Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0194

    2011/194/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Ġinevra dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Perù u l-Venezwela u ta’ Ftehim dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika

    ĠU L 88, 4.4.2011, p. 66–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/194/oj

    Related international agreement
    Related international agreement

    4.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 88/66


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-7 ta’ Marzu 2011

    dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Ġinevra dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Perù u l-Venezwela u ta’ Ftehim dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika

    (2011/194/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)

    F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/314/UE (1), il-Ftehim ta’ Ġinevra dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Perù u l-Venezwela u l-Ftehim dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika ġew iffirmati f’isem l-Unjoni fil-31.5.2010 u fit-8.6.2010, rispettivament soġġetti għall-konklużjoni tagħhom f’data iktar ’il quddiem.

    (2)

    Dawk iż-żewġ Ftehimiet għandhom jiġu approvati,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehimiet li ġejjin huma b’dan approvati:

    (a)

    il-Ftehim ta’ Ġinevra dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Perù u l-Venezwela (2) (il-“Ftehim ta’ Ġinevra”);

    (b)

    il-Ftehim dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika (3) (il-“Ftehim tal-UE/US”).

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill b’dan huwa awtorizzat li jinnomina l-persuni mogħtija s-setgħa jipproċedu, f’isem l-Unjoni, għan-notifika prevista fil-paragrafu 8(a) tal-Ftehim ta’ Ġinevra u fil-paragrafu 6 tal-Ftehim tal-UE/US, sabiex jesprimu l-kunsens tal-Unjoni li tintrabat b’dawk il-Ftehimiet.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    CZOMBA S.


    (1)  ĠU L 141, 9.6.2010 p. 1.

    (2)  ĠU L 141, 9.6.2010, p. 3.

    (3)  ĠU L 141, 9.6.2010, p. 6.


    Top