Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0340

    2011/340/UE: Deċiżjoni Nru 1/2011 tal-Kunsill ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni UE-Kroazja tal- 5 ta’ Mejju 2011 li temenda l-Protokoll 4 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti ta’ oriġini” u metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva

    ĠU L 156, 15.6.2011, p. 7–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/340/oj

    15.6.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 156/7


    DEĊIŻJONI Nru 1/2011 TAL-KUNSILL TA’ STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI UE-KROAZJA

    tal-5 ta’ Mejju 2011

    li temenda l-Protokoll 4 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti ta’ oriġini” u metodi ta’ koperazzjoni amministrattiva

    (2011/340/UE)

    IL-KUNSILL TA’ STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI UE-KROAZJA,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja min-naħa l-oħra (1) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 39 tal-Protokoll 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikoli 3 u 4 tal-Protokoll 4 tal-Ftehim jipprevedi kumulazzjoni bilaterali tal-oriġini fl-Unjoni Ewropea jew fil-Kroazja.

    (2)

    Il-Kroazja talbet li takkumula l-oriġini meta tinkorpora materjali li joriġinaw fl-Unjoni, fil-Kroazja jew fi kwalukwe pajjiż jew territorju ieħor li jipparteċipa fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni (2) jew tinkorpora il-materjali li joriġinaw mit-Turkija li għalihom id-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija tat-22 ta’ Diċembru 1995 (3) tapplika (4).

    (3)

    Sabiex jippermettu lill-Unjoni u lill-Kroazja li jibbenefikaw miż-żona estiża ta’ kumulazzjoni, id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 4 tal-Ftehim għandhom ikunu emendati kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll 4 tal-Ftehim b’dan huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Dan li ġej jiżdied mal-Werrej:

    “Anness V:

    Prodotti esklużi mill-kumulazzjoni prevista fl-Artikolu 3 u l-Artkolu 4”.

    (2)

    L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 3

    Kumulazzjoni fil-Komunità

    1.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1), il-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li joriġinaw fil-Komunità jekk dawn il-prodotti jinkisbu hemmhekk, li jinkorporaw materjali li joriġinaw fil-Kroazja, fil-Komunità jew fi kwalunkwe pajjiż jew teritorju li jipparteċipa fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (*), jew li jinkorporaw materjali li joriġinaw fit-Turkija li għalihom tapplika d-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija tat-22 ta’ Diċembru 1995 (**), sakemm il-ħidma jew l-ipproċessar imwettaq fil-Komunità jmur lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7. M’għandux ikun meħtieġ li dawk il-materjali jkunu għaddew minnħidma jew ipproċessar suffiċjenti.

    2.   Meta l-ħidma jew l-ipproċessar imwettaq fil-Komunità ma jkunx imur lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7, il-prodott miksub għandu jiġi kkunsidrat bħala li joriġina fil-Komunità biss meta l-valur miżjud ikun akbar mill-valur tal-materjali użati li joriġinaw fi kwalnukwe wieħed mill-pajjiżi jew it-territorji l-oħra msemmija fil-paragrafu 1. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-prodott miksub għandu jkun ikkunsidrat bħala li joriġina fil-pajjiż li minnu jkun ġej l-ogħla valur tal-materjali oriġinarji użati fil-manifattura fil-Komunità.

    3.   Il-prodotti li joriġinaw f’wieħed mill-pajjiżi jew mit-territorji msemmija fil-paragrafu 1, li ma jkunux soġġetti għal ħidma jew ipproċessar fil-Komunità, iżommu l-oriġini tagħhom jekk jiġu esportati f’wieħed minn dawn il-pajjiżi jew territorji.

    4.   Il-kumulazzjoni prevista f’dan l-Artikolu tista’ tiġi applikata biss jekk:

    (a)

    ikun applikabbli ftehim ta’ kummerċ preferenzjali skont l-Artikolu XXIV tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) bejn il-pajjiżi jew it-territorji involuti fl-akkwist ta’ status ta’ oriġini u l-pajjiż ta’ destinatazzjoni;

    (b)

    materjali u prodotti jkunu kisbu status ta’ oriġini bl-applikazzjoni ta’ regoli ta’ oriġini identiċi ma’ dawk mogħtija f’dan il-Protokoll;

    u

    (c)

    avviżi li jindikaw it-twettiq tar-rekwiżiti meħtieġa għall-applikazzjoni tal-kumulazzjoni jkunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje C) u fil-Kroazja skont il-proċeduri tagħha.

