This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0540
2011/540/EU: Commission Decision of 18 August 2011 on amending Decision 2007/589/EC as regards the inclusion of monitoring and reporting guidelines for greenhouse gas emissions from new activities and gases (notified under document C(2011) 5861) Text with EEA relevance
2011/540/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Awwissu 2011 dwar emendi għad-Deċiżjoni 2007/589/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta’ linji gwida tal-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra minn attivitajiet ġodda u gassijiet (notifikata bid-dokument numru C(2011) 5861) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 244, 21.9.2011, p. 1–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2012; Impliċitament imħassar minn 32012R0601
21.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 244/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Awwissu 2011
dwar emendi għad-Deċiżjoni 2007/589/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta’ linji gwida tal-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra minn attivitajiet ġodda u gassijiet
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 5861)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/540/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), kif emendata mid-Direttiva 2004/101/KE (2), mid-Direttiva 2008/101/KE (3) u mir-Regolament (KE) Nru 219/2009 (4), u partikolarment l-Artikoli 14(1) u 24(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2003/87/KE tistabbilixxi skema għan-negozjar ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra ġewwa l-Unjoni (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-ETS”). |
(2) |
Skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2003/87/KE kif emendata mid-Direttiva 2004/101/KE, mid-Direttiva 2008/101/KE u mir-Regolament (KE) Nru 219/2009, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2007/589/KE li tistabbilixxi linji ta’ gwida dwar il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (5). |
(3) |
Skont l-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2003/87/KE kif emendata mid-Direttiva 2004/101/KE, mid-Direttiva 2008/101/KE u mir-Regolament (KE) Nru 219/2009, il-Kummissjoni tista’, fuq l-inizjattiva tagħha, tadotta l-linji gwida tal-monitoraġġ u r-rappurtaġġ għall-emissjonijiet mill-attivitajiet, l-istallazzjonijiet u l-gassijiet b’effett ta’ serra li mhumiex elenkati fl-Anness I jekk il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ ta’ dawn l-emissjonijiet jistgħu jitwettqu b’eżattezza suffiċjenti. |
(4) |
Skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra (6), l-Artikoli 14 u 24 tad-Direttiva 2003/87/KE, kif emendata bid-Direttiva 2004/101/KE, bid-Direttiva 2008/101/KE u bir-Regolament (KE) Nru 219/2009, għandhom jibqgħu japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2012. |
(5) |
Id-Direttiva 2009/29/KE tinkludi gassijiet u attivitajiet ġodda fl-ETS mill-2013 ’il quddiem. Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida għall-monitoraġġ u r-rappurtaġġ ta’ emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra li jirriżultaw minn attivitajiet ġodda u minn gassijiet ġodda bil-għan li attivitajiet bħal dawn ikunu inklużi fl-ETS mill-2013 u possibbilment li jkunu inklużi b’mod unilaterali fl-ETS qabel l-2013. |
(6) |
Id-Deċiżjoni 2007/589/KE għandha, għalhekk, tkun emendata skont dan. |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2003/87/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2007/589/KE hija emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Il-linji gwida għall-monitoraġġ u r-rappurtaġġ ta’ emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE, u ta’ attivitajiet inklużi skont l-Artikolu 24(1) ta’ dik id-Direttiva, huma stabbiliti fl-Annessi I sa XIV u XVI sa XXIV għal din id-Deċiżjoni. Il-linji gwida għall-monitoraġġ u r-rappurtaġġ ta’ dejta dwar tunnellati għal kull kilometru minn attivitajiet tal-avjazzjoni għall-fini ta’ applikazzjoni skont l-Artikoli 3e jew 3f tad-Direttiva 2003/87/KE huma stabbiliti fl-Anness XV. Dawk il-linji gwida huma bbażati fuq il-prinċipji stabbiliti fl-Anness IV għal dik id-Direttiva.” |
2. |
It-Tabella tal-Annessi u l-Annessi li ġejjin huma emendati kif ġej:
|
3. |
L-Annessi li ġejjin huma miżjudin:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Awwissu 2011.
Għall-Kummissjoni
Connie HEDEGAARD
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(2) ĠU L 338, 13.11.2004, p. 18.
(4) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 109.
(5) ĠU L 229, 31.8.2007, p. 1.
(6) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63.
ANNESS I
It-Tabella tal-Annessi hija emendata kif ġej:
(1) |
l-entrati għall-Anness II u għall-Annessi IV sa XII huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
(2) |
it-titoli li ġejjin tal-Annessi l-ġodda XIX, XX, XXI, XXII, XXIII u XXIV huma miżjudin:
|
ANNESS II
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fit-Taqsima 1 bit-titolu “Introduzzjoni”, il-kliem “Annessi II sa XI u Annessi XIII sa XVIII” huwa sostitwit bil-kliem “Annessi II sa XI u Annessi XIII sa XXIV”. |
(2) |
Fil-parti introduttorja tat-Taqsima 2 bit-titolu “Definizzjonijiet” il-kliem “Annessi II sa XVIII” huwa sostitwit bil-kliem “Annessi II sa XXIV”. |
(3) |
It-Taqsima 4.3 bit-titolu “Il-Pjan ta’ Monitoraġġ” hija emendata kif ġej:
|
(4) |
It-Taqsima 5 hija emendata kif ġej:
|
(5) |
Fit-Taqsima 6.3, (c), it-tielet paragrafu, il-kliem “, XVII u XVIII” huwa sostitwit bi “sa XXIV”. |
(6) |
Fit-Taqsima 7.1, il-ħames paragrafu, il-kelma “XVIII” hija sostitwita bi “XXIV”. |
(7) |
It-Taqsima 8 hija emendata kif ġej:
|
(8) |
Fit-Taqsima 9, id-disa’ paragrafu li ġej huwa miżjud: “L-informazzjoni addizzjonali li ġejja għandha tinżamm għall-produzzjoni ta’ aluminju primarju:
|
(9) |
It-Taqsima 14.1 hija emendata kif ġej: Fin-nota 2 f’qiegħ il-paġna t-test huwa sostitwit b’dan li ġej: “Jimtela biss jekk l-installazzjoni jkun jeħtiġilha tirrapporta skont l-EPRTR.” |
(10) |
It-Taqsima 14.8 ġdida hija miżjuda: “14.8. RAPPURTAĠĠ DWAR EMISSJONIJIET TA’ PFC GĦALL-PRODUZZJONI TA’ ALUMINJU PRIMARJU
|
ANNESS III
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
(1) |
It-titolu tal-Anness II huwa sostitwit b’dan li ġej: “Linji gwida għal emissjonijiet mill-kombustjoni minn attivitajiet kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE mwettqin f’installazzjonijiet” |
(2) |
Fit-Taqsima 1, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-linji gwida speċifiċi għal attivitajiet li jinsabu f’dan l-Anness għandhom jintużaw biex isir monitoraġġ ta’ emissjonijiet minn attivitajiet ta’ kombustjoni kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE mwettqin f’installazzjonijiet u ddefiniti skont l-Artikolu 3(t) u biex isir monitoraġġ ta’ emissjonijiet mill-kombustjoni minn attivitajiet oħra kif elenkati f’dak l-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE fejn hemm referenza għalihom fl-Annessi III sa XI u XVI sa XXIV għal dawn il-Linji gwida. Barra minn hekk, dan l-Anness għandu jintuża biex isir monitoraġġ ta’ emissjonijiet minn proċessi ta’ kombustjoni li jagħmlu parti minn kull attivitá elenkata fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE li għaliha ma japplika ebda Anness ieħor għal dawn il-linji gwida speċifiċi għal attività.” |
(3) |
It-Taqsima 2 hija emendata kif ġej:
|
ANNESS IV
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
(1) |
It-titolu tal-Anness IV huwa sostitwit b’dan li ġej: “Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni tal-kokk kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE” |
(2) |
L-ewwel paragrafu tat-Taqsima 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Fran tal-kokk jistgħu jagħmlu parti minn xogħlijiet tal-azzar b’konnessjoni teknika diretta ma’ attivitajiet ta’ sinterizzazzjoni u attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ ħadid mhux maħdum u azzar, inkluż ikkastjar kontinwu, li joħolqu skambju intensiv ta’ enerġija u materjal (pereżempju gass ta’ kalkara tal-funderija, gass ta’ forn tal-kokk, kokk) li jseħħ f’operazzjoni regolari. Jekk permess għal installazzjoni skont l-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Direttiva 2003/87/KE jikkomprendi x-xogħlijiet kollha tal-azzar u mhux biss il-forn tal-kokk, l-emissjonijiet ta’ CO2 jista’ wkoll isirilhom monitoraġġ għax-xogħlijiet integrati tal-azzar fl-intier tagħhom, billi jintuża l-approċċ ta’ bilanċ tal-massa speċifikat Fit-Taqsima 2.1.1 ta’ dan l-Anness.” |
(3) |
