EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0228

2011/228/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta’ Diċembru 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

ĠU L 96, 9.4.2011, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/228/oj

Related international agreement

9.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 96/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Diċembru 2010

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

(2011/228/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fid-Deċiżjoni tiegħu tal-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim fil-livell tal-Unjoni.

(2)

F’isem l-Unjoni, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim mar-Repubblika tal-Kap Verde dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru (“Il-Ftehim”) skont il-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2003.

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat u applikat provviżorjament, suġġett għall-konklużjoni tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru (il-“Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni ta’ dan il-Ftehim.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament mill-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data li fiha l-partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri neċessarji għal dan il-għan (1).

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

K. PEETERS


(1)  Id-data li minnha l-Ftehim jibda jiġi applikat provviżorjament ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Top

9.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 96/1


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Unjoni”

minn naħa waħda, u

IR-REPUBBLIKA TAL-KAP VERDE, minn hawn ’il quddiem imsejħa “Kap Verde”

min-naħa l-oħra

minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Partijiet”

FILWAQT LI JINNUTAW li ġew konklużi ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru bejn diversi Stati Membri tal-Unjoni u Kap Verde li fihom dispożizzjonijiet kontra l-liġi tal-Unjoni,

FILWAQT LI JINNUTAW li l-Unjoni għandha kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ diversi aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u pajjiżi terzi,

FILWAQT LI JINNUTAW li skont il-liġi tal-Unjoni, it-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni stabbiliti fi Stat Membru tal-Unjoni għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għal rotot tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u pajjiżi terzi,

WARA LI KKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu sjieda ta’ trasportaturi bl-ajru liċenzjati skont il-liġi tal-Unjoni,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li ċerti dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u Kap Verde, li huma kontra l-liġi tal-Unjoni Ewropea, għandhom jinġiebu f’konformità magħha biex tiġi stabbilita bażi legali tajba għas-servizzi bl-ajru bejn l-Unjoni u Kap Verde u biex tiġi ppreżervata l-kontinwità ta’ dawn is-servizzi bl-ajru,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li fil-konklużjoni ta’ kwalunkwe ftehimiet dwar is-servizzi bl-ajru mill-Gvern tar-Repubblika tal-Kap Verde ma’ Stati li mhumiex Stati Membri tal-Unjoni, Kap Verde jimplimenta l-politika u r-regoli tiegħu stess dwar is-sjieda u l-kontroll tat-trasportaturi bl-ajru,

FILWAQT LI JINNUTAW li skont il-liġi tal-Unjoni, it-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni ma jistgħux, bi prinċipju, jagħmlu ftehimiet li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u li jkollhom bħala għan jew effett il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li d-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u Kap Verde li i) jirrikjedu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta’ ftehimiet bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiki miftiehma li jipprevjenu, joħolqu distorsjoni jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn trasportaturi bl-ajru fuq ir-rotot rilevanti; jew ii) isaħħu l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika miftiehma bħal dawn; jew iii) jiddelegaw lit-trasportaturi bl-ajru jew lil operaturi ekonomiċi privati oħra r-responsabbiltà għat-teħid tal-miżuri li jipprevjenu, joħolqu distorsjoni jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi bl-ajru fuq ir-rotot rilevanti jistgħu jrendu r-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi ineffettivi,

FILWAQT LI JINNUTAW li mhuwiex għan tal-Unjoni, bħala parti minn dan il-Ftehim, li jiżdied il-volum totali tat-traffiku fl-ajru bejn l-Unjoni u Kap Verde, li jiġi affettwat il-bilanċ bejn it-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni u t-trasportaturi bl-ajru ta’ Kap Verde, jew li jiġu nnegozjati emendi għad-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi bl-ajru li jikkonċernaw id-drittijiet tat-traffiku.

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, l-‘Istati Membri’ għandha tfisser l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea; it-‘Trattati tal-UE’ għandha tfisser it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; ‘Parti’ għandha tfisser parti kontraenti ta’ dan il-ftehim; ‘trasportatur bl-ajru’ għandha tfisser ukoll linja tal-ajru; ‘territorju tal-Unjoni’ għandha tfisser territorji tal-Istati Membri li għalihom japplikaw it-Trattati tal-UE.

2.   Ir-referenzi f’kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 għaċ-ċittadini tal-Istat Membru li jkun Parti minn dak il-ftehim għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu għaċ-ċittadini tal-Istati Membri.