    Il-kumulazzjoni prevista f’dan l-Artikolu għandha tapplika mid-data indikata fl-avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje C).

    Il-Komunità għandha tipprovdi lill-Kroazja, permezz tal-Kummissjoni Ewropea, bid-dettalji tal-istrumenti ta’ Ftehim u r-regoli ta’ oriġini li jikkorrispondu għalihom, li huma applikati mal-pajjiżi jew it-territorji l-oħra msemmija fil-paragrafu 1.

    Il-prodotti fl-Anness V għandhom ikunu esklużi mill-kumulazzjoni prevista f’dan l-Artikolu.

    (*)  Kif definit fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali f’April 1997 u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Mejju 1999 dwar l-istabbiliment tal-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent."

    (**)  Id-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija tat-22 ta’ Diċembru 1995 tapplika għal prodotti minbarra prodotti agrikoli kif definit fil-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija u minbarra l-prodotti tal-faħam u l-azzar kif definiti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-kummerċ fil-prodotti koperti mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.”"

    (3)

    L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 4

    Kumulazzjoni fil-Kroazja

    1.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(2), il-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li joriġinaw fil-Kroazja jekk tali prodotti jinkisbu hemmhekk, jinkorporaw materjali li joriġinaw fil-Komunità, fil-Kroazja jew fi kwalunkwe pajjiż jew territorju li jipparteċipa fil-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (***), jew li jinkorporaw materjali li joriġinaw fit-Turkija li għalihom tapplika d-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija tat-22 ta’ Diċembru 1995 (****), sakemm il-ħidma jew l-ipproċessar imwettaq fil-Korazja jmur lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7. M’għandux ikun meħtieġ li dawk il-materjali jkunu għaddew minn ħidma jew ipproċessar suffiċjenti.

    2.   Meta l-ħidma jew l-ipproċessar imwettaq fil-Kroazja ma jkunx imur lil hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7, il-prodott miksub għandu jiġi kkunsidrat bħala li joriġina fil-Kroazja biss meta l-valur miżjud ikun akbar mill-valur tal-materjali użati li joriġinaw fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi jew it-territorji l-oħra msemmija fil-paragrafu 1. Jekk dan ma jkunx hekk, il-prodott miksub għandu jkun ikkunsidrat bħala li joriġina fil-pajjiż fejn ikun ġie l-aktar valur għoli ta’ materjali oriġinarji użati fil-manifattura fil-Kroazja.

    3.   Il-prodotti, li joriġinaw f’wieħed mill-pajjiżi jew mit-territorji msemmija fil-paragrafu 1, li ma jkunux soġġetti għal ħidma jew ipproċessar fil-Kroazja, iżommu l-oriġini tagħhom jekk jiġu esportati f’wieħed minn dawn il-pajjiżi jew territorji.

    4.   Il-kumulazzjoni prevista f’dan l-Artikolu tista’ tiġi applikata biss jekk:

    (a)

    ikun applikabbli ftehim ta’ kummerċ preferenzjali skont l-Artikolu XXIV tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) bejn il-pajjiżi jew it-territorji involuti fl-akkwist ta’ status ta’ oriġini u l-pajjiż ta’ destinatazzjoni;

    (b)

    materjali u prodotti jkunu kisbu status ta’ oriġini bl-applikazzjoni ta’ regoli ta’ oriġini identiċi ma’ dawk mogħtija f’dan il-Protokoll;

    u

    (c)

    avviżi li jindikaw it-twettiq tar-rekwiżiti meħtieġa għall-applikazzjoni tal-kumulazzjoni jkunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje C) u fil-Kroazja skont il-proċeduri tagħha stess.

    Il-kumulazzjoni prevista f’dan l-Artikolu għandha tapplika mid-data indikata fl-avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje C).