Fit-Taqsima 2.1.1(b) Kontenut ta’ Karbonju, Saff 1, il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output jiġi dderivat minn fatturi ta’ emissjoni ta’ referenza għal fjuwil jew materjali msemmijin Fit-Taqsima 11 tal-Anness I jew fl-Annessi IV-X. Il-kontenut ta’ karbonju jiġi dderivat kif ġej:” |
ANNESS V
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
(1) |
It-titolu tal-Anness V huwa sostitwit b’dan li ġej: “Anness V: Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ inkaljar u sinterizzazzjoni ta’ minerali tal-ħadid kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE” |
(2) |
L-ewwel paragrafu tat-Taqsima 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Inkaljar ta’ minerali tal-ħadid, sinterizzazzjoni jew attivitajiet ta’ pelitizzazzjoni jistgħu jifformaw parti integrali minn xogħlijiet tal-azzar b’konnessjoni teknika diretta ma’ fran tal-kokk u ma’ attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ ħadid mhux maħdum u azzar, inkluż ikkastjar kontinwu. B’hekk jinħoloq skambju intensiv ta’ enerġija u materjal (eż. gass ta’ kalkara tal-funderija, gass ta’ forn tal-kokk, kokk, ġebla tal-ġir) f’operazzjoni regolari. Jekk permess għal installazzjoni skont l-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Direttiva 2003/87/KE jikkomprendi x-xogħlijiet kollha tal-azzar u mhux biss l-attività ta’ inkaljar jew sinterizzazzjoni, l-emissjonijiet ta’ CO2 jista’ jsirilhom monitoraġġ għax-xogħlijiet integrati tal-azzar fl-intier tagħhom. F’każijiet bħal dawn jista’ jintuża l-approċċ ta’ bilanċ tal-massa (Taqsima 2.1.1 ta’ dan l-Anness).” |
(3) |
Fit-Taqsima 2.1.1(b) Kontenut ta’ Karbonju, Saff 1, il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output jiġi dderivat minn fatturi ta’ emissjoni ta’ referenza għal fjuwil jew materjali msemmijin Fit-Taqsima 11 tal-Anness I jew fl-Annessi IV-X. Il-kontenut ta’ karbonju jiġi dderivat kif ġej:” |
ANNESS VI
L-Anness VI huwa emendat kif ġej:
(1) |
It-titolu tal-Anness VI huwa sostitwit b’dan li ġej: “Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ ħadid mhux maħdum u azzar, inkluż ikkastjar kontinwu, kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE” |
(2) |
It-Taqsima 1 hija emendata b’dan li ġej:
|
(3) |
Fit-Taqsima 2.1.1(b) Kontenut ta’ Karbonju, Saff 1, il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output jiġi dderivat minn fatturi ta’ emissjoni ta’ referenza għal fjuwil jew materjali msemmijin Fit-Taqsima 11 tal-Anness I jew fl-Annessi IV-X. Il-kontenut ta’ karbonju jiġi dderivat kif ġej:” |
ANNESS VII
L-Anness VII huwa emendat kif ġej:
(1) |
It-titolu tal-Anness VII huwa sostitwit b’dan li ġej: “Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ gagazza kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE” |
(2) |
L-ewwel sentenza tat-Taqsima 2 hija sostitwita b’dan li ġej: “F’attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ siment, emissjonijiet ta’ CO2 jirriżultaw minn sorsi ta’ emissjonijiet u minn flussi ta’ sorsi li ġejjin:”. |
ANNESS VIII
L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:
(1) |
It-titolu tal-Anness VIII huwa sostitwit b’dan li ġej: “Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni tal-ġir jew tal-kalċinazzjoni ta’ dolomit jew manjeżit kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE” |
(2) |
It-Taqsima 2 hija emendata kif ġej:
|
ANNESS IX
L-Anness IX huwa emendat kif ġej:
(1) |
It-titolu tal-Anness IX huwa sostitwit b’dan li ġej: “Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ manifattura tal-ħġieġ jew ta’ materjal ta’ iżolament ta’ suf minerali kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE” |
(2) |
It-Taqsima 2 hija emendata kif ġej:
|
ANNESS X
L-Anness X huwa emendat kif ġej:
(1) |
It-titolu tal-Anness X huwa sostitwit b’dan li ġej: “Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ manifattura ta’ prodotti taċ-ċeramika kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE” |
(2) |
fl-ewwel linja tat-Taqsima 2 il-kliem “installazzjonijiet għal” huwa mħassar. |
ANNESS XI
It-titolu tal-Anness XI huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ polpa u karta kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE”
ANNESS XII
It-titolu tal-Anness XII huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Linji gwida għal determinazzjoni ta’ emissjonijiet jew ta’ ammont ta’ trasferiment ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b’sistemi ta’ kejl kontinwu”
ANNESS XIII
Fl-Anness XVI, Fit-Taqsima 3, fis-Subtaqsima 3.1 fl-aħħar tat-tieni paragrafu, b’referenza għal Tinput, wara l-kliem “Annessi I sa XII” il-kliem li ġej huwa miżjud: “u XIX sa XXIV.”
ANNESS XIV
L-Anness XIX li ġej huwa miżjud:
“ANNESS XIX
Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ karbonat tas-sodju u ta’ bikarbonat tas-sodju kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE
1. LIMITI U KOMPLETEZZA
Il-linji gwida f’dan l-Anness li huma speċifiċi għal attivitajiet għandhom ikunu applikati għal emissjonijiet minn installazzjonijiet tal-produzzjoni ta’ karbonat tas-sodju u bikarbonat tas-sodju kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE.
2. DETERMINAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2
F’installazzjonijiet tal-produzzjoni ta’ karbonat tas-sodju u bikarbonat tas-sodju sorsi ta’ emissjonijiet u flussi ta’ sorsi għal emissjonijiet ta’ CO2 jinkludu:
— |
fjuwil użat għal proċessi ta’ kombustjoni, eż. bil-għan li jkun prodott ilma sħun jew fwar, |
— |
materja prima (eż. gass maħruġ minn kalċinazzjoni ta’ ġebel tal-ġir, sakemm ma jintużax biex jinħadem il-karbonju) |
— |
gassijiet ta’ skart minn ħasil jew minn stadji ta’ filtrazzjoni wara li jkun sar il-karbonju, sakemm ma jintużawx biex jinħadem il-karbonju |
2.1. KALKULAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2
Minħabba li l-karbonat tas-sodju u l-bikarbonat tas-sodju għandhom il-karbonju li jiġi minn inputs ta’ proċessi, il-kalkulazzjoni ta’ emissjonijiet minn proċess għandhom ikunu bbażati fuq approċċ ta’ bilanċ tal-massa skont It-Taqsima 2.1.1. Emissjonijiet mill-kombustjoni ta’ fjuwil jistgħu jew isirilhom monitoraġġ b’mod separat skont It-Taqsima 2.1.2 jew jittieħed kont tagħhom fl-approċċ ta’ bilanċ tal-massa.
2.1.1. APPROĊĊ TA’ BILANĊ TAL-MASSA
L-approċċ ta’ bilanċ tal-massa għandu jqis il-karbonju kollu f’inputs, stokkijiet, prodotti u esportazzjonijiet oħra mill-installazzjoni biex ikun determinat il-livell ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, ħlief għal sorsi ta’ emissjonijiet li jkollhom monitoraġġ skont It-Taqsima 2.1.2 ta’ dan l-Anness. L-ammont ta’ CO2 użat biex ikun prodott il-bikarbonat tas-sodju mill-karbonat tas-sodju għandu jitqies li jkun inħareġ. Għandha tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:
Emissjonijiet ta’ CO2 [t CO2] = (input - prodotti - esportazzjoni - bidliet ta’ stokkijiet) *fattur ta’ konverżjoni CO2/C
Fejn:
— input [t C]: il-karbonju kollu li jidħol fil-limiti tal-installazzjoni,
— prodotti [t C]: il-karbonju kollu fi prodotti (1) u materjali, inklużi prodotti sekondarji, li joħorġu mil-limiti tal-installazzjoni,
— esportazzjoni [t C]: karbonju esportat mil-limiti tal-installazzjoni f’fażijiet ta’ likwidu u/jew solidu, eż. mitfugħ f’fosos tad-dranaġġ, depożitat f’miżbla jew mitluf. L-esportazzjoni ma tinkludix il-ħruġ ta’ gassijiet b’effett ta’ serra jew monossidu tal-karbonju fl-atmosfera,
— bidliet ta’ stokkijiet [t C]: żidied fl-istokkijiet ta’ karbonju fil-limiti tal-bilanċ tal-massa.
Il-kalkulazzjoni għandha mbagħad issir kif ġej:
Emissjonijiet ta’ CO2 [t CO2] = (Σ (dejta ta’ attivitàinput * kontenut ta’ karbonjuinput) – Σ (dejta ta’ attivitàprodotti * kontenut ta’ karbonjuprodotti) – Σ (dejta ta’ attivitàesportazzjoni * kontenut ta’ karbonjuesportazzjoni) – Σ (dejta ta’ attivitàbidliet ta’ stokkijiet * kontenut ta’ karbonjubidliet ta’ stokkijiet)) * 3664
Fejn:
(a) dejta ta’ attività
L-operatur għandu janalizza u jirrapporta b’mod separat il-flussi tal-massa għal ġo u ‘l barra mill-installazzjoni u l-bidliet tal-istokkijiet rispettivi għall-fjuwil u l-materjali rilevanti kollha. Fejn il-kontenut ta’ karbonju ta’ fluss tal-massa s-soltu jkun relatat ma’ kontenut ta’ enerġija (fjuwil), l-operatur jista’ jiddetermina u juża l-kontenut ta’ karbonju relatat mal-kontenut ta’ enerġija [t C/TJ] tal-fluss tal-massa rispettiv għall-kalkulazzjoni tal-bilanċ tal-massa.
Saff 1
Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 7,5 %.
Saff 2
Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 5 %.
Saff 3
Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.
Saff 4
Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 1,5 %.
