra fuq sit elettroniku apposta.
3. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Istati Membri l-oħra u lill-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar dik l-informazzjoni.
Artikolu 30
Rappurtar mill-Kummisjoni u rieżami
Sat-13 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dan ir-rapport għandu jinkludi partikolarment evalwazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-kontenut diġitali, inkluż id-dritt ta’ reċess. Jekk ikun il-każ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti leġislattivi biex id-Direttiva tiġi adegwata għall-iżviluppi fil-qasam tad-drittijiet tal-konsumatur.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 31
Thassir
Id-Direttiva 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE, kif emendati bid-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi (21), u mid-Direttivi 2005/29/KE u 2007/64/KE, huma mħassra mit-13 ta’ Ġunju 2014.
Ir-referenzi magħmula għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stipulata fl-Anness II.
Artikolu 32
Emenda għad-Direttiva 93/13/KEE
Fid-Direttiva 93/13/KEE jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 8a
1. Meta Stat Membru jadotta dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 8, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan, kif ukoll bi kwalunkwe modifika sussegwenti, b'mod partikolari fejn dawk id-dispożizzjonijiet:
— |
jestendu l-valutazzjoni tal-karattru inġust għat-termini kuntrattwali negozjati individwalment jew għall-adegwatezza tal-prezz jew ir-remunerazzjoni; jew |
— |
ikun fihom listi ta’ termini tal-kuntratt li għandhom jitqiesu bħala inġusti. |
2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi u l-kummerċjanti, fost affarijiet oħra fuq sit elettroniku apposta.
3. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Istati Membri l-oħra u lill-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar dik l-informazzjoni pprovduta.”
Artikolu 33
Emenda għad-Direttiva 1999/44/KE
Fid-Direttiva 1999/44/KE, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 8a
Rekwiżiti ta’ rappurtaġġ
1. Meta, f'konformità mal-Artikolu 8(2), Stat Membru jadotta d-dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi aktar iebsa minn dawk previsti fl-Artikolu 5(1) sa (3) u fl-Artikolu 7(1), għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan, kif ukoll bi kwalunkwe modifika sussegwenti.
2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi u l-kummerċjanti, fost affarijiet oħra fuq sit elettroniku apposta.
3. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Istati Membri l-oħra u lill-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar dik l-informazzjoni.”
Artikolu 34
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 35
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
M. DOWGIELEWICZ
(1) ĠU C 317, 23.12.2009, p. 54.
(2) ĠU C 200, 25.8.2009, p. 76.
(3) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2011
(4) ĠU L 372, 31.12.1985, p. 31.
(5) ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.
(7) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.
(8) ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.
(10) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.
(11) ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1.
(12) ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1.
(13) ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.
(14) ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
(15) ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29.
(16) ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12.
(17) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
(18) ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59.
(19) ĠU L 33, 3.2.2009, p. 10.
(20) ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66.
(21) ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16.
ANNESS I
Informazzjoni dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess
A. Mudell ta’ istruzzjonijiet dwar ir-reċess
Dritt ta’ reċess
Għandek id-dritt tirreċedi mill-kuntratt, mingħajr ma tagħti raġunijiet, fi żmien erbatax-il jum.
Il-perjodu ta’ reċess jiskadi wara 14-il jum mill-jumBiex tirrispetta l-iskadenza għar-reċess, hu biżżejjed li tibgħat il-komunikazzjoni dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess qabel il-perjodu ta’ reċess ikun skada.
Effetti tar-reċess
Jekk tirreċedi mill-kuntratt, nagħtuk rimbors tal-pagamenti kollha li għamilt favurina, inklużi l-ispejjeż tal-kunsinna (bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż supplementari li ġejjin mill-għażla tiegħek ta’ tip ta’ kunsinna differenti mit-tip l-anqas għali ta’ kunsinna standard offrut minna), mingħajr dewmien mhux dovut u f’kull każ mhux iktar tard minn 14-il jum mill-jum li fih niġu infurmati bid-deċiżjoni tiegħek li tirreċedi mill-kuntratt. Se nagħmlu dawn ir-rimborsi bl-użu tal-istess mezz ta’ pagament li użajt int għat-tranżazzjoni inizjali, għajr jekk taqbel espressament mod ieħor; fi kwalunkwe każ, m’intix se ġġarrab l-ebda spiża bħala konsegwenza tar-rimbors.Istruzzjonijiet biex timla l-formola:
1.
|
Daħħal wieħed mit-testi li ġejjin bejn il-virgoletti:
|
2.
