EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0044

2011/44/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument numru C(2011) 179) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 19, 22.1.2011, p. 20–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/44(1)/oj

22.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Jannar 2011

dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 179)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/44/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Jannar 2011 il-Bulgarija rraportat każ tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer f’ċingjal maqtul fir-reġjun ta’ Burgas fix-Xlokk tal-Bulgarija f’żona ta’ sorveljanza rinforzata mal-fruntiera tat-Turkija. Il-Kummissjoni għalhekk adottat id-Deċiżjoni 2011/8/UE tas-6 ta’ Jannar 2011 rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (3).

(2)

Fid-9 ta’ Jannar 2011 il-Bulgarija rraportat tifqigħat tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer f’annimali ħajjin fl-istess żona. Is-sitwazzjoni epidemoloġika titlob ir-reviżjoni tal-miżuri li kienu adottati qabel, fid-dawl tal-informazzjoni mogħtija mill-Bulgarija u tad-diskussjonijiet mal-Istati Membri fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali tat-12 ta’ Jannar 2011.

(3)

Il-qagħda tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija tista’ tipperikola l-merħliet fl-Istati Membri l-oħra, fid-dawl tal-kummerċ ta’ annimali bijungulati ħajjin u tat-tqegħid fis-suq ta’ ċerti prodotti tagħhom.

(4)

Il-Bulgarija ħadet il-miżuri fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer (4), partikolarment il-miżuri previsti fis-Sezzjoni 3 tal-Kapitolu II u fl-Artikolu 85(4) tagħha.

(5)

It-territorju sħiħ tal-Bulgarija huwa suġġett għar-restrizzjonijiet tal-Artikoli 2, 4, 5, 6, 8b u 11 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (5). Madankollu, billi hija elenkata fil-Parti II tal-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni, il-Bulgarija, f’ċerti kundizzjonijiet sanitarji, tista’ tibgħat laħam tal-majjal frisk u preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u prodotti li jsiru minn dan il-laħam.

(6)

Minħabba l-qagħda tal-marda fil-Bulgarija jeħtieġ li jissaħħu l-miżuri ta’ kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fil-Bulgarija.

(7)

Huwa xieraq li jiġu ddefiniti bħala miżura permanenti ż-żoni ta’ riskju għoli u baxx fl-Istati Membri affettwati u li tiġi stipulata l-projbizzjoni fuq id-dispaċċ ta’ annimali suxxettibbli miż-żoni ta’ riskju għoli u baxx u fuq id-dispaċċ ta’ prodotti li joriġinaw minn annimali suxxettibbli fiż-żona ta’ riskju għoli. Id-Deċiżjoni għandha wkoll tistipula r-regoli applikabbli għad-dispaċċ minn dawk iż-żoni ta’ prodotti sikuri li jew kienu prodotti qabel ir-restrizzjonijiet, minn materja prima li oriġinat minn barra ż-żoni ristretti jew li għaddew minn trattament li kien ippruvat effettiv f’li jinattiva l-possibilità tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

(8)

Id-daqs taż-żoni definiti ta’ riskju huwa funzjoni diretta tar-riżultat minn traċċar ta’ kuntatti possibbli ma’ azjenda infettata u jqis il-possibilità li jkunu implimentati kontrolli suffiċjenti dwar il-moviment ta’ annimali u prodotti. F’dan il-waqt u fuq il-bażi tal-informazzjoni provduta mill-Bulgarija, ir-reġjun sħiħ ta’ Burgas għandu jibqa’ żona ta’ riskju għoli għalissa.

(9)

Il-projbizzjoni tad-dispaċċ għandha tkopri biss prodotti li ġejjin minn annimali ta’ speċi suxxettibbli li ġejjin minn jew inkisbu minn annimali li joriġinaw fiż-żoni ta’ riskju għoli elenkati fl-Anness I u ma għandhiex teffettwa t-tranżitu minn dawn iż-żoni ta’ prodotti bħal dawn li jkunu ġejjin minn jew inkisbu minn annimali li joriġinaw f’żoni oħra.

(10)

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (6), tirrigwarda problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali bovini u suwini.

(11)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE (7), tirrigwarda kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intrakomunitarju fl-animali ovini u kaprini.

(12)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE (8), tirrigwarda, fost l-oħrajn, il-kummerċ ta’ bijungulati oħra u fis-semen, l-ova u l-embrijuni tan-nagħaġ u l-mogħoż, u tal-embrijuni ta’ annimali porċini.