(b) kontenut ta’ karbonju
Saff 1
Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output jiġi dderivat minn fatturi ta’ emissjoni ta’ referenza għal fjuwil jew materjali msemmijin Fit-Taqsima 11 tal-Anness I jew f’Annessi oħra għal dawn il-Linji gwida speċifiċi għal attività. Il-kontenut ta’ karbonju jiġi dderivat kif ġej:
Kontenut ta’ C [t/t jew TJ] = Fattur ta’ Emissjoni [t CO2/t jew TJ]/3 664 [t CO2/t C]
Saff 2
L-operatur japplika kontenut ta’ karbonju speċifiku għal pajjiż għall-fjuwil jew materjal rispettiv kif irrappurtat mill-Istat Membru rispettiv fl-aħħar inventarju nazzjonali tiegħu mibgħut lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.
Saff 3
Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output għandu jiġi dderivat skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 13 tal-Anness I fir-rigward ta’ teħid rappreżentattiv ta’ kampjuni ta’ fjuwil, prodotti u prodotti sekondarji, id-determinazzjoni tal-kontenuti tagħhom ta’ karbonju u l-frazzjoni tal-bijomassa.
2.1.2. EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI
Emissjonijiet mill-kombustjoni ta’ fjuwil għandu jsirilhom monitoraġġ u għandhom ikunu rrappurtati skont l-Anness II, sakemm ma jittiħidtx kont tagħhom fil-bilanċ tal-massa skont It-Taqsima 2.1.1.
2.2. KEJL TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2
Il-linji gwida ta’ kejl li jinsabu fl-Anness I u fl-Anness XII għandhom ikunu applikati.
(1) Għall-fini ta’ dan il-bilanċ tal-massa il-bikarbonat tas-sodju kollu prodott mill-karbonat tas-sodju għandu jkun ittrattat bħala karbonat tas-sodju.”
ANNESS XV
L-Anness XX li ġej huwa miżjud:
“ANNESS XX
Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni tal-ammonja kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE
1. LIMITI U KOMPLETEZZA
Il-linji gwida speċifiċi għal attivitajiet li jinsabu f’dan l-Anness għandhom jintużaw biex isir monitoraġġ ta’ emissjonijiet minn installazzjonijiet li jipproduċu l-ammonja kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE.
Installazzjonijiet li jipproduċu l-ammonja jistgħu jagħmlu parti minn installazzjonijiet integrati fl-industrija tal-kimika u tar-raffinar li joħolqu skambju intensiv ta’ enerġija u materjal. Emissjonijiet ta’ CO2 jistgħu jseħħu minn kombustjoni ta’ fjuwil, kif ukoll minn fjuwil użat bħala input ta’ proċess għall-produzzjoni tal-ammonja. F’għadd ta’ installazzjonijiet li jipproduċu l-ammonja, CO2 li jirriżulta mill-proċess ta’ produzzjoni jinqabad u jintuża għal proċessi oħra ta’ produzzjoni, eż. tal-produzzjoni tal-urea. Emissjonijiet ta’ CO2 jistgħu jseħħu minn kombustjoni ta’ fjuwil, kif ukoll minn fjuwil użat bħala input ta’ proċess għall-produzzjoni tal-ammonja. F’għadd ta’ installazzjonijiet li jipproduċu l-ammonja, CO2 li jirriżulta mill-proċess ta’ produzzjoni jinqabad u jintuża għal proċessi oħra ta’ produzzjoni, eż. tal-produzzjoni tal-urea. CO2 maqbud hekk għandu jitqies bħala emissjoni.
2. DETERMINAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2
F’installazzjonijiet tal-produzzjoni tal-ammonja, emissjonijiet ta’ CO2 jirriżultaw minn dawn is-sorsi ta’ emissjonijiet u flussi ta’ sorsi:
— |
Kombustjoni ta’ fjuwil li tipprovdi s-sħana għal riforma jew ossidazzjoni parzjali. |
— |
Fjuwil użat bħala input ta’ proċess fil-proċess tal-produzzjoni tal-ammonja (riforma jew ossidazzjoni parzjali); |
— |
Fjuwil użat għal proċessi oħra ta’ kombustjoni, eż. bil-għan li jkun prodott ilma sħun jew fwar. |
2.1. KALKULAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2
2.1.1. EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI
Emissjonijiet mill-kombustjoni ta’ fjuwil mhux użat bħala input ta’ proċess għandu jsirilhom monitoraġġ u għandhom ikunu rrappurtati skont l-Anness II.
2.1.2. EMISSJONIJIET MINN FJUWIL UŻAT BĦALA INPUT TA’ PROĊESS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-AMMONJA
Emissjonijiet minn fjuwil użat bħala input ta’ proċess għandu jsirilhom monitoraġġ u għandhom ikunu rrappurtati skont l-Anness II.
2.2. KEJL TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2
Il-linji gwida ta’ kejl li jinsabu fl-Anness I u fl-Anness XII għandhom ikunu applikati.”
ANNESS XVI
L-Anness XXI li ġej huwa miżjud:
“ANNESS XXI
Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni tal-idroġenu u gass ta’ sinteżi kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE
1. LIMITI U KOMPLETEZZA
Il-linji gwida speċifiċi għal attivitajiet li jinsabu f’dan l-Anness għandhom jintużaw biex isir monitoraġġ ta’ emissjonijiet minn installazzjonijiet li jipproduċu l-idroġenu jew gass ta’ sinteżi kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE. Fejn il-produzzjoni tal-idroġenu tkun teknikament integrata f’raffinerija ta’ żejt minerali, l-operatur ta’ dik l-installazzjoni għandu minflok juża d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness III.
Installazzjonijiet tal-produzzjoni tal-idroġenu jew gass ta’ sinteżi jistgħu jagħmlu parti minn installazzjonijiet integrati fl-industrija tal-kimika jew tar-raffinar li joħolqu skambju intensiv ta’ enerġija u materjal. Emissjonijiet ta’ CO2 jistgħu jseħħu minn kombustjoni ta’ fjuwil, kif ukoll minn fjuwil użat bħala input ta’ proċess.
2. DETERMINAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2
F’installazzjonijiet tal-produzzjoni tal-idroġenu jew gass ta’ sinteżi, emissjonijiet ta’ CO2 jirriżultaw minn dawn is-sorsi ta’ emissjonijiet u flussi ta’ sorsi:
— |
Fjuwil użat fil-proċess ta’ produzzjoni tal-idroġenu jew gass ta’ sinteżi (riforma jew ossidazzjoni parzjali); |
— |
Fjuwil użat għal proċessi oħra ta’ kombustjoni, eż. bil-għan li jkun prodott ilma sħun jew fwar. |
2.1. KALKULAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2
2.1.1. EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI
Emissjonijiet mill-kombustjoni ta’ fjuwil mhux użat bħala input ta’ proċess għall-produzzjoni tal-idroġenu jew għall-produzzjoni ta’ gass ta’ sinteżi, iżda għal proċessi oħra ta’ kombustjoni għandu jsirilhom monitoraġġ u għandhom ikunu rrappurtati skont l-Anness II.
2.1.2. EMISSJONIJIET MINN FJUWIL UŻAT BĦALA INPUT TA’ PROĊESS
Emissjonijiet minn fjuwil użat bħala input ta’ proċess fil-produzzjoni tal-idroġenu għandhom ikunu kkalkulati billi tintuża l-metodoloġija relatata ma’ input stabbilita Fit-Taqsima 2.1.2.1. Għall-produzzjoni ta’ gass ta’ sinteżi għandu jintuża bilanċ tal-massa skont 2.1.2.2. Fejn ikunu prodotti idroġenu u gass ta’ sinteżi fl-istess installazzjoni, l-operatur jista’ jagħżel li jikkalkula l-emissjonijiet rispettivi miż-żewġ proċessi ta’ produzzjoni billi juża bilanċ wieħed tal-massa skont It-Taqsima 2.1.2.2.
2.1.2.1. PRODUZZJONI TA’ IDROĠENU
Emissjonijiet minn fjuwil użat bħala input ta’ proċess għandhom ikunu kkalkulati billi tintuża l-formula
Emissjonijiet ta’ CO2 = dejta ta’ attività * fattur ta’ emissjoni
fejn
— |
dejta ta’ attività tkun espressa bħala l-kontenut nett ta’ enerġija tal-fjuwil użat bħala input ta’ proċess [TJ] jew, meta jintuża fattur ta’ emissjoni relatat ma’ massa jew volum, bħala l-ammont ta’ fjuwil użat bħala input ta’ proċess ([t or Nm3]; |
— |
fattur ta’ emissjoni jkun espress bħala tunnellati metriċi ta’ CO2/TJ jew bħala tunnellati metriċi ta’ CO2/t jew tunnellati metriċi ta’ CO2/Nm3 ta’ fjuwil użat bħala input ta’ proċess. |
Ir-rekwiżiti ta’ saffi li ġejjin għandhom ikunu applikati:
(a) Dejta ta’ attività
Dejta ta’ attività tkun ġeneralment espressa bħala l-kontenut nett ta’ enerġija tal-fjuwil użat [TJ] matul il-perjodu ta’ rappurtaġġ. Il-kontenut ta’ enerġija tal-fjuwil użat għandu jkun ikkalkulat permezz tal-formula li ġejja:
Kontenut ta’ enerġija ta’ fjuwil użat [TJ] = fjuwil użat [t jew Nm3] * valur kalorifiku nett tal-fjuwil [TJ/t jew TJ/Nm3]
F’każ li jkun użat fattur ta’ emissjoni relatat ma’ massa jew volum [t CO2/t jew t CO2/Nm3], dejta ta’ attività tkun espressa bħala l-ammont ta’ fjuwil użat [t jew Nm3].