3.   Ir-referenzi f’kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 għal trasportaturi bl-ajru jew linji tal-ajru tal-Istat Membru li huwa Parti minn dak il-ftehim għandhom jinftiehmu li qed jirreferu għal trasportaturi bl-ajru jew linji tal-ajru magħżula minn dak l-Istat Membru.

Artikolu 2

Deżinjazzjoni, awtorizzazzjoni u revoka

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness 2 (a) u (b) rispettivament, fir-rigward tad-deżinjazzjoni ta’ trasportatur bl-ajru, u l-liċenzji u l-permessi mogħtija lilu.

2.   Mal-wasla ta’ deżinjazzjoni minn Stat Membru, Kap Verde għandu jagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa bl-anqas dewmien proċedurali, bil-kondizzjoni li:

(a)

it-trasportatur bl-ajru jkun stabbilit, fit-territorju tal-Istat Membru li jagħmel id-deżinjazzjoni, skont it-Trattati tal-UE u jkollu Liċenzja Operattiva valida skont il-liġi tal-Unjoni; u

(b)

jiġi eżerċitat u jibqa’ jsir kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur bl-ajru mill-Istat Membru responsabbli biex joħroġ iċ-Ċertifikat tal-Operatur bl-Ajru tiegħu u l-awtorità ajronawtika rilevanti tkun identifkata b’mod ċar fid-deżinjazzjoni; u

(c)

it-trasportatur bl-ajru jkun il-proprjetà, direttament jew permezz ta’ maġġoranza azzjonarja, u jkun effettivament ikkontrollat mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew minn stati oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew ċittadini ta’ stati oħra bħal dawn.

3.   Kap Verde jista’ jirrifjuta, jirrevoka, jissospendi jew jillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ trasportatur bl-ajru magħżul minn Stat Membru meta:

(a)

it-trasportatur bl-ajru ma jkunx stabbilit, fit-territorju tal-Istat Membru li jagħmel id-deżinjazzjoni, skont it-Trattati tal-UE jew ma jkollux Liċenzja Operattiva valida skont il-liġi tal-Unjoni; jew

(b)

ma jiġix eżerċitat jew ma jibqax isir kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur bl-ajru mill-Istat Membru tal-UE responsabbli biex joħroġ iċ-Ċertifikat tal-Operatur bl-Ajru tiegħu, jew l-awtorità ajronawtika rilevanti ma tkunx identifikata b’mod ċar fid-deżinjazzjoni; jew

(c)

it-trasportatur bl-ajru ma jkunx il-proprjetà, direttament jew permezz ta’ maġġoranza azzjonarja, jew ma jkunx effettivament kontrollat mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew minn stati oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew ċittadini ta’ stati oħra bħal dawn.

4.   Fl-eżerċizzju tad-dritt tiegħu skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, Kap Verde m’għandux jiddiskrimina bejn it-trasportaturi bl-ajru tal-Istati Membri fuq bażi ta’ nazzjonalità.

Artikolu 3

Sikurezza

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkumplimentaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness 2 (c).

2.   Meta Stat Membru jkun iddeżinja trasportatur bl-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu jkun eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet ta’ Kap Verde taħt id-dispożizzjonijiet tas-sikurezza tal-ftehim bejn l-Istat Membru li jkun iddeżinja t-trasportatur bl-ajru u Kap Verde għandhom japplikaw b’mod ugwali fir-rigward tal-adozzjoni, l-eżerċizzju jew iż-żamma tal-istandards tas- sikurezza mill-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għall-operat ta’ dak it-trasportatur bl-ajru.

Artikolu 4

Tassazzjoni tal-karburant tal-avjazzjoni

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkumplimentaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness 2 (d).

2.   Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra kontra dan, xejn f’kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness 2 (d) m’għandu jżomm Stat Membru milli jimponi, fuq bażi mhux diskriminatorja, taxxi, imposti, dazji, drittijiet jew ħlasijiet fuq karubrant ipprovdut fit-territorju tiegħu għall-użu fuq inġenju tal-ajru ta’ trasportatur bl-ajru ddeżinjat ta’ Kap Verde li jopera bejn punt fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru u punt ieħor fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

Artikolu 5

Il-kompatibbiltà mar-regoli dwar il-kompetizzjoni

1.   Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra kontra dan, xejn f’kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 m’għandu (i) jirrikjedi jew jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ ftehimiet bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet tal-impriżi jew prattiki mifteihma li jipprevjenu jew joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni; (ii) isaħħaħ l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattiki miftiehma bħal dawn; jew (iii) jiddelega lil operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, joħoqu distorsjoni jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni.