    Il-Kroazja għandha tipprovdi lill-Komunità, permezz tal-Kummissjoni Ewropea, bid-dettalji tal-istrumenti ta’ Ftehim, inklużi d-dati tad-dħul fis-seħħ tagħhom, u r-regoli ta’ oriġini li jikkorrispondu għalihom, li huma applikati mal-pajjiżi jew it-territorji l-oħra msemmija fil-paragrafu 1.

    Il-prodotti fl-Anness V għandhom ikunu esklużi mill-kumulazzjoni prevista f’dan l-Artikolu.

    (***)  Kif definit fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali f’April 1997 u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' Mejju 1999 dwar l-istabbiliment tal-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent."

    (****)  Id-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija tat-22 ta’ Diċembru 1995 tapplika għal prodotti minbarra prodotti agrikoli kif definit fil-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija u minbarra l-prodotti tal-faħam u l-azzar kif definiti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-kummerċ fil-prodotti koperti mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.”"

    (4)

    L-Artikolu 7(1)(m) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(m)

    taħlit sempliċi ta’ prodotti, kemm jekk ta’ tipi differenti kif ukoll jekk le; it-taħlit ta’ zokkor ma’ kwalunkwe tip ieħor ta’ materjal;”

    (5)

    L-Artikolu 13(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   It-trattament preferenzjali previst minn dan il-Ftehim japplika biss għal prodotti, li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan il-Protokoll, li huma ttrasportati direttament bejn il-Komunità u l-Kroazja jew li jgħaddu minn pajjiżi jew territorji oħra msemmija fl-Artikoli 3 u 4. Madankollu, prodotti li jiffurmaw konsenja waħda jistgħu jkunu trasportati minn territorji oħrajn u, jekk ikun il-każ, trasbordati jew maħżuna temporanjament f’tali territorji, bil-kondizzjoni li jibqgħu taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet doganali fil-pajjiż fejn isiru t-transitu jew il-ħażna u ma jsirux operazzjonijiet fuqhom għajr ħatt, tagħbija mill-ġdid jew kwalunkwe operazzjoni maħsuba sabiex tippriservahom f’kondizzjoni tajba.

    Il-prodotti ta’ oriġini jistgħu jiġu ttrasportati permezz ta’ pajp li jgħaddi minn territorju li mhuwiex dak tal-Komunità jew tal-Kroazja.”

    (6)

    L-Artikolu 14(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Prodotti ta’ oriġini, li jintbagħtu għal wirja f’pajjiż jew territorju li mhuwiex wieħed minn dawk msemmija fl-Artikoli 3 u 4 u li jinbiegħu wara l-wirja sabiex jiġu importati fil-Komunità jew fil-Kroazja għandhom, meta jiġu importati, igawdu mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim bil-kondizzjoni li jintwera għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali li:

    (a)

    dawn il-prodotti mill-Komunità jew mill-Kroazja ġew ikkonsenjati fil-pajjiż fejn tinżamm il-wirja u ġew eżibiti hemmhekk minn esportatur;

    (b)

    dak l-esportatur bigħ il-prodotti, jew iddispona minnhom b’xi mod ieħor, lil persuna fil-Komunità jew fil-Kroazja;

    (c)

    il-prodotti jkunu ġew ikkunsinnati matul il-wirja jew immedjatament wara li tingħalaq fl-Istat fejn ikunu ntbagħtu għall-wiri;

    u

    (d)

    il-prodotti ma jkunux, minn meta jkunu ġew ikkonsenjati għall-wiri, intużaw għal xi skop minbarra dak li jintwerew fil-wirja.”

    (7)

    L-Artikolu 15(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Materjali li ma joriġinawx li huma użati fil-manifattura ta’ prodotti li joriġinaw fil-Komunità, fil-Kroazja jew f’wieħed mill-pajjiżi jew territorji msemmija fl-Artikoli 3 u 4 li għalihom inħarġet jew saret prova ta’ oriġini skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu V m’għandhomx ikunu soġġetti, fil-Komunità jew fil-Kroazja, għal rifużjoni jew għa -eżenzjoni minn dazji doganali ta’ kwalunkwe tip.”