Fejn:
(a1) Fjuwil użat
Saff 1
Ammont ta’ fjuwil użat bħala input ta’ proċess [t jew Nm3] ipproċessat matul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, derivat b’inċertezza massima ta’ ± 7,5 %.
Saff 2
Ammont ta’ fjuwil użat bħala input ta’ proċess [t jew Nm3] ipproċessat matul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, derivat b’inċertezza massima ta’ ± 5,0 %.
Saff 3
Ammont ta’ fjuwil użat bħala input ta’ proċess [t jew Nm3] ipproċessat matul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, derivat b’inċertezza massima ta’ ± 2,5 %.
Saff 4
Ammont ta’ fjuwil użat bħala input ta’ proċess [t jew Nm3] ipproċessat matul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, derivat b’inċertezza massima ta’ ± 1,5 %.
(a2) Valur kalorifiku nett
Saff 1
Valuri ta’ referenza għal kull fjuwil użat kif speċifikat fit-Taqsima 11 tal-Anness I.
Saff 2a
L-operatur japplika valuri kalorifiċi netti speċifiċi għal pajjiż għall-fjuwil rispettiv kif irrappurtat mill-Istat Membru rispettiv fl-aħħar inventarju nazzjonali tiegħu mibgħut lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.
Saff 2b
Għal fjuwil negozjat kummerċjalment jintuża l-valur kalorifiku nett kif derivat mir-rekords ta’ xiri għall-fjuwil rispettiv ipprovdut mill-fornitur tal-fjuwil, bil-kondizzjoni li jkun derivat abbażi ta’ standards aċċettati fuq livell nazzjonali u internazzjonali.
Saff 3
Il-valur kalorifiku nett rappreżentattiv tal-fjuwil f’installazzjoni jitkejjel mill-operatur, minn laboratorju kkuntrattjat jew mill-fornitur tal-fjuwil skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 13 tal-Anness I.
(b) Fattur ta’ emissjoni
Saff 1
Jintużaw il-valuri ta’ referenza elenkati Fit-Taqsima 11 tal-Anness I għal dawn il-linji gwida.
Saff 2a
L-operatur japplika fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għal pajjiż għall-fjuwil rispettiv kif irrappurtat mill-Istat Membru rispettiv fl-aħħar inventarju nazzjonali tiegħu mibgħut lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.
Saff 2b
L-operatur jidderiva fatturi ta’ emissjoni għall-fjuwil abbażi ta’ waħda mill-prokuri stabbiliti li ġejjin:
— |
kejl ta’ densità ta’ żjut jew gassijiet speċifiċi komuni eż. għar-raffinerija jew industrija tal-azzar, u |
— |
valur kalorifiku nett għal tipi speċifiċi ta’ faħam, |
flimkien ma’ korrelazzjoni empirika kif determinata mill-anqas darba fis-sena skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 13 tal-Anness I. L-operatur għandu jiżgura li l-korrelazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti ta’ prattika tajba ta’ inġinerija u li tkun applikata biss għal valuri tal-prokura li jaqgħu fil-firxa li għaliha tkun ġiet stabbilita.
Saff 3
L-użu ta’ fattur ta’ emissjoni speċifiku għal attività [doża ta’ CO2/TJ jew CO2/t jew CO2/Nm3] ikkalkulat mill-kontenut ta’ karbonju tal-fjuwil użat, determinat skont It-Taqsima 13 tal-Anness I.
2.1.2.2. PRODUZZJONI TA’ GASS TA’ SINTEŻI
Minħabba li parti mill-karbonju fil-fjuwil użat bħala input ta’ proċess jinsab fil-gass ta’ sinteżi prodott, għandu jintuża approċċ ta’ bilanċ tal-massa għall-kalkulazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra.
L-approċċ ta’ bilanċ tal-massa għandu jqis il-karbonju kollu f’inputs, stokkijiet, prodotti u esportazzjonijiet oħra mill-installazzjoni biex ikun determinat il-livell ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, ħlief għal sorsi ta’ emissjonijiet li jsirilhom monitoraġġ skont It-Taqsimajiet 2.1.1 u 2.1.2.1 ta’ dan l-Anness. Għandha tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:
Emissjonijiet ta’ CO2 [t CO2] = (input - prodotti - esportazzjoni - bidliet ta’ stokkijiet) *fattur ta’ konverżjoni CO2/C
Fejn:
— input [t C]: il-karbonju kollu li jidħol fil-limiti tal-installazzjoni,
— prodotti [t C]: il-karbonju kollu fi prodotti u materjali, inklużi prodotti sekondarji, li joħorġu mil-limiti tal-installazzjoni,
— esportazzjoni [t C]: karbonju esportat mil-limiti tal-installazzjoni, eż. mitfugħ f’fosos tad-dranaġġ, depożitat f’miżbla jew mitluf. L-esportazzjoni ma tinkludix il-ħruġ ta’ gassijiet b’effett ta’ serra jew monossidu tal-karbonju fl-atmosfera,
— bidliet ta’ stokkijiet [t C]: żidied fl-istokkijiet ta’ karbonju fil-limiti tal-bilanċ tal-massa.
Il-kalkulazzjoni għandha mbagħad issir kif ġej:
Emissjonijiet ta’ CO2 [t CO2] = (Σ (dejta ta’ attivitàinput * kontenut ta’ karbonjuinput) – Σ (dejta ta’ attivitàprodotti * kontenut ta’ karbonjuprodotti) – Σ (dejta ta’ attivitàesportazzjoni *kontenut ta’ karbonjuesportazzjoni) – Σ (dejta ta’ attivitàbidliet ta’ stokkijiet *kontenut ta’ karbonjubidliet ta’ stokkijiet)) * 3 664
Fejn:
(a) dejta ta’ attività
L-operatur għandu janalizza u jirrapporta b’mod separat il-flussi tal-massa għal ġo u ‘l barra mill-installazzjoni u l-bidliet tal-istokkijiet rispettivi għall-fjuwil u l-materjali rilevanti kollha. Fejn il-kontenut ta’ karbonju ta’ fluss tal-massa s-soltu jkun relatat ma’ kontenut ta’ enerġija (fjuwil), l-operatur jista’ jiddetermina u juża l-kontenut ta’ karbonju relatat mal-kontenut ta’ enerġija [t C/TJ] tal-fluss tal-massa rispettiv għall-kalkulazzjoni tal-bilanċ tal-massa.
Saff 1
Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 7,5 %.
Saff 2
Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 5 %.
Saff 3
Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.
Saff 4
Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 1,5 %.
(b) kontenut ta’ karbonju
Saff 1
Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output jiġi dderivat minn fatturi ta’ emissjoni ta’ referenza għal fjuwil jew materjali msemmijin Fit-Taqsima 11 tal-Anness I jew f’Annessi oħra għal dawn il-Linji gwida speċifiċi għal attività. Il-kontenut ta’ karbonju jiġi dderivat kif ġej:
Kontenut ta’ C [t/t jew TJ] = Fattur ta’ emissjoni [t CO2/t jew TJ]/3 664 [t CO2/t C]
Saff 2
L-operatur japplika kontenuti ta’ karbonju speċifiċi għal pajjiż għall-fjuwil jew materjal rispettiv kif irrappurtat mill-Istat Membru rispettiv fl-aħħar inventarju nazzjonali tiegħu mibgħut lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.
Saff 3
Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output għandu jiġi dderivat skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 13 tal-Anness I fir-rigward ta’ teħid rappreżentattiv ta’ kampjuni ta’ fjuwil, prodotti u prodotti sekondarji, id-determinazzjoni tal-kontenuti tagħhom ta’ karbonju u l-frazzjoni tal-bijomassa.
2.2. KEJL TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2
Il-linji gwida ta’ kejl li jinsabu fl-Anness I u fl-Anness XII għandhom ikunu applikati.”
ANNESS XVII
L-Anness XXII li ġej huwa miżjud:
“ANNESS XXII
Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi bi kwantità kbira kif elenkati fl-Anness I għal-Direttiva 2003/87/KE
1. LIMITI U KOMPLETEZZA
Il-linji gwida speċifiċi għal attivitajiet li jinsabu f’dan l-Anness għandhom jintużaw biex isir monitoraġġ ta’ emissjonijiet mill-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi bi kwantità kbira kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE. Fejn produzzjoni ta’ dak it-tip tkun teknikament integrata f’raffinerija ta’ żejt minerali, l-operatur ta’ dik l-installazzjoni għandu minflok juża d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness III, l-aktar għal emissjonijiet minn crackers katalitiċi.
Installazzjonijiet tal-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi bi kwantità kbira jistgħu jagħmlu parti minn installazzjonijiet integrati fl-industrija tal-kimika jew tar-raffinar li joħolqu skambju intensiv ta’ enerġija u materjal. Emissjonijiet ta’ CO2 jistgħu jseħħu minn kombustjoni ta’ fjuwil, kif ukoll minn fjuwil jew materjali użati bħala input ta’ proċess.
2. DETERMINAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2
Sorsi potenzjali ta’ emissjonijiet ta’ CO2 jinkludu fjuwil u materjali ta’ input tal-proċessi li ġejjin:
— |
cracking (katalitiku u mhux katalitiku) |
— |
riformar |
— |
ossidazzjoni parzjali jew sħiħa |
— |
proċessi simili li jwasslu għal emissjonijiet ta’ CO2 minn karbonju li jkun jinsab f’materja prima b’bażi ta’ idrokarbur; |
— |
kombustjoni ta’ gassijiet ta’ skart u vvampjar; |
— |
kombustjoni oħra ta’ fjuwil għal provvista ta’ sħana lill-proċessi msemmijin hawn fuq. |
2.1. KALKULAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2
Fil-każ ta’ proċessi ta’ kombustjoni fejn il-fjuwil użat ma jkollux sehem f’reazzjonijiet kimiċi jew joriġina minnhom għall-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi bi kwantità kbira, eż. għall-proċess ta’ ġenerazzjoni ta’ sħana jew elettriċità, l-emissjonijiet għandu jsirilhom monitoraġġ u għandhom ikunu rrappurtati skont It-Taqsima 2.1.1. Fil-każijiet l-oħra kollha l-emissjonijiet mill-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi bi kwantità kbira għandhom ikunu kkalkulati billi jintuża l-approċċ ta’ bilanċ tal-massa stabbilit Fit-Taqsima 2.1.2. Il-monossidu tal-karbonju (CO) kollu fil-gass mit-tromba ta’ ċumnija għandu jitqies bħala CO2. Abbażi tal-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, jista’ jintuża approċċ ibbażat fuq dak l-input ippreżentat fl-Anness II, meqjusal-aħjar prattika fl-industrija, minflok approċċ ta’ bilanċ tal-massa jekk l-operatur jista’ juri li dan ikun aktar kosteffiċjenti u jwassal għal livell komparabbli ta’ eżattezza.
2.1.1. EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI
Emissjonijiet minn proċessi ta’ kombustjoni għandu jsirilhom monitoraġġ u għandhom ikunu rrappurtati skont l-Anness II. Jekk isir tindif ta’ gass ta’ skart fl-installazzjoni u l-emissjonijiet li jirriżultaw ma jkunux ikkalkulati bl-użu tal-bilanċ tal-massa skont It-Taqsima 2.1.2, dawn l-emissjonijiet għandhom ikunu kkalkulati skont l-Anness II.
2.1.2. APPROĊĊ TA’ BILANĊ TAL-MASSA
L-approċċ ta’ bilanċ tal-massa għandu jqis il-karbonju kollu f’inputs, stokkijiet, prodotti u esportazzjonijiet oħra mill-installazzjoni biex jieħu kont tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, ħlief għal sorsi ta’ emissjonijiet li jsirilhom monitoraġġ skont It-Taqsima 2.1.1. ta’ dan l-Anness. Għandha tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:
Emissjonijiet [t CO2] = (input – prodotti – esportazzjoni – bidliet ta’ stokkijiet) * fattur ta’ konverżjoni CO2/C
Fejn:
— input [t C]: il-karbonju kollu li jidħol fil-limiti tal-installazzjoni,
— prodotti [t C]: il-karbonju kollu fi prodotti u materjali, inklużi prodotti sekondarji, li joħorġu mil-limiti tal-installazzjoni.
— esportazzjoni [t C]: karbonju esportat mil-limiti tal-installazzjoni, eż. mitfugħ f’fosos tad-dranaġġ, depożitat f’miżbla jew mitluf. L-esportazzjoni ma tinkludix il-ħruġ ta’ gassijiet b’effett ta’ serra jew monossidu tal-karbonju fl-atmosfera,
— bidliet ta’ stokkijiet [t C]: żidied fl-istokkijiet tal-karbonju fil-limiti tal-installazzjoni.
Il-kalkulazzjoni għandha mbagħad issir kif ġej:
Emissjonijiet ta’ CO2 [t CO2] = (Σ (dejta ta’ attivitàinput * kontenut ta’ karbonjuinput) – Σ (dejta ta’ attivitàprodotti * kontenut ta’ karbonjuprodotti) – Σ (dejta ta’ attivitàesportazzjoni * kontenut ta’ karbonjuesportazzjoni) – Σ (dejta ta’ attivitàbidliet ta’ stokkijiet * kontenut ta’ karbonjubidliet ta’ stokkijiet)) * 3664
Fejn:
(a) Dejta ta’ attività
L-operatur għandu janalizza u jirrapporta b’mod separat il-flussi tal-massa għal ġo u ‘l barra mill-installazzjoni u l-bidliet tal-istokkijiet rispettivi għall-fjuwil u l-materjali rilevanti kollha. Fejn il-kontenut ta’ karbonju ta’ fluss tal-massa s-soltu jkun relatat ma’ kontenut ta’ enerġija (fjuwil), l-operatur jista’ jiddetermina u juża l-kontenut ta’ karbonju relatat mal-kontenut ta’ enerġija [t C/TJ] tal-fluss tal-massa rispettiv għall-kalkulazzjoni tal-bilanċ tal-massa.
Saff 1
Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 7,5 %.
Saff 2
Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 5,0 %.
Saff 3
Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.
Saff 4
Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 1,5 %.
(b) kontenut ta’ karbonju
Saff 1
Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output għandu jiġi dderivat minn fatturi ta’ emissjoni ta’ referenza għal fjuwil jew materjali elenkati Fit-Taqsima 11 tal-Anness I, fit-Tabella hawn taħt jew f’Annessi oħra għal dawn il-Linji Gwida speċifiċi għal attività. Il-kontenut ta’ karbonju jiġi dderivat kif ġej:
Kontenut ta’ C [t/t jew TJ] = Fattur ta’ emissjoni [t CO2/t jew TJ]/3 664 [t CO2/t C]
Għal sustanzi mhux elenkati Fit-Taqsima 11 tal-Anness I jew f’Annessi oħra għal dawn il-Linji gwida speċifiċi għal attività, operaturi jistgħu jikkalkulaw il-kontenut ta’ karbonju mill-kontenut stojkjometriku ta’ karbonju fis-sustanza pura u mill-konċentrazzjoni tas-sustanza fil-fluss ta’ input jew output.
Tabella
Fatturi ta’ emissjoni ta’ referenza (1)
Sustanza |
Kontenut ta’ karbonju (materja prima t C/t jew prodott t C/t) |
Aċetonitril |
0,5852 tC/t |
Akrilonitril |
0,6664 tC/t |
Butadien |
0,888 tC/t |
Iswed tal-Karbonju |
0,97 tC/t |
Etilen |
0,856 tC/t |
Diklorur tal-etilen |
0,245 tC/t |
Glikol tal-etilen |
0,387 tC/t |
Ossidu tal-etilen |
0,545 tC/t |
Ċjanur tal-idroġenu |
0,4444 tC/t |
Metanol |
0,375 tC/t |
Metan |
0,749 tC/t |
Propan |
0,817 tC/t |
Propilin |
0,8563 tC/t |
Monomer tal-klorur tal-vinil |
0,384 tC/t |
Saff 2
L-operatur japplika kontenut ta’ karbonju speċifiku għal pajjiż għall-fjuwil jew materjal rispettiv kif irrappurtat mill-Istat Membru rispettiv fl-aħħar inventarju nazzjonali tiegħu mibgħut lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.
Saff 3
Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output għandu jiġi dderivat skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 13 tal-Anness I fir-rigward ta’ teħid rappreżentattiv ta’ kampjuni ta’ fjuwil, prodotti u prodotti sekondarji, id-determinazzjoni tal-kontenuti tagħhom ta’ karbonju u l-frazzjoni tal-bijomassa.
2.2. KEJL TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2
Il-linji gwida ta’ kejl li jinsabu fl-Anness I u fl-Anness XII għandhom ikunu applikati.”
(1) Ara l-Linji gwida għal Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet b’Effett ta’ Serra tal-IPCC tal-2006.
ANNESS XVIII
L-Anness XXIII li ġej huwa miżjud:
“ANNESS XXIII
Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni jew ipproċessar ta’ metalli ferrużi u mhux ferrużi kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE
1. LIMITI U KOMPLETEZZA
Il-linji gwida f’dan l-Anness li huma speċifiċi għal attivitajiet għandhom ikunu applikati għal emissjonijiet mill-produzzjoni jew l-ipproċessar ta’ metalli ferrużi u mhux ferrużi kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE, ħlief għall-produzzjoni ta’ ħadid mhux maħdum u azzar u aluminju primarju.
2. DETERMINAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2
F’installazzjonijiet tal-produzzjoni jew l-ipproċessar ta’ metalli ferrużi u mhux ferrużi, sorsi ta’ emissjonijiet u flussi ta’ sorsi għal emissjonijiet ta’ CO2 jinkludu:
— |
Fjuwil konvenzjonali (eż. gass naturali, faħam u kokk, żejt kombustibbli), |
— |
Fjuwil ieħor (plastik eż. mir-riċilaġġ ta’ batteriji, materjal imrammel (organiku) minn impjanti li jaħdmu dak li jibqa’ mit-tqattigħ ta’ vetturi), |
— |
Sustanzi li jnaqqsu l-volum bl-ossidazzjoni u jilliberaw l-elettroni (‘reducing agents’) (eż. kokk, elettrodi ta’ grafit), |
— |
Materja prima (eż. kalċinazzjoni ta’ ġebla tal-ġir, dolomit u karbonju li jkollhom minerali tal-ħadid u konċentrati), |
— |
Materjali bażiċi sekondarji (eż. materjali organiċi li jkollu ruttam). |
2.1. KALKULAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2
F’installazzjonijiet fejn il-karbonju li joriġina minn fjuwil jew materjali ta’ input użati f’din l-installazzjoni jibqa’ fil-prodotti jew f’outputs oħra tal-produzzjoni, eż. biex jitnaqqsu minerali tal-ħadid, għandu jkun applikat approċċ ta’ bilanċ tal-massa (ara t-Taqsima 2.1.1). F’installazzjonijiet fejn dan ma jkunx il-każ, emissjonijiet mill-kombustjoni u emissjonijiet minn proċessi għandhom ikunu kkalkulati separatament (ara t-Taqsimiet 2.1.2 u 2.1.3).