(13)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (9) jirrigwarda, fost l-oħrajn, il-kundizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u l-bejgħ ta’ laħam frisk, laħam ikkapuljat, laħam separat mekkanikament, preparati tal-laħam, laħam tal-kaċċa minn stabbilimenti agrikoli, prodotti tal-laħam, inklużi stonkijiet, vexxiki (bżieżaq) u msaren ittrattati, u prodotti tal-ħalib.

(14)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (10) jirrigwarda, fost l-oħrajn, l-immarkar sanitarju ta’ ikel li joriġina mill-annimali.

(15)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (11) tipprovdi għat-trattament speċifiku tal-prodotti tal-laħam li jiżgura l-inattivazzjoni tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali.

(16)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/304/KE tal-11 ta’ April 2001 dwar l-immarkar u l-użu ta’ ċerti prodotti tal-annimali skont id-Deċiżjoni 2001/172/KE dwar miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (12) tirrigwarda marka sanitarja speċifika li għandha tkun applikata għal ċerti prodotti ta’ oriġini mill-annimali li għandhom ikunu ristretti għas-suq nazzjonali. Huwa xieraq li jiġu stipulati f’Anness separat marki simili fil-każ ta’ marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija.

(17)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE (13) tistipula r-rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f’regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A (I) mad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE.

(18)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (14) jipprovdi għal firxa ta’ trattamenti ta’ prodotti sekondarji mill-annimali li huma tajbin biex jinattivaw il-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

(19)

Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE (15) tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ semen iffriżat ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini.

(20)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE (16) tirrigwarda kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-komunitarju u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi bovina.

(21)

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE (17) tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi tal-ispeċi porċina.

(22)

Il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni tas-semen, ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ovina u kaprina u tal-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi porċina huma stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE tas-26 ta’ Awwissu 2010 li tistabbilixxi mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina, ovina u kaprina u tal-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi porċina (18).

(23)

Sa fejn prodotti mediċinali definiti fid-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward prodotti medicinali veterinarji (19), id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali għal użu uman (20), u d-Direttiva 2001/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri relatati mal-implimentazzjoni ta’ prattika klinika tajba fil-mod kif isiru l-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għal użu uman (21) ma għadhomx jaqgħu aktar fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. Huma għandhom ikunu esklużi minn restrizzjonijiet marbuta mas-saħħa tal-annimali stabbiliti minn din id-Deċiżjoni.

(24)

L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE tas-17 ta’ April 2007 rigward listi ta’ annimali u prodotti soġġetti għal kontrolli f’postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE (22) jistipula deroga mill-iċċekkjar veterinarju għal ċerti prodotti li jkun fihom prodotti tal-annimali. Huwa xieraq li jitħalla jsir dispaċċ miż-żoni ta’ riskju għoli ta’ prodotti bħal dawn skont sistema ta’ ċertifikazzjoni simplifikata.

(25)

Ir-riskju tal-imxija tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-Unjoni Ewropea minħabba l-movimenti u l-kunsinni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali ta’ natura mhux kummerċjali għandha tiġi kkunsidrata fid-dawl tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija. Għalhekk dawn il-movimenti għandhom jinżammu biex tkun evitata aktar imxija tal-marda. Il-Bulgarija għandha tiżgura li l-konformità mar-restrizzjonijiet imposti minn din id-Deċiżjoni fuq ċerti prodotti li ġejjin minn annimali tal-ispeċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer hija żgurata ukoll mil-lat tal-moviment mhux kummerċjali ta’ dawn il-prodotti. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jissorveljaw il-bagalji personali ta’ passiġġieri partikolarment dawk li jivvjaġġaw miż-żoni ta’ riskju għoli kif ukoll f’kampanji ta’ tagħrif biex jiġi evitat li jiddaħħlu prodotti ta’ oriġini mill-annimali fit-territorji ta’ Stati Membri għajr il-Bulgarija.

(26)

L-Istati Membri barra l-Bulgarija għandhom jappoġġjaw il-miżuri ta’ kontroll tal-marda li jsiru fiż-żoni affettwati billi jiżguraw li annimali suxxettibbli ħajjin ma jintbagħtux lejn dawk iż-żoni.

(27)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KEE tas-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (23) tipprovdi għal mekkaniżmu biex ikunu kkumpensati azjendi effettwati għal telf li jkun sar minħabba f’ miżuri ta’ kontroll tal-marda.