    (8)

    L-Artikolu 17(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “4.   Għandu jinħareġ ċertifikat ta’ moviment EUR 1 mill-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru tal-Komunità jew tal-Kroazja jekk il-prodotti konċernati jistgħu jkunu kkunsidrati bħala prodotti li joriġinaw fil-Komunità, fil-Kroazja jew f’wieħed mill-pajjiżi jew territorji oħra msemmija fl-Artikoli 3 u 4 u jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra ta’ dan il-Protokoll.”

    (9)

    L-Artikolu 22(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   Tista’ tiġi magħmula dikjarazzjoni ta’ fattura jekk il-prodotti kkonċernati jistgħu jkunu kkunsidrati bħala prodotti li joriġinaw fil-Komunità, fil-Kroazja jew f’wieħed mill-pajjiżi jew territorji l-oħra msemmija fl-Artikoli 3 u 4 u jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra ta’ dan il-Protokoll.”

    (10)

    L-Artikolu 28 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 28

    Dokumenti ta’ sostenn

    Id-dokumenti msemmija fl-Artikoli 17(3) u 22(3) użati għall-iskop li jagħtu prova li l-prodotti koperti b’ċertifikat ta’ moviment EUR.1 jew b’dikjarazzjoni ta’ fattura jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fil-Komunità, fil-Kroazja jew f’wieħed mill-pajjiżi jew territorji l-oħra msemmija fl-Artikoli 3 u 4 u li jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra ta’ dan il-Protokoll, jistgħu jikkonsistu, inter alia, f’dawn li ġejjin:

    (a)

    evidenza diretta tal-ipproċessar imwettaq mill-esportatur jew mill-fornitur sabiex jikseb l-oġġetti kkonċernati, li jinsabu pereżempju fil-kontijiet jew fiż-żamma tal-kotba interni tal-esportatur jew tal-fornitur;

    (b)

    dokumenti li jippruvaw l-istatus ta’ oriġini tal-materjali użati, maħruġa jew magħmula fil-Komunità jew fil-Kroazja fejn dawn id-dokumenti jintużaw skont il-liġi domestika;

    (c)

    dokumenti li jippruvaw ix-xogħol jew l-ipproċessar tal-materjali fil-Komunità jew fil-Kroazja, maħruġa jew magħmula fil-Komunità jew fil-Kroazja, fejn dawn id-dokumenti jintużaw skont il-liġi domestika;

    (d)

    ċertifikati ta’ moviment EUR.1 jew dikjarazzjonijiet ta’ fattura li jagħtu prova tal-istatus tal-materjali użati bħala materjali li joriġinaw, maħruġa jew magħmula fil-Komunità jew fil-Kroazja skont dan il-Protokoll, jew f’wieħed mill-pajjiżi jew territorji msemmija fl-Artikoli 3 u 4, skont regoli ta’ oriġini li huma identiċi għar-regoli f’dan il-Protokoll;

    (e)

    evidenza xierqa dwar il-ħidma jew l-ipproċessar li twettaq barra mill-Komunità jew mill-Kroazja b’applikazzjoni tal-Artikolu 12, li tagħti prova li r-rekwiżiti ta’ dak l-Artikolu ġew sodisfatti.”

    (11)

    L-Artikolu 31(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22(1)(b) u l-Artikolu 27(3) f’każijiet fejn il-prodotti huma ffaturati f’munita li mhijiex l-euro, l-ammonti fil-muniti nazzjonali tal-Istati Membri tal-Komunità, tal-Kroazja u tal-pajjiżi l-oħra msemmija fl-Artikoli 3 u 4 li huma ekwivalenti għall-ammonti espressi f’euro għandhom jiġu stabbiliti kull sena minn kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati.”

    (12)

    L-Anness ta’ din id-Deċiżjoni huwa miżjud mal-Protokoll 4 tal-Ftehim bħala Anness V.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Mejju 2011.

    Għall-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Kroazja

    Il-President

    C. ASHTON


    (1)  ĠU L 26, 28.1.2005, p. 3.

    (2)  Kif definit fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali tad-29 ta’ April 1997 u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Mejju 1999 dwar il-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għall-pajjiżi tal-Ewropa tax-Xlokk - il-Bosnja u Ħerżegovina, il-Kroazja, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja, dik li kienet ir-Repubblika Jogoslava tal-Maċedonja u l-Albanija.

    (3)  ĠU L 35, 13.2.1996, p. 1.