2.1.1. APPROĊĊ TA’ BILANĊ TAL-MASSA
L-approċċ ta’ bilanċ tal-massa għandu jqis il-karbonju kollu f’inputs, stokkijiet, prodotti u esportazzjonijiet oħra mill-installazzjoni biex ikun determinat il-livell ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, billi tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:
Emissjonijiet [t CO2] = (input – prodotti – esportazzjoni – bidliet ta’ stokkijiet) * fattur ta’ konverżjoni CO2/C
Fejn:
— input [t C]: il-karbonju kollu li jidħol fil-limiti tal-installazzjoni,
— prodotti [t C]: il-karbonju kollu fi prodotti u materjali, inklużi prodotti sekondarji, li joħorġu mil-limiti tal-installazzjoni,
— esportazzjoni [t C]: karbonju esportat mil-limiti tal-installazzjoni, eż. mitfugħ f’fosos tad-dranaġġ, depożitat f’miżbla jew mitluf. L-esportazzjoni ma tinkludix il-ħruġ ta’ gassijiet b’effett ta’ serra jew monossidu tal-karbonju fl-atmosfera,
— bidliet ta’ stokkijiet [t C]: żidied fl-istokkijiet ta’ karbonju fil-limiti tal-bilanċ tal-massa.
Il-kalkulazzjoni għandha mbagħad issir kif ġej:
Emissjonijiet ta’ CO2 [t CO2] = (Σ (dejta ta’ attivitàinput * kontenut ta’ karbonjuinput) – Σ (dejta ta’ attivitàprodotti * kontenut ta’ karbonjuprodotti) – Σ (dejta ta’ attivitàesportazzjoni * kontenut ta’ karbonjuesportazzjoni) – Σ (dejta ta’ attivitàbidliet ta’ stokkijiet * kontenut ta’ karbonjubidliet ta’ stokkijiet)) * 3,664
Fejn:
(a) dejta ta’ attività
L-operatur għandu janalizza u jirrapporta b’mod separat il-flussi tal-massa għal ġo u ‘l barra mill-installazzjoni u l-bidliet tal-istokkijiet rispettivi għall-fjuwil u l-materjali rilevanti kollha. Fejn il-kontenut ta’ karbonju ta’ fluss tal-massa s-soltu jkun relatat ma’ kontenut ta’ enerġija (fjuwil), l-operatur jista’ jiddetermina u juża l-kontenut ta’ karbonju relatat mal-kontenut ta’ enerġija [t C/TJ] tal-fluss tal-massa rispettiv għall-kalkulazzjoni tal-bilanċ tal-massa.
Saff 1
Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 7,5 %.
Saff 2
Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 5 %.
Saff 3
Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.
Saff 4
Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 1,5 %.
(b) kontenut ta’ karbonju
Saff 1
Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output jiġi dderivat minn fatturi ta’ emissjoni ta’ referenza għal fjuwil jew materjali msemmijin Fit-Taqsima 11 tal-Anness I jew f’Annessi oħra għal dawn il-Linji gwida speċifiċi għal attività. Il-kontenut ta’ karbonju jiġi dderivat kif ġej:
Kontenut ta’ C [t/t jew TJ] = Fattur ta’ emissjoni [t CO2/t jew TJ]/3,664 [t CO2/t C]
Saff 2
L-operatur japplika kontenut ta’ karbonju speċifiku għal pajjiż għall-fjuwil jew materjal rispettiv kif irrappurtat mill-Istat Membru rispettiv fl-aħħar inventarju nazzjonali tiegħu mibgħut lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.
Saff 3
Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output għandu jiġi dderivat skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 13 tal-Anness I fir-rigward ta’ teħid rappreżentattiv ta’ kampjuni ta’ fjuwil, prodotti u prodotti sekondarji, id-determinazzjoni tal-kontenuti tagħhom ta’ karbonju u l-frazzjoni tal-bijomassa.
2.1.2. EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI
Emissjonijiet minn proċessi ta’ kombustjoni li jseħħu f’installazzjonijiet tal-produzzjoni jew l-ipproċessar ta’ metalli ferrużi u mhux ferrużi li ma jsirilhomx monitoraġġ bl-użu ta’ approċċ ta’ bilanċ tal-massa, għandu jsirilhom monitoraġġ u għandhom ikunu rrappurtati skont l-Anness II.
2.1.3. EMISSJONIJIET MINN PROĊESS
Għal kull tip ta’ materjal ta’ input użat l-ammont ta’ CO2 għandu jkun ikkalkulat kif ġej:
Emissjonijiet ta’ CO2 = Σ dejta ta’ attivitàinput ta’ proċess * Fattur ta’ emissjoni * fattur ta’ konverżjoni
Fejn:
(a) dejta ta’ attività
Saff 1
Ammonti [t] ta’ materjal ta’ input u residwi ta’ proċess użati bħala materjal ta’ input fil-proċess skont It-Taqsima 2.1.2 ta’ dan l-Anness tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ ikunu determinati b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 5,0 %.
Saff 2
Ammonti [t] ta’ materjal ta’ input u residwi ta’ proċess użati bħala materjal ta’ input fil-proċess skont It-Taqsima 2.1.2 ta’ dan l-Anness tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ ikunu determinati b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.
(b) fattur ta’ emissjoni
Saff 1
Għal karbonati, l-użu ta’ proporzjonijiet stojkjometriċi mogħtijin fit-Tabella li ġejja:
Tabella
Fatturi ta’ emissjoni stojkjometriċi
Karbonat |
Proporzjon[t CO2/t Ca-, Mg- jew Karbonat ieħor] |
Rimarki |
CaCO3 |
0,440 |
|
MgCO3 |
0,522 |
|
ġenerali: XY(CO3)Z |
Fattur ta’ emissjoni = [MCO2 ]/{Y * [Mx] + Z *[MCO3 2-]} |
X= metall Mx= piż molekulari ta’ X fi [g/mol] MCO2 = piż molekulari ta’ CO2 fi [g/mol] MCO3- = piż molekulari ta’ CO3 2- fi [g/mol] Y= numru stojkjometriku ta’ X Z= numru stojkjometriku ta’ CO3 2- |
Dawn il-valuri għandhom jiġu aġġustati għall-umdità u għall-kontenut ta’ mineral grezz rispettivi tal-materjal applikat ta’ karbonat.
Għal residwi ta’ proċess u materjali oħra ta’ input minbarra karbonati mhux irrappurtati skont It-Taqsima 2.1.2 ta’ dan l-Anness, fatturi speċifiċi għal attività għandhom ikunu determinati skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 13 tal-Anness I.
(c) fattur ta’ konverżjoni
Saff 1
Fattur ta’ konverżjoni: 1,0.
Saff 2
Fatturi speċifiċi għal attività determinati skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 13 tal-Anness I, li jiddeterminaw l-ammont ta’ karbonju fis-sinter, gagazza jew prodott ieħor rilevanti, kif ukoll fi trab iffiltrat. F’każ li trab iffiltrat jerġa’ jintuża fil-proċess, l-ammont ta’ karbonju [t] li jkun hemm fih ma għandux jittieħed kont tiegħu biex ikun evitat li jitqies darbtejn.
2.2. KEJL TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2
Il-linji gwida ta’ kejl li jinsabu fl-Anness I u fl-Anness XII għandhom ikunu applikati.”
ANNESS XIX
L-Anness XXIV li ġej huwa miżjud:
“ANNESS XXIV
Linji gwida speċifiċi għal attivitajiet ta’ produzzjoni jew ipproċessar ta’ aluminju primarju kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE
1. LIMITI U KOMPLETEZZA
Il-linji gwida f’dan l-Anness li huma speċifiċi għal attivitajiet għandhom ikunu applikati għal emissjonijiet minn installazzjonijiet tal-produzzjoni jew l-ipproċessar ta’ aluminju primarju kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE.
Dan l-Anness jinkludi linji gwida għall-monitoraġġ ta’ emissjonijiet mill-produzzjoni ta’ elettrodi għat-tidwib ta’ aluminju primarju, li japplikaw ukoll għal impjanti awtonomi tal-produzzjoni ta’ elettrodi ta’ dan it-tip.
2. DETERMINAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ GASSIJIET B’EFFETT TA’ SERRA
F’installazzjonijiet tal-produzzjoni jew tal-ipproċessar ta’ aluminju primarju, sorsi ta’ emissjonijiet u flussi ta’ sorsi għal emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra jinkludu:
— |
fjuwil għall-produzzjoni ta’ sħana jew fwar, |
— |
produzzjoni ta’ anodi (CO2), |
— |
riduzzjoni ta’ Al2O3 waqt elettroliżi (CO2) li huwa relatat ma’ konsum ta’ elettrodi, |
— |
użu ta’ karbonat tas-sodju jew karbonati oħra għal tindif ta’ gass ta’ skart (CO2), |
— |
effetti ta’ anodi (PFCs), inklużi emissjonijiet ta’ PFCs li jaħarbu. |
2.1. KALKULAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2
2.1.1. EMISSJONIJIET MILL-KOMBUSTJONI
Emissjonijiet mill-kombustjoni ta’ fjuwil, inkluż gass mit-tindif ta’ gass mit-tromba ta’ ċumnija, għandu jsirilhom monitoraġġ u għandhom ikunu rrappurtati skont l-Anness II, sakemm ma jkunux inklużi f’bilanċ tal-massa skont It-Taqsima 2.1.2.
2.1.2. BILANĊ TAL-MASSA
Emissjonijiet minn proċess mill-produzzjoni u l-konsum ta’ anodi għandhom ikunu kkalkulati billi jintuża approċċ ta’ bilanċ tal-massa. L-approċċ ta’ bilanċ tal-massa għandu jqis il-karbonju kollu f’inputs, stokkijiet, prodotti u esportazzjonijiet oħra mit-taħlit, it-tiswir, il-ħami u r-riċiklaġġ ta’ anodi, kif ukoll mill-konsum ta’ elettrodi waqt l-elettroliżi. Fejn jintużaw anodi moħmija, jistgħu jkunu applikati jew bilanċi tal-massa separati għall-produzzjoni u l-konsum, jew bilanċ tal-massa wieħed komuni, billi jittieħed kont kemm tal-produzzjoni kif ukoll tal-konsum tal-elettrodi. Fil-każ ta’ ċelluli Søderberg, l-operatur għandu juża bilanċ tal-massa wieħed komuni. Il-bilanċ tal-massa għandu jiddetermina l-livell ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ, billi tintuża l-ekwazzjoni li ġejja indipendentement minn jekk jintużawx bilanċ tal-massa komuni jew bilanċi tal-massa separati:
Emissjonijiet ta’ CO2 [t CO2] = (input – prodotti – esportazzjoni – bidliet ta’ stokkijiet) * fattur ta’ konverżjoni CO2/C
Fejn:
— input [t C]: il-karbonju kollu li jidħol fil-limiti tal-bilanċ tal-massa, eż. żift, kokk, kokk għall-ippakkjar, anodi mixtrijin;
— prodotti [t C]: il-karbonju kollu fi prodotti u materjali, inklużi prodotti sekondarji u skart, li joħorġu mil-limiti tal-bilanċ tal-massa, eż. anodi mibjughin;
— esportazzjoni [t C]: karbonju esportat mil-limiti tal-bilanċ tal-massa, eż. mitfugħ f’fosos tad-dranaġġ, depożitat f’miżbla jew mitluf. Esportazzjoni ma tinkludix il-ħruġ ta’ gassijiet b’effett ta’ serra fl-atmosfera;
— bidliet ta’ stokkijiet [t C]: żidied fl-istokkijiet ta’ karbonju fil-limiti tal-bilanċ tal-massa.
Il-kalkulazzjoni għandha mbagħad issir kif ġej:
Emissjonijiet ta’ CO2 [t CO2] = (Σ (dejta ta’ attivitàinput * kontenut ta’ karbonjuinput) – Σ (dejta ta’ attivitàprodotti * kontenut ta’ karbonjuprodotti) – Σ (dejta ta’ attivitàesportazzjoni * kontenut ta’ karbonjuesportazzjoni) – Σ (dejta ta’ attivitàbidliet ta’ stokkijiet * kontenut ta’ karbonjubidliet ta’ stokkijiet)) * 3,664
Fejn:
(a) dejta ta’ attività
L-operatur għandu janalizza u jirrapporta b’mod separat il-flussi tal-massa għal ġo u ‘l barra mill-installazzjoni u bidliet ta’ stokkijiet rispettivi għall-fjuwil u l-materjali rilevanti kollha (eż. żift, kokk, kokk għall-ippakkjar). Fejn il-kontenut ta’ karbonju ta’ fluss tal-massa s-soltu jkun relatat ma’ kontenut ta’ enerġija (fjuwil), l-operatur jista’ jiddetermina u juża l-kontenut ta’ karbonju relatat mal-kontenut ta’ enerġija [t C/TJ] tal-fluss tal-massa rispettiv għall-kalkulazzjoni tal-bilanċ tal-massa.
Saff 1
Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 7,5 %.
Saff 2
Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 5 %.
Saff 3
Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.
Saff 4
Dejta ta’ Attività tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 1,5 %.
(b) kontenut ta’ karbonju
Saff 1
Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output jiġi dderivat minn fatturi ta’ emissjoni ta’ referenza għal fjuwil jew materjali msemmijin Fit-Taqsima 11 tal-Anness I jew f’Annessi oħra għal dawn il-Linji gwida speċifiċi għal attività. Il-kontenut ta’ karbonju jiġi dderivat kif ġej:
Kontenut ta’ C [t/t jew TJ] = Fattur ta’ emissjoni [t CO2/t jew TJ]/3,664 [t CO2/t C]
Saff 2
L-operatur japplika kontenut ta’ karbonju speċifiku għal pajjiż għall-fjuwil jew materjal rispettiv kif irrappurtat mill-Istat Membru rispettiv fl-aħħar inventarju nazzjonali tiegħu mibgħut lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.
Saff 3
Il-kontenut ta’ karbonju ta’ flussi ta’ input jew output għandu jiġi dderivat skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 13 tal-Anness I fir-rigward ta’ teħid rappreżentattiv ta’ kampjuni ta’ fjuwil, prodotti u prodotti sekondarji, id-determinazzjoni tal-kontenuti tagħhom ta’ karbonju u l-frazzjoni tal-bijomassa.
Il-kontenut ta’ karbonju jista’ jiġi derivat minn analiżi diretta, kif ukoll minn analiżi indiretta, i.e. billi jitnaqqas il-kontenut imkejjel ta’ kostitwenti magħrufin (bħal kubrit, idroġenu u rmied) mill-ammont totali, kif ikun xieraq u bla ħsara għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti.
2.2. KEJL TA’ EMISSJONIJIET TA’ CO2
Il-linji gwida ta’ kejl li jinsabu fl-Anness I u fl-Anness XII għandhom ikunu applikati.
3. DETERMINAZZJONI TA’ EMISSJONIJIET TA’ PFC
Emissjonijiet ta’ PFC mill-produzzjoni ta’ aluminju primarju għandhom jinkludu emissjonijiet ta’ CF4 u C2F6 espressi bħala ekwivalenti ta’ CO2:
Emissjonijiet ta’ PFC [t CO2(e)] = Emissjonijiet ta’ CF4 [t CO2(e)] + Emissjonijiet ta’ C2F6 [t CO2(e)]
Ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju (t CO2(e)) għandhom ikunu kkalkulati billi jintużaw Valuri ta’ Potenzjal ta’ Riskaldament Globali ipprovduti fir-Rapport tat-Tieni Valutazzjoni tal-Grupp ta’ Esperti Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (Valur ta’ GWP tal-IPPC tal-1995). Dawn huma:
|
GWPCF4 = 6 500 t CO2(e)/t CF4 |
|
GWPC2F6 = 9 200 t CO2(e)/t C2F6 |
Emissjonijiet totali ta’ PFC huma kkalkulati mill-emissjonijiet li jistgħu jitkejlu f’tubu jew f’ċumnija (“emissjonijiet minn sors ta’ punt’) kif ukoll mill-emissjonijiet li jaħarbu billi tintuża l-effiċjenza tat-tubi fil-ġbir:
Emissjonijiet ta’ PFC (total) = Emissjonijiet ta’ PFC (tubu)/effiċjenza fil-ġbir
L-effiċjenza fil-ġbir titkejjel meta jkunu determinati l-fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għal installazzjonijiet. Biex din tkun determinata għandha tintuża l-verżjoni l-aktar reċenti tal-gwida msemmija fis-Saff 3 tat-Taqsima 4.4.2.4 tal-Linji gwida tal-IPCC tal-2006.
Emissjonijiet ta’ CF4 u C2F6 li jkunu nħarġu minn tubu jew ċumnija għandhom ikunu kkalkulati b’wieħed miż-żewġ approċċi li ġejjin, skont it-teknoloġiji ta’ kontroll użati. Il-metodu A ta’ kalkulazzjoni jintuża fejn ikunu rreġistrati l-minuti ta’ effett ta’ anodu għal kull jum ta’ ċellola; il-metodu B ta’ kalkulazzjoni għandu jintuża fejn ikun irreġistrat il-vultaġġ żejjed b’effett ta’ anodu.
Metodu A ta’ Kalkulazzjoni – Metodu tal-pendil
Fejn jitkejlu l-minuti ta’ effett ta’ anodu għal kull jum ta’ ċellola, għandhom jintużaw l-ekwazzjonijiet li ġejjin biex ikunu determinati emissjonijiet ta’ PFC:
|
Emissjonijiet ta’ CF4 [t CO2(e)] = AEM × (SEFCF4 /1 000) × PrAl × GWPCF4 |
|
Emissjonijiet ta’ C2F6 [t CO2(e)] = Emissjonijiet ta’ CF4 * FC2F6 * GWPC2F6 |
Fejn:
AEM … Minuti ta’ effett ta’ anodu/jum ta’ ċellola
SEFCF4 … (1) Fattur ta’ emissjoni f’pendil [(kg CF4/t Al prodott)/(minuti ta’ effett ta’ anodu/jum ta’ ċellola)]
PrAl … Produzzjoni annwali ta’ aluminju primarju [t]
FC2F6 … Frazzjoni ta’ piż ta’ C2F6 (t C2F6/t CF4)
Fejn:
Dejta ta’ attività
(a) Produzzjoni ta’ aluminju primarju
Saff 1
Il-produzzjoni ta’ aluminju primarju tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.