|
Daħħal l-isem, l-indirizz ġeografiku u, jekk disponibbli, in-numru tat-telefon u tal-fax u l-indirizzi tal-posta elettronika. |
3.
|
Jekk tagħti lill-konsumatur il-possibbiltà li jimla u jibgħat elettronikament l-informazzjoni dwar ir-reċess mill-kuntratt fuq is-sit elettroniku tiegħek, daħħal dan li ġej: “Tista’ wkoll timla u tibgħat elettronikament il-formola standard ta’ reċess jew kwalunkwe dikjarazzjoni espliċita fuq is-sit elettroniku tagħna [daħħal l-indirizz tal-Internet]. Fil-każ li tagħmel din l-għażla, nibagħtulek mill-aktar fis konferma li rċevejna r-reċess fuq mezz li jservi għal żmien twil (eż. e-mail).” |
4.
|
Għall-kuntratti ta’ bejgħ li fihom ma offrejtx li tiġbor il-oġġetti f’każ ta’ reċess, daħħal dan li ġej: “Ir-rimbors jista’ jkun sospiż sakemm nirċievu l-oġġetti lura jew sakemm tkun urejtna bi prova li bgħatt il-oġġetti, skont liema jsir l-ewwel.” |
5.
|
Jekk il-konsumatur irċieva l-oġġetti marbuta mal-kuntratt,:
|
6.
|
F’każ ta’ kuntratt għall-għoti ta’ servizzi jew il-provvista ta’ ilma, gass jew elettriku, meta mhumiex għall-bejgħ f’volum limitat jew fi kwantità fissa, jew ta’ tisħin distrettwali, daħħal dan li ġej: “Jekk tlabt li l-eżekuzzjoni tas-servizzi jew il-provvista ta’ ilma/gass/elettriku/tisħin distrettwali [ħassar fejn ma japplikax] tibda matul il-perjodu ta’ reċess, għandek tħallasna ammont proporzjonali għal kemm fornut sal-mument li fih tgħarrafna bir-reċess minn dan il-kuntratt, meta mqabbel mal-kopertura totali tal-kuntratt.”. |
(imla u rritorna din il-formola fil-każ biss li tixtieq tirreċedi mill-kuntratt)
— |
Lil [Daħħal l-isem, l-indirizz ġeografiku u, jekk disponibbli, in-numru tat-telefon u tal-fax u l-indirizzi tal-posta elettronika tal-kummerċjant]: |
— |
Jien/Aħna (*) bil-preżenti ninnotifika(w) (*) li nirreċedi/u (*) mill-kuntratt ta’ bejgħ tiegħi/tagħna (*) tal-oġġetti li ġejjin (*)/għall-forniment tas-servizz li ġej (*) |
— |
— |
Isem il-konsumatur(i) |
— |
Indirizz tal-konsumatur(i) |
— |
Firma tal-konsumatur(i) (fil-każ biss li din il-formola hija notifikata fuq il-karta) |
— |
Data |
(*) Aqta’ fejn xieraq.
ANNESS II
Tabella ta’ korrelazzjoni
Direttiva 85/577/KEE |
Direttiva 97/7/KE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 3 moqri flimkien mal-Artikolu 2, punti 8 u 9 u Artikolu 16, punt h. |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 moqri flimkien mal-Artikolu 2, punt 7. |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 2, punti 1 u 2 |
|
Artikolu 2, punt 1 |
Artikolu 2, punt 7 |
|
Artikolu 2, punt 2 |
Artikolu 2, punt 1 |
|
Artikolu 2, punt 3 |
Artikolu 2, punt 2 |
|
Artikolu 2, punt 4,l-ewwel sentenza |
Artikolu 2, punt 7 |
|
Artikolu 2punt 4, it-tieni sentenza |
— |
|
Artikolu 2 punt 5 |
— |
Artikolu 3(1) |
|
Artikolu 3(4) |
Artikolu 3(2), punt a |
|
Artikolu 3(3), punti e u f |
Artikolu 3(2), punt b |
|
Artikolu 3(3), punt j |
Artikolu 3(2), punt c |
|
— |
Artikolu 3(2), punt d |
|
Artikolu 3(3), punt d |
Artikolu 3(2), punt e |
|
Artikolu 3(3), punt d |
Artikolu 3(3) |
|
— |
|
Artikolu 3(1), l-ewwel inċiż |
Artikolu 3(3), punt d |
|
Artikolu 3(1), it-tieni inċiż |
Artikolu 3(3), punt l |
|
Artikolu 3(1), it-tielet inċiż |
Artikolu 3(3), punt m |
|
Artikolu 3(1), ir-raba’ inċiż |
Artikolu 3(3), punti e u f |
|
Artikolu 3(1), il-ħames inċiż |