2.   Id-dispożizzjonijiet inklużi fil-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 li huma inkompatibbli mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx jiġu applikati.

Artikolu 6

Annessi għal dan il-Ftehim

L-Annessi għal dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minnu.

Artikolu 7

Reviżjoni jew emendi

Il-Partijiet jistgħu, f’kull ħin, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet jkunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu ikunu tlestew.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li japplikaw dan il-Ftehim provviżorjament mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

3.   Dan il-Ftehim għandu japplika għall-ftehimiet u l-arranġamenti kollha elenkati fl-Anness 1 inklużi dawk li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, ikunu għadhom ma daħlux fis-seħħ u għadhom mhux qed jiġu applikati b’mod provviżorju.

Artikolu 9

Terminazzjoni

1.   Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness 1 jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li jirrigwardaw il-ftehim elenkat fl-Anness 1 ikkonċernat għandhom jiġu tterminati fl-istess waqt.

2.   Fil-każ li l-ftehimiet kollha elenkati fl-Anness 1 jiġu tterminati, dan il-Ftehim għandu jiġi tterminat fl-istess waqt.

B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji, awtorizzati kif jixraq, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul f’żewġ kopji, bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża, bit-testi kollha jkunu ugwalment awtentiċi.

Съставено в Брюксел на двадесет и трети март две хиляди и единадесета година.

Hecho en Bruselas, el veintitrés de marzo de dos mil once.

V Bruselu dne dvacátého třetího března dva tisíce jedenáct.

Udfærdiget i Bruxelles den treogtyvende marts to tusind og elleve.

Geschehen zu Brüssel am dreiundzwanzigsten März zweitausendelf.

Kahe tuhande üheteistkümnenda aasta märtsikuu kahekümne kolmandal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι τρεις Μαρτίου δύο χιλιάδες έντεκα.

Done at Brussels on the twenty-third day of March in the year two thousand and eleven.

Fait à Bruxelles, le vingt-trois mars deux mille onze.

Fatto a Bruxelles, addì ventitré marzo duemilaundici.

Briselē, divi tūkstoši vienpadsmitā gada divdesmit trešajā martā.

Priimta du tūkstančiai vienuoliktų metų kovo dvidešimt trečią dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenegyedik év március huszonharmadik napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tlieta u għoxrin jum ta' Marzu tas-sena elfejn u ħdax.

Gedaan te Brussel, de drieëntwintigste maart tweeduizend elf.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego trzeciego marca roku dwa tysiące jedenastego.

Feito em Bruxelas, em vinte e três de Março de dois mil e onze.

Întocmit la Bruxelles la douăzeci și trei martie două mii unsprezece.

V Bruseli dňa dvadsiateho tretieho marca dvetisícjedenásť.

V Bruslju, dne triindvajsetega marca leta dva tisoč enajst.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäkolmantena päivänä maaliskuuta vuonna kaksituhattayksitoista.

Som skedde i Bryssel den tjugotredje mars tjugohundraelva.

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

За Република Кабо Верде

Por la República de Cabo Verde

Za Kapverdskou republiku

For Republikken Kap Verde

Für die Republik Kap Verde

Cabo Verde Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία του Πράσινου Ακρωτηρίου

For the Republic of Cape Verde

Pour la République du Cap-Vert

Per la Repubblica del Capo Verde

Kaboverdes Republikas vārdā –

Žaliojo Kyšulio Respublikos vardu

A Zöld-foki Köztársaság részéről

Għar-Repubblika Tal-Kap Verde

Voor de Republiek Kaapverdië

W imieniu Republiki Zielonego Przylądka

Pela República de Cabo Verde

Pentru Republica Capului Verde

Za Kapverdskú republiku

Za Republiko Zelenortski otoki

Kap Verden tasavallan puolesta

För Republiken Kap Verde

Image


ANNESS 1

LISTA TAL-FTEHIMIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1 TA’ DAN IL-FTEHIM

(a)

