Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0601(01)

Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta' Mejju 2011 , li taħtar u tissostitwixxi membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali

ĠU C 162, 1.6.2011, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/09/2012

1.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Mejju 2011,

li taħtar u tissostitwixxi membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali

2011/C 162/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),

Wara li kkunsidra n-nomini ppreżentati mill-Gvern Portugiż,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2009 (2), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-perijodu mit-18 ta' Settembru 2009 sas-17 ta' Settembru 2012.

(2)

Post ta' membru fuq il-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-Gvern sar vakanti b'segwitu għar-riżenja tas-Sinjura Maria da Conceição AFONSO.

(3)

Il-membru tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru msemmi hawn fuq għandu jinħatar għall-bqija tal-mandat attwali, li jiskadi fis-17 ta' Settembru 2012.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu waħdieni

Il-persuna li ġejja hija b'dan maħtura membru tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sas-17 ta' Settembru 2012:

RAPPREŻENTANT TAL-GVERN

PORTUGALL

Dr. Nuno PESTANA

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

NYITRAI Zs.


(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(2)  ĠU C 226, 19.9.2009, p. 2.


Top