(28)

Is-sitwazzjoni tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer ġiet riveduta fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali tat-12 ta’ Jannar 2011 u l-miżuri stipulati fid-Deċiżjoni 2011/8/UE ġew adattati fid-dawl tal-informazzjoni mibgħuta mill-Bulgarija dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni epidemoloġika. Id-Deċiżjoni 2011/8/KE għandha għalhekk titħassar u tiġi midbdula b’ din id-Deċiżjoni.

(29)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Annimali ħajjin

1.   Il-Bulgarija għandha tiżgura li l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 u 7 ta’ dan l-Artikolu ikunu sodisfatti, mingħajr ħsara għall-miżuri meħuda minn dak l-Istat Membru fi ħdan il-qafas:

(a)

tad-Direttiva 2003/85/KE, u

(b)

tad-Decizjoni 2008/855/KE.

2.   Ebda annimal ħaj tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u ta’ bijungulati oħra ma għandu jiġi spostat bejn iż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II.

3.   Ebda annimal ħaj tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u ta’ bijungulati oħra ma jintbagħat minn jew jiġi spostat bejn iż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II.

4.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija jistgħu jawtorizzaw it-tranżitu dirett u bla interruzzjoni ta’ annimali bijungulati bejn iż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II f’toroq prinċipali u f’linji tal-ferroviji.

5.   Iċ-ċertifikati tas-saħħa, kif previst fid-Direttiva 64/432/KEE għall-annimali bovini ħajjin u, mingħajr ħsara għall-Artikoli 8b u 9 tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, għall-annimali porċini u fid-Direttiva 91/68/KEE għall-annimali ovini u kaprini ħajjin, annimali supplementari mibgħuta minn partijiet tat-territorju tal-Bulgarija li mhumiex elenkati fl-Anness I u l-Anness II lil Stati Membri oħra għandu jkun fihom il-kliem li ġejjin:

“Annimali konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (*).

6.   Iċ-ċertifikati tas-saħħa li jakkumpanjaw il-bijungulati, għajr dawk koperti biċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 5, mibgħuta minn partijiet tat-territorju tal-Bulgarija li mhumiex elenkati fl-Anness I u l-Anness II lil Stati Membri oħra għandu jkun fihom il-kliem li ġejjin:

“Bijungulati ħajjin konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (**).

7.   Annimali akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali kif imsemmi fil-paragrafi 5 u 6 jistgħu biss jintbagħtu lejn Stati Membri oħra jekk l-awtorità veterinarja lokali fil-Bulgarija tkun innotifikat, tlitt ijiem qabel il-moviment, lill-awtoritajiet veterinarji ċentrali u lokali fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

8.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija jistgħu jawtorizzaw it-trasport ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer mill-azjenda li tinsab fiż-żoni elenkati fl-Anness II għal biċċerija li tinsab fiż-żoni elenkati fl-Anness I.

9.   Skont id-deroga mill-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tal-Bulgarija tista’ tawtorizza t-trasport ta’ ħnieżer li ġejjin minn azjendi barra ż-żona ta’ sorveljanza stabbilita skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2003/85/KE għall-qtil immedjat f’biċċeriji nnominati li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness II taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-ħnieżer ġejjin minn azjendi fiż-żona elenkata fl-Anness I minn fejn jista’ jitqassam laħam tal-majjal frisk u preparati tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu jew li fihom laħam ta’ dawk il-ħnieżer skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/855/KE;

L-awtoritajiet veterinarji ċentrali tal-Bulgarija għandhom jikkomunikaw mal-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni il-lista tal-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

(b)

matul il-21 jum qabel id-data tat-trasport lejn il-biċċerija, l-annimali nżammu taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet veterinarji kompetenti f’azjenda waħda li tkun tinsab fiċ-ċentru ta’ ċirku madwar l-istabbiliment b’radju ta’ mil-inqas 10 km, fejn ma kienx hemm tifqigħat tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, għal mil-inqas 30 jum qabel id-data tat-tagħbija.

(ċ)

l-ebda annimal ta’ speċi suxxettibli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer ma ġie introdott fl-azjenda imsemmija fis-sentenza introduttorja ta’ dan il-paragrafu matul il-21 jum qabel id-data tat-tagħbija, għajr fil-każ ta’ ħnieżer li ġejjin minn azjenda ta’ forniment li tikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (b), u f’dan il-każ il-perjodu ta’ 21 jum jista’ jitnaqqas għal 7 ijiem;

(d)

it-trasport tal-ħnieżer huwa awtorizzat biss wara t-tlestija sodisfaċenti tal-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2003/85/KE.

