Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0731

    2011/731/: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 8 ta’ Novembru 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali tal-2006

    ĠU L 294, 12.11.2011, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/731/oj

    Related international agreement

    12.11.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 294/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-8 ta’ Novembru 2011

    dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali tal-2006

    (2011/731/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 192 u 207 tiegħu, moqrija flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)

    Fis-27 ta’ Jannar 2006 l-konferenza ta’ negozjar stabbilita taħt il-patroċinju tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD) approvat it-test tal-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali tal-2006 (il-Ftehim tal-2006).

    (2)

    Il-Ftehim tal-2006 ġie nnegozjat biex jissostitwixxi l-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali tal-1994 (“il-Ftehim tal-1994”) kif estiż, li ser jibqa’ fis-seħħ sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tal-2006.

    (3)

    Il-Ftehim tal-2006 infetaħ għall-iffirmar mit-3 ta’ April 2006 u ser jibqa’ hekk sa xahar wara d-dħul fis-seħħ finali tiegħu. Il-kunsens għar-rabta b’dak il-Ftehim għandu jiġi espress jew permezz tal-iffirmar definittiv jew permezz tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni.

    (4)

    L-għanijiet tal-Ftehim tal-2006 huma konsistenti kemm mal-politika kummerċjali komuni kif ukoll mal-politika ambjentali.

    (5)

    Il-Komunità Ewropea kienet parti għall-Ftehim tal-1994. Il-Ftehimtal-2006 ser ikompli jippromwovi l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli tal-Unjoni Ewropea.

    (6)

    Il-Komunità ffirmat il-Ftehim tal-2006 fit-2 ta’ Novembru 2007. L-Istati Membri kollha esprimew l-intenzjoni tagħhom li jirratifikawh.

    (7)

    Peress li l-kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-membri konsumaturi tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Injam Tropikali huma stmati prinċipalment f’termini tal-volum tal-injam tropikali li jimpurtaw, l-Unjoni ser tikkontribwixxi għall-Kont Amministrattiv tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Injam Tropikali, ladarba jidħol fis-seħħ il-Ftehim tal-2006, waqt li l-Istati Membri, kif ukoll l-Unjoni, ser ikunu jistgħu jagħmlu kontribuzzjonijiet finanzjarji volontarji għall-azzjonijiet ippjanati permezz tal-kontijiet għall-kontribuzzjonijiet volontarji tal-Organizzazzjoni.

    (8)

    Il-Ftehim tal-2006 għandu jiġi approvat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali tal-2006 (1) (“il-Ftehim tal-2006”) b’dan huwa approvat f’isem l-Unjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill b’dan huwa awtorizzat biex jinnomina l-persuna/i bis-setgħa jiddepożita(w) l-istrument ta’ approvazzjoni f’isem l-Unjoni mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, skont l-Artikolu 36(2) tal-Ftehim tal-2006.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. VINCENT-ROSTOWSKI


    (1)  It-test tal-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 262, 9.10.2007, p. 8, flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja.


    Top