This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0922(01)
Council Decision of 20 September 2011 appointing a member and an alternate member of the Governing Board of the European Foundation for the Improvement of Living and Working Conditions for Malta
Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta' Settembru 2011 li taħtar membru u membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għal Malta
Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta' Settembru 2011 li taħtar membru u membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għal Malta
ĠU C 278, 22.9.2011, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2013
22.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 278/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-20 ta' Settembru 2011
li taħtar membru u membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għal Malta
(2011/0000/)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għalTitjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-listi ta' dawk nominati ppreżentati mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta' min iħaddem,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjonijiet tiegħu tat-22 ta' Novembru 2010 (2) u s-7 ta' Marzu 2011 (3) il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2010 sat-30 ta' Novembru 2013, bl-eċċezzjoni ta' ċerti Membri u membri supplenti. |
(2) |
Il-Gvern ta' Malta ppreżenta n-nomini għal żewġ pożizzjonijiet li jridu jimtlew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura membru u membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-30 ta’ Novembru 2013:
I. RAPPREŻENTANTI GOVERNATTIVI
Pajjiż |
Membru |
Membru Supplenti |
Malta |
Is-Sur Noel VELLA |
Is-Sinjura Sylvia GAUCI |
Artikolu 2
Il-Kunsill ser jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f'data aktar tard.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. SAWICKI
(1) ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.
(2) ĠU C 322, 27.11.2010, p. 8.