Artikolu 2

Laħmijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “laħmijiet” jinkludu “laħam frisk”, “laħam ikkapuljat”, “laħam separat mekkanikament” u “preparati tal-laħam” kif definiti fil-punti 1.10, 1.13, 1.14 u 1.15 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

2.   Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat laħmijiet tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina jew porċina u bijungulati oħra li ġejjin jew li nkisbu minn annimali li joriġinaw fiż-żoni elenkati fl-Anness I.

3.   Laħmijiet li mhumiex eliġibbli biex jintbagħtu mill-Bulgarija skont din id-Deċiżjoni għandhom ikunu mmarkati skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1), tad-Direttiva 2002/99/KE jew skont l-Anness IV.

4.   Mingħajr ħsara għall-Artikoli 6 u 8b tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-projbizzjoni mniżżla fil-paragrafu 2 ma għandhiex tapplika għal laħmijiet li jkollhom il-marka tas-saħħa fi qbil mal-Kapitolu III tas-Sezzjoni I tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004, sakemm:

(a)

il-laħam ikun identifikat b’mod ċar, u li kien trasportat u maħżun mid-data tal-produzzjoni separatament minn laħam li mhuwiex eliġibbli, skont din id-Deċiżjoni, għal dispaċċ barra ż-żoni elenkati fl-Anness I;

(b)

il-laħam ikun konformi ma’ waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

ikun inkiseb qabel il-9 ta’ Diċembru 2010; jew

(ii)

ikun ġej minn annimali mrobbija għal mill-inqas 90 jum, jew minn twelidhom jekk għandhom età ta’ inqas minn 90 jum, qabel id-data tal-qatla u li nqatlu, jew fil-każ ta’ laħam li nkiseb mill-kaċċa selvaġġa ta’ speċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer li nqatlu, barra miż-żoni elenkati fl-Anness I u II; jew

(iii)

li jikkonforma mal-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (c), (d) u (e);

(ċ)

il-laħam inkiseb minn ungulati domestiċi jew minn annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet ta’ speċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer, kif speċifikat għall-kategorija rispettiva ta’ laħam f’waħda mill-kolonni xierqa minn 4 sa 7 fl-Anness III, u jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-annimali trabbew għal mill-inqas 90 jum qabel id-data tal-qtil, jew minn twelidhom jekk għandhom età ta’ inqas minn 90 jum, f’azjendi li jinsabu fi ħdan iż-żoni speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 tal-Anness III, fejn ma kien hemm l-ebda tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer matul mill-inqas 90 jum qabel id-data tal-qatla;

(ii)

matul il-21 jum qabel id-data ta’ trasport lejn il-biċċerija, jew fil-każ ta’ annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer qabel id-data tal-qtil fir-razzett, l-annimali baqgħu taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet veterinarji kompetenti f’azjenda waħda li tinsab fiċ-ċentru ta’ ċirku b’radju ta’ mill-inqas 10 km madwar l-istabbiliment, fejn ma kienx hemm tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer matul mill-inqas 30 jum qabel id-data tat-tagħbija;

(iii)

l-ebda annimali ta’ speċi suxxettibli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer ma kien introdott fl-azjenda msemmija fil-punt (ii) matul il-21 jum qabel id-data tat-tagħbija, jew fil-każ ta’ annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer qabel id-data tal-qatla fir-razzett, minbarra fil-każ ta’ ħnieżer li ġejjin minn azjenda ta’ forniment li tikkonforma mal-kondizzjonijiet stipulati fil-punt (ii), li f’dan il-każ il-perjodu ta’ 21 jum jista’ jitnaqqas għal 7 t ijiem;

Minkejja dan, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-introduzzjoni fl-azjenda msemmija fil-punt (ii) ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (i) u (ii) u li

ġejjin minn azjenda fejn l-ebda annimal ta’ speċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer ma kien introdott matul il-21 jum qabel id-data ta’ trasport lejn l-azjenda msemmija fil-punt (ii), ħlief fil-każ ta’ ħnieżer li ġejjin minn azjenda ta’ forniment li f’dan il-każ il-perjodu ta’ 21 jum jista’ jitnaqqas għal 7 t ijiem; jew

kienu soġġetti b’riżultati negattivi għal test għall-antikorpi kontra l-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer imwettaq fuq kampjun tad-demm li ttieħed fi żmien għaxart ijiem qabel id-data ta’ trasport lejn l-azjenda msemmija fil-punt (ii); jew

li ġejjin minn azjenda li kienet soġġetta b’riżultati negattivi għal servej serjoloġiku skont protokoll ta’ teħid ta’ kampjuni adattat sabiex jiżvela 5 % prevalenza tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer b’mill-inqas 95 % livell ta’ fiduċja;