    (4)  Id-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar l-implimentazzjoni tal-aħħar fażi tal-Unjoni Doganali tapplika għal prodotti minbarra prodotti agrikoli kif definit fil-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija (ĠU 217, 29.12.1964, p. 3687/64), u minbarra l-prodotti tal-faħam u l-azzar kif definiti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-kummerċ fil-prodotti koperti mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (ĠU L 227, 7.9.1996, p. 3).


    ANNESS

    “ANNESS V

    PRODOTTI ESKLUŻI MILL-KUMULAZZJONI PREVISTA FL-ARTIKOLU 3 U FL-ARTKOLU 4

    Kodiċi tan-NM

    Deskrizzjoni

    1704 90 99

    Prodotti tal-ħelu taz-zokkor, li ma jkunx fihom kawkaw.

    1806 10 30

    1806 10 90

    Ċikkulata u preparati oħra tal-ikel li fihom il-kawkaw

    trab tal-kawkaw, li fih zokkor jew xi sustanza oħra ta’ ħlewwa miżjuda:

    – –

    b’65 % jew aktar, iżda anqas minn 80 %, bil-piż, ta’ sukrożju (inkluż zokkor maqlub muri bħala sukrożju) jew iżoglukożju muri bħala sukrożju

    – –

    Bi 80 % jew aktar, bħala piż, ta’ sukrożju (inkluż zokkor maqlub muri bħala sukrożju) jew isoglukożju muri bħala sukrożju

    1806 20 95

    Preparati oħra fi blokkok jew ċangaturi jew biċċiet li jiżnu aktar minn 2 kg jew f’forma likwida, pasta, trab, granulat jew xi forma oħra fi kwantità f’kontenituri jew ippakkjati għall-konsum, b’kontenut ta’ aktar minn 2 kg

    – –

    Oħrajn

    – – –

    Oħrajn

    1901 90 99

    Estratt tax-xgħir, preparati ta’ ikel mid-dqiq, ħafur, nuħħala, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma jkunx fihom kawkaw jew li fihom anqas minn 40 %, bil-piż, kawkaw ikkalkulat fuq bażi kompletament bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra; preparati tal-ikel tal-prodotti tal-intestaturi 0401 sa 0404 , li ma fihomx kawkaw jew li fihom anqas minn 5 %, bil-piż, kawkaw ikkalkulat kompletament bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra

    Oħrajn

    – –

    Oħrajn (ħlief estratt tax-xgħir)

    – – –

    Oħrajn

    2101 12 98

    Preparati oħra b’bażi ta’ kafé.

    2101 20 98

    Preparati oħra b’bażi ta’ té jew maté.

    2106 90 59

    Preparati tal-ikel mhux imsemmija jew inklużi band’oħra

    Oħrajn

    – –

    Oħrajn

    2106 90 98

    Preparati tal-ikel mhux imsemmija jew inklużi band’oħra:

    Oħrajn (minbarra konċentrati ta’ proteina u sustanzi ta’ proteina b’konsistenza)

    – –

    Oħrajn

    – – –

    Oħrajn

    3302 10 29

    Taħlit ta’ sustanzi bir-riħa u taħlit (inklużi soluzzjonijiet alkoħoliċi) b’bażi ta’waħda jew aktar minn dawn is-sustanzi, tat-tip użati bħala materja prima fl-industrija; preparati oħrajn ibbażati fuq sustanzi bir-riħa, tat-tip użati għall-manifattura ta’ xarbiet:

    Tat-tip użat fl-industriji tal-ikel jew tax-xorb

    – –

    Tat-tip użat fl-industriji tax-xarbiet:

    – – –

    Preparati li fihom l-aġenti kollha li jagħtu t-togħma li jikkaratterizzaw xarba:

    – – – –

    B’saħħa alkoħolika attwali bil-volum aktar minn 0,5 %

    – – – –

    Oħrajn:

    – – – – –

    Li ma fihomx xaħmijiet tal-ħalib, sukrożju, isoglukożju, glukożju jew lamtu jew li, bil-piż, fihom anqas minn 1,5 % xaħmijiet tal-ħalib, 5 % sukrożju jew isoglukożju, 5 % glukożju jew lamtu

    – – – – –

    Oħrajn”


    Top