Ftehimiet dwar is-servizzi bl-ajru bejn Kap Verde u l-Istati Membri li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati provviżorjament

Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Belġju u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kap Verde dwar it-Trasport bl-Ajru ffirmat fi Brussell fit-22 ta’ Ġunju 1998, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim Kap Verde – Belġju” fl-Anness 2;

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kap Verde ffirmat f’Berlin fid-19 ta’ Ġunju 2001, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim Kap Verde – Ġermanja” fl-Anness 2;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Taljana u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kap Verde dwar is-Servizzi bl-Ajru ffirmat fi Praia fis-7 ta’ Lulju 1998, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim Kap Verde – Italja” fl-Anness 2;

Ftehim bejn ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Repubblika tal-Kap Verde għas-servizzi bl-ajru ffirmat fl-Aja fil-21 ta’ Diċembru 1988, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim Kap Verde – Pajjiżi l-Baxxi” fl-Anness 2;

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn ir-Repubblika Portugiża u r-Repubblika tal-Kap Verde, iffirmat f’Cidade da Praia fit-30 ta’ Marzu 2004, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim Kap Verde – Portugall” fl-Anness 2;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kap Verde dwar is-Servizzi bl-Ajru ffirmat f’Bukarest fil-31 ta’ Awwissu 1983, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim Kap Verde – Rumanija” fl-Anness 2;

Ftehim bejn ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika ta’ Kap Verde fir-rigward ta’ Servizzi bl-Ajru ffirmat f’Madrid fid-19 ta’ Settembru 2002, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim Kap Verde – Spanja” fl-Anness 2;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kap Verde dwar is-Servizzi bl-Ajru ffirmat fi Praia fid-9 ta’ Jannar 2007, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim Kap Verde – Renju Unit” fl-Anness 2;

(b)

Ftehimiet dwar is-servizzi bl-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn Kap Verde u l-Istati Membri li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, għadhom ma daħlux fis-seħħ u għadhom mhux qed jiġu applikati provviżorjament.


ANNESS 2

LISTA TA’ ARTIKOLI FIL-FTEHIMIET ELENKATI FL-ANNESS 1 U MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 2 SA 4 TA’ DAN IL-FTEHIM

(a)

Id-deżinjazzjoni:

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Kap Verde – Belġju;

L-Artikolu 3(4) tal-Ftehim Kap Verde – Ġermanja;

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Kap Verde – Italja;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Kap Verde – Pajjiżi l-Baxxi;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Kap Verde – Rumanija;

L-Artikolu 3 tal-Ftehim Kap Verde – Spanja;

(b)

Ir-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew tal-permessi:

L-Artikolu 5 tal-Ftehim Kap Verde – Belġju;

L-Artikoli 3(4) u l-Artikolu 4 tal-Ftehim Kap Verde – Ġermanja;

L-Artikoli 4 u 5 tal-Ftehim Kap Verde – Italja;

L-Artikoli 3 u 4 tal-Ftehim Kap Verde – Pajjiżi l-Baxxi;

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Kap Verde – Rumanija;

L-Artikolu 4 tal-Ftehim Kap Verde – Spanja;

(c)

Is-sikurezza:

L-Artikolu 12 tal-Ftehim Kap Verde – Ġermanja;

L-Artikolu 10 tal-Ftehim Kap Verde – Italja;

L-Artikolu 15 tal-Ftehim Kap Verde – Portugall;

Artikolu 9 tal-Ftehim Kap Verde – Rumanija;

L-Artikolu 13 tal-Ftehim Kap Verde – Spanja;

(d)

t-tassazzjoni tal-karburant tal-avjazzjoni:

L-Artikolu 10 tal-Ftehim Kap Verde – Belġju;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Kap Verde – Ġermanja;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Kap Verde – Italja;

L-Artikolu 6 tal-Ftehim Kap Verde – Pajjiżi l-Baxxi;

L-Artikolu 11 tal-Ftehim Kap Verde – Rumanija;

L-Artikolu 5 tal-Ftehim Kap Verde – Spanja.


ANNESS 3

LISTA TA’ STATI OĦRA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2 TA’ DAN IL-FTEHIM

(a)

r-Repubblika tal-Islanda (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(b)

l-Prinċipat tal-Liechtenstein (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(c)

r-Renju tan-Norveġja (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(d)

l-Konfederazzjoni Svizzera (taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru)

Top