(iv)

l-annimali jew, fil-każ ta’ annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet ta’ speċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer li nqatlu fir-razzett, il-karkassi ġew ittrasportati taħt kontroll uffiċjali f’mezzi tat-trasport li tnaddfu u ġew diżinfettati qabel it-tagħbija mill-istabbiliment imsemmi fil-punt (ii) lejn il-biċċerija nnominata;

(v)

l-annimali tbiċċru f’inqas minn 24 siegħa wara l-ħin tal-wasla fil-biċċerija u separatament minn annimali li laħamhom mhuwiex eliġibbli għad-dispaċċ miż-żona elenkata fl-Anness I;

(d)

il-laħam, jekk immarkat pożittiv fil-kolonna 8 tal-Anness III, inkiseb minn annimali tal-kaċċa ta’ speċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer, li nqatlu f’żoni fejn ma kien hemm l-ebda tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għal mill-inqas perjodu ta’ 90 jum qabel id-data tal-qatla u f’distanza ta’ mill-inqas 20 km miż-żoni mhumiex speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 tal-Anness III;

(e)

Laħam imsemmi fil-punti (c) u (d) irid ukoll jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

id-dispaċċ ta’ laħam tali għandu jkun awtorizzat biss mill-awtorità veterinarja kompetenti tal-Bulgarija, jekk

l-annimali msemmija fil-punt (c)(iv) kienu ttrasportati lejn l-istabbiliment mingħajr kuntatt ma’ azjendi li jinsabu f’żoni mhux speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 tal-Anness III; u

l-istabbiliment ma jinsabx fiż-żona ta’ protezzjoni;

(ii)

il-laħam huwa f’kull mument identifikat b’mod ċar, u jkun ittrattat, ittrasportat u maħżun separatament minn laħam li mhuwiex eliġibbli għad-dispaċċ miż-żoni elenkati fl-Anness I;

(iii)

matul l-ispezzjoni post-mortem mill-veterinarju uffiċjali fl-istabbiliment tad-dispaċċ, jew fil-każ ta’ qtil fir-razzett ta’ annimali tal-kaċċa mrobbija fir-razzett ta’ speċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer li jinsabu fl-azjenda msemmija fil-punt (c)(ii), jew fil-każ ta’ kaċċa ta’ speċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-istabbiliment ta’ ġestjoni tal-annimali tal-kaċċa, l-ebda sinjal kliniku jew evidenza post-mortem tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer ma ġew stabbiliti;

(iv)

il-laħam baqa’ fl-istabbilimenti jew l-azjendi msemmija fil-punt (e)(iii) għal mill-inqas 24 siegħa wara l-ispezzjoni post-mortem tal-annimali msemmija fil-punti (c) u (d),

(v)

kull preparazzjoni ulterjuri tal-laħam għad-dispaċċ barra miż-żona elenkata fl-Anness I għandha tiġi sospiża:

fil-każ fejn il-marda tal-ilsien u d-dwiefer ġiet dijanjostikata fl-istabbilimenti jew l-azjendi msemmija fil-punt (e)(iii), sakemm jitlesta kompletament il-qtil tal-annimali kollha preżenti u t-tneħħija tal-laħam u l-annimali kollha, u jkunu għaddew mill-inqas 24 siegħa mit-tlestija tat-tindif u d-diżinfezzjoni totali ta’ dawk l-istabbilimenti u l-azjendi taħt kontroll ta’ veterinarju uffiċjali, u

fil-każ ta’ tbiċċir fl-istess stabbiliment ta’ annimali suxxettibbli għal marda tal-ilsien u d-dwiefer li ġejjin minn azjendi li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-punt 4(c) jew (d), sakemm jitlestew it-tbiċċir ta’ annimali tali u t-tindif u d-diżinfestazzjoni ta’ dawk l-istabbilimenti taħt il-kontroll ta’ veterinarju uffiċjali;

(vi)

l-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni lista ta’ dawk l-istabbilimenti u l-azjendi li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punti (c), (d) u (e).