Artikolu 6(3) u Artikolu 16, punt k moqri flimkien ma’ Artikolu 2, punt 13 |
|
Artikolu 3(2), l-ewwel inċiż |
Artikolu 3(3), punt j |
|
Artikolu 3(2), it-tieni inċiż |
Artikolu 3(3) punt f (għall-kiri ta’ akkomodazzjoni għal skopijiet residenzjali), punt g (għall-vjaġġi kollox kompriż), punt h (għal timeshare), punt k (għat-trasport tal-passiġġieri b’ xi eċċezzjonijiet) u Artikolu 16, punt l (eżenzjoni mid-dritt ta’ reċess) |
Artikolu 4, l-ewwel sentenza |
|
Artikolu 6(1), punti b, c u h, u Artikolu 7(1) u (2) |
Artikolu 4, it-tieni sentenza |
|
Artikolu 6(1), punt a u Artikolu 7(1) |
Artikolu 4, it-tielet sentenza |
|
Artikolu 6(1) |
Artikolu 4, ir-raba’ sentenza |
|
Artikolu 10 |
|
Artikolu 4(1), punt a |
Artikolu 6(1), punti b u c |
|
Artikolu 4(1), punt b |
Artikolu 6(1), punt a |
|
Artikolu 4(1), punt c |
Artikolu 6(1), punt e |
|
Artikolu 4(1), punt d |
Artikolu 6(1), punt e |
|
Artikolu 4(1), punt e |
Artikolu 6(1), punt g |
|
Artikolu 4(1), punt f |
Artikolu 6(1), punt h |
|
Artikolu 4(1), punt g |
Artikolu 6(1), punt f |
|
Artikolu 4(1), punt h |
— |
|
Artikolu 4(1), punt i |
Artikolu 6(1), punti o u p |
|
Artikolu 4(2) |
Artikolu 6(1) moqri flimkien ma Artikolu 8(1), (2) u (4) |
|
Artikolu 4(3) |
Artikolu 8(5) |
|
Artikolu 5(1) |
Artikolu 8(7) |
|
Artikolu 5(2) |
Artikolu 3(3), punt m |
|
Artikolu 6(1) |
Artikolu 9(1) u (2), Artikolu 10, Artikolu 13(2), Artikolu 14 |
|
Artikolu 6(2) |
Artikolu 13 u Artikolu 14(1), it-tieni u it-tielet subparagrafu |
|
Artikolu 6(3), l-ewwel inċiż |
Artikolu 16, punt a |
|
Artikolu 6(3), it-tieni inċiż |
Artikolu 16, punt b |
|
Artikolu 6(3), it-tielet inċiż |
Artikolu 16, punti c u d |
|
Artikolu 6(3), ir-raba’ inċiż |
Artikolu 16, punt i |
|
Artikolu 6(3), il-ħames inċiż |
Artikolu 16, punt j |
|
Artikolu 6(3), is-sitt inċiż |
Artikolu 3(3), punt c |
|
Artikolu 6(4) |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 7(1) |
Artikolu 18(1)(għall-kuntratti ta’ bejgħ) |
|
Artikolu 7(12) |
Artikolu 18(2), (3) u (4) |
|
Artikolu 7(3) |
— |
|
Artikolu 8 |
— |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 27 |
|
Artikolu 10 |
— (imma ara Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/58/KE) |
|
Artikolu 11(1) |
Artikolu 23(1) |
|
Artikolu 11(2) |
Artikolu 23(2) |
|
Artikolu 11(3), punt a |
Artikolu 6(9) l-oneru tal-prova rigward l-informazzjoni pre-kontrattwali; għal bqija: — |
|
Artikolu 11(3), punt b |
Artikolu 24(1) |
|
Artikolu 11(4) |
— |
|
Artikolu 12(1) |
Artikolu 25 |
|
Artikolu 12(2) |
— |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 3(2) |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 15(1) |
Artikolu 28(1) |
|
Artikolu 15(2) |
Artikolu 28(1) |
|
Artikolu 15(3) |
Artikolu 28(1) |
|
Artikolu 15(4) |
Artikolu 30 |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 26 |
|
Artikolu 17 |
— |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 34 |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 35 |
Artikolu 5(1) |
|
Artikoli 9 u 11 |
Artikolu 5(2) |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 25 |
Artikolu 7 |
|
Artikoli 13, 14 u 15 |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 4 |
Anness tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (“ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi”) (1) |
Għandu jiġi interpretat bħala referenza għal |
Paragrafi 2 u 11 |
Din id-Direttiva |