EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0171

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/171/PESK tal- 21 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova

ĠU L 76, 22.3.2011, p. 62–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/171/oj

22.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/62


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/171/PESK

tal-21 ta’ Marzu 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/573/PESK (1).

(2)

Abbażi ta’ reviżjoni tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi sal-31 ta’ Marzu 2012.

(3)

Madankollu, sabiex jitħeġġeġ il-progress fil-kisba ta’ ftehim politiku għall-konflitt Transnistrijan, jiġu indirizzati l-problemi li għad fadal tal-iskejjel li jgħallmu bil-kitba Latina u tiġi restawrata l-libertà ta’ moviment tal-persuni, il-miżuri restrittivi għandhom ikunu sospiżi sat-30 ta’ Settembru 2011. Fi tmiem dak il-perijodu, il-Kunsill għandu jirrevedi l-miżuri restrittivi fid-dawl tal-iżviluppi, b’mod partikolari fl-oqsma msemmija hawn fuq. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li japplika mill-ġdid jew ineħħi r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar fi kwalunkwe ħin,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/573/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 4(2) huwa sostitwit bit-test li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Marzu 2012. Hija għandha tkun riveduta kontinwament. Hija tista’ tiġġedded, jew tiġi emendata, kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”

2.

L-Artikolu 4(3) huwa sostitwit bit-test li ġej:

“3.   Il-miżuri restrittivi previsti f’din id-Deċiżjoni għandhom ikunu sospiżi sat-30 ta’ Settembru 2011. Fi tmiem dak il-perijodu, il-Kunsill għandu jirrevedi l-miżuri restrittivi.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 253, 28.9.2010, p. 54.


Top