5.   Il-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 3 u 4 għandha tkun iċċekkjata mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

6.   Mingħajr ħsara għall-Artikoli 6 u 8b tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika għal-laħam frisk minn annimali mrobbija barra ż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II u ttrasportati, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 1(2) u (3), direttament u taħt kontroll uffiċjali mingħajr kuntatt ma’ azjendi li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness I barra ż-żona ta’ protezzjoni għal tbiċċir immedjat, bil-kondizzjoni li laħam frisk ta’ din ix-xorta jitqiegħed fis-suq biss fiż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II u li dan jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

kull laħam frisk ta’ din ix-xorta għandu jkun immarkat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/99/KE jew skont l-Anness IV għal din id-Deċiżjoni;

(b)

il-biċċerija

(i)

hija operata taħt kontroll veterinarju strett;

(ii)

tissospendi kull preparazzjoni ulterjuri ta’ laħam għal dispaċċ ‘il barra miż-żoni elenkati fl-Anness I fil-każ ta’ tbiċċir fl-istess biċċerija ta’ annimali suxxettibbli għal marda tal-ilsien u d-dwiefer li ġejjin minn azjendi li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness I, sakemm jitlesta l-qtil ta’ annimali tali u t-tindif u d-diżinfestazzjoni ta’ dawk il-biċċeriji taħt il-kontroll ta’ veterinarju uffiċjali;

(ċ)

il-laħam frisk ikun identifikat b’mod ċar, u jkun ittrasportat u maħżun separatament minn laħam li huwa eliġibbli biex jintbagħat barra mill-Bulgarija.

Il-konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu għandha tkun iċċekkjata mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

L-awtoritajiet veterinarji ċentrali tal-Bulgarija għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra lista tal-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

7.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 2 ma għandhiex tapplika għal-laħam frisk minn impjanti tat-tqattigħ li jinsabu barra miż-żoni elenkati fl-Anness I bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

fl-istess jum, f’dak l-impjant tat-tqattigħ jiġi pproċessat laħam frisk biss kif deskritt fil-paragrafu 4(b).

Wara l-ipproċessar ta’ kwalunkwe laħam li ma jissodisfax dan ir-rekwiżit, isir it-tindif u d-diżinfezzjoni;

(b)

kull laħam jeħtieġlu jkollu fuqu l-marka sanitarja bi qbil mal-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004/KE;

(ċ)

l-impjant tat-tqattigħ ikun imħaddem taħt kontroll veterinarju strett,

(d)

il-laħam frisk ikun identifikat b’mod ċar, u jkun ittrasportat u maħżun separatament minn laħam li mhuwiex eliġibbli biex jintbagħat barra miż-żoni elenkati fl-Anness I.

Il-konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu għandha tkun iċċekkjata mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

L-awtoritajiet veterinarji ċentrali tal-Bulgarija għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni l-lista tal-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

8.   Prodotti tal-laħam mibgħuta mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat uffiċjali, li jkollu l-kliem li ġejjin:

“Laħam konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (***).

9.   Mingħajr ħsara għall-Artikoli 6 u 8b tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika għal-laħam frisk li ġej minn ħnieżer imrobbija fiż-żoni elenkati fl-Anness I u ttrasportati skont l-Artikolu 1(9) lejn biċċerija li tinsab fiż-żoni elenkati fl-Anness II għal qatla immedjata, sakemm it-tali laħam frisk jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-laħam frisk huwa mmarkat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/99/KE jew skont l-Anness IV ma’ din id-Deċiżjoni u mqiegħed fis-suq fiż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II biss.

(b)

il-biċċerja:

(i)

hija operata taħt kontroll veterinarju;

(ii)

tissospendi kull preparazzjoni ulterjuri ta’ laħam għal dispaċċ barra miż-żoni elenkati fl-Anness I fil-każ ta’ qtil fl-istess biċċerija ta’ annimali suxxettibbli għal marda tal-ilsien u d-dwiefer li ġejjin minn azjendi oħra li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness I, sakemm jitlesta l-qtil ta’ annimali tali u t-tindif u d-diżinfezzjoni tal-biċċeriji taħt il-kontroll ta’ veterinarju uffiċjali;

(ċ)

il-laħam frisk ikun identifikat u jkun ittrasportat u maħżun separatament minn laħam li mhuwiex eliġibbli biex jintbagħat barra mill-Bulgarija.

Il-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 għandha tkun iċċekkjata mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

L-awtoritajiet veterinarji ċentrali tal-Bulgarija għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni l-lista tal-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 3

Prodotti tal-laħam

1.   Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat prodotti tal-laħam, inklużi stonkijiet, vexxiki (bżieżaq) u msaren trattati, ta’ annimali tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina jew porċina u bijungulati oħra (“prodotti tal-