Saff 2
Il-produzzjoni ta’ aluminju primarju tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 1,5 %.
(b) Minuti ta’ effett ta’ anodu (AEM)
Il-minuti ta’ effett ta’ anodu għal kull jum ta’ ċellola jesprimu l-frekwenza ta’ effetti ta’ anodi [għadd ta’ effetti ta’ anodi/jum ta’ ċellola] immultiplikata bid-durata medja ta’ effetti ta’ anodi [minuti ta’ effett ta’ anodu/okkorrenza]:
AEM = frekwenza × durata medja
Saff 1
Il-frekwenza u d-durata medja tal-effetti ta’ anodi tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ ikunu determinati b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.
Saff 2
Il-frekwenza u d-durata medja tal-effetti ta’ anodi tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ ikunu determinati b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 1,5 %.
Fattur ta’ emissjoni
Il-fattur ta’ emissjoni għal CF4 (fattur ta’ emissjoni f’pendil ta’ SEFCF4 ) jesprimi l-ammont [kg] ta’ CF4 li jkun inħareġ għal kull tunnellata ta’ aluminju prodott għal kull minuta ta’ effett ta’ anodu/jum ta’ ċellola. Il-fattur ta’ emissjoni (frazzjoni ta’ piż ta’ FC2F6 ) ta’ C2F6 jesprimi l-ammont [t] ta’ C2F6 li jkun inħareġ bħala proporzjonat għall-ammont [t] ta’ CF4 li jkun inħareġ.
Saff 1
Jintużaw fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għat-teknoloġija mit-Tabella 1.
Tabella 1
Fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għat-teknoloġija relatati mal-metodu tal-pendil
Teknoloġija |
Fattur ta’ Emissjoni għal CF4 (SEFCF4 ) [(kg CF4/t Al)/(AE-Min/jum ta’ ċellola)] |
Fattur ta’ Emissjoni għal C2F6 (FC2F6 ) [t C2F6/t CF4] |
Moħmi u pproċessat f’Ċentru (CWPB) |
0,143 |
0,121 |
Proċess Søderberg bl-użu ta’ Perni Vertikali (VSS) |
0,092 |
0,053 |
Saff 2
Jintużaw fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għal installazzjonijiet għal CF4 u C2F6 stabbiliti permezz ta’ kejl fuq is-sit kontinwu jew intermittenti. Biex ikunu determinati dawn il-fatturi ta’ emissjoni għandha tintuża l-verżjoni l-aktar reċenti tal-gwida msemmija fis-Saff 3 tat-Taqsima 4.4.2.4 tal-Linji gwida tal-IPCC tal-2006 (2). Il-fatturi ta’ emissjoni għandhom ikunu determinati b’inċertezza massima ta’ ± 15 % kull waħda.
Il-fatturi ta’ emissjoni għandhom ikunu stabbiliti mill-anqas kull tliet snin jew qabel jekk ikun meħtieġ minħabba bidliet rilevanti fl-installazzjoni. Bidliet rilevanti jinkludu bidla fid-distribuzzjoni tad-durata ta’ effett ta’ anodu, jew bidla fl-algoritmu ta’ kontroll li jaffettwa t-taħlita ta’ tipi ta’ effetti ta’ anodi jew in-natura tar-rutina ta’ terminazzjoni ta’ effett ta’ anodu.
Metodu B ta’ Kalkulazzjoni- Metodu ta’ vultaġġ żejjed:
Fejn jitkejjel il-vultaġġ żejjed b’effett ta’ anodu, għandhom jintużaw l-ekwazzjonijiet li ġejjin biex ikunu determinati emissjonijiet ta’ PFC:
|
Emissjonijiet ta’ CF4 [t CO2(e)] = OVC × (AEO/CE) × PrAl × GWPCF4 × 0 001 |
|
Emissjonijiet ta’ C2F6 [t CO2-eq] = Emissjonijiet ta’ CF4 × FC2F6 C2F6 × GWPC2F6 |
Fejn:
OVC … Koeffiċjenti ta’ vultaġġ żejjed (“fattur ta’ emissjoni”) espress bħala kg ta’ CF4 kull tunnellata metrika ta’ aluminju prodott għal kull mV vultaġġ żejjed.
AEO … Vultaġġ żejjed b’effett ta’ anodu għal kull ċellola [mV] determinat bħala l-integral ta’ (ħin × vultaġġ ‘il fuq mill-vultaġġ immirat) diviż bil-ħin (durata) ta’ ġbir ta’ dejta
CE … medja ta’ effiċjenza attwali ta’ produzzjoni ta’ aluminju [%]
PrAl … Produzzjoni annwali ta’ aluminju primarju [t]
FC2F6 … Frazzjoni ta' piż ta' C2F6 (t C2F6/t CF4)
Dejta ta’ attività
(a) Produzzjoni ta’ aluminju primarju
Saff 1
Il-produzzjoni ta’ aluminju primarju tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.
Saff 2
Il-produzzjoni ta’ aluminju primarju tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ tkun determinata b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 1,5 %.
(b) Vultaġġ żejjed b’effett ta’ anodu
It-terminu AEO/CE (Vultaġġ żejjed b’effett ta’ anodu/effiċjenza attwali) jesprimi l-vultaġġ żejjed medju b’effett ta’ anodu integrat bil-ħin [vultaġġ żejjed ta’ mV] għal kull effiċjenza attwali medja [%].
Saff 1
Vultaġġ żejjed b’effett ta’ anodu, kif ukoll effiċjenza attwali, tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ ikunu determinati kull wieħed u waħda għaliha b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 2,5 %.
Saff 2
Vultaġġ żejjed b’effett ta’ anodu, kif ukoll effiċjenza attwali, tul il-perjodu ta’ rappurtaġġ ikunu determinati kull wieħed u waħda għaliha b’inċertezza massima ta’ anqas minn ± 1,5 %.
Fattur ta’ emissjoni
Il-fattur ta’ emissjoni għal CF4 (“koeffiċjenti ta’ vultaġġ żejjed” OVC) jesprimi l-ammont [kg] ta’ CF4 li jkun inħareġ għal kull t ta’ aluminju prodott għal kull millivolt [mV] ta’ vultaġġ żejjed. Il-fattur ta’ emissjoni ta’ C2F6 (frazzjoni ta’ piż ta’ FC2F6 ) jesprimi l-ammont [t] ta’ C2F6 li jkun inħareġ bħala proporzjon għall-ammont [t] ta’ CF4 li jkun inħareġ.
Saff 1
Għandhom jintużaw fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għat-teknoloġija kif stabbiliti fit-Tabella 2:
Tabella 2
Fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għat-teknoloġija relatati ma’ dejta ta’ attività ta’ vultaġġ żejjed
Teknoloġija |
Fattur ta’ Emissjoni għal CF4 [(kg CF4/t Al)/mV] |
Fattur ta’ Emissjoni għal C2F6 [t C2F6/t CF4] |
Moħmi u pproċessat f’Ċentru (CWPB) |
1,16 |
0,121 |
Proċess Søderberg bl-użu ta’ Perni Vertikali (VSS) |
N.A. |
0,053 |
Saff 2
Jintużaw fatturi ta’ emissjoni speċifiċi għal installazzjonijiet għal CF4 [(kg CF4/t Al)/mV] u C2F6 [t C2F6/t CF4] stabbiliti permezz ta’ kejl fuq is-sit kontinwu jew intermittenti. Biex ikunu determinati dawn il-fatturi ta’ emissjoni għandha tintuża l-verżjoni l-aktar reċenti tal-gwida msemmija fis-Saff 3 tat-Taqsima 4.4.2.4 tal-Linji gwida tal-IPCC tal-2006 (2). Il-fatturi ta’ emissjoni għandhom ikunu determinati b’inċertezza massima ta’ ± 15 % kull waħda.
Il-fatturi ta’ emissjoni għandhom ikunu stabbiliti mill-anqas kull tliet snin jew qabel jekk ikun meħtieġ minħabba bidliet rilevanti fl-installazzjoni. Bidliet rilevanti jinkludu bidla fid-distribuzzjoni tad-durata ta’ effett ta’ anodu jew bidla fl-algoritmu ta’ kontroll li jaffettwa t-taħlita ta’ tipi ta’ effetti ta’ anodi jew in-natura tar-rutina ta’ terminazzjoni ta’ effett ta’ anodu.
(1) Fejn jintużaw tipi ta’ ċelloli differenti, jistgħu jkunu applikati SEFs differenti.
(2) Istitut Internazzjonali tal-Aluminju; Il-Protokoll ta’ Gassijiet b’Effett ta’ Serra tas-Settur tal-Aluminju; Ottubru 2006; Aġenzija tal-Istati Uniti tal-Amerika għall-Protezzjoni Ambjentali u Istitut Internazzjonali tal-Aluminju; Protokoll għall-Kejl ta’ Emissjonijiet ta’ Tetrafluworometan (CF4) u ta’ Eżafluworometan (C2F6) minn Produzzjoni ta’ Aluminju Primarju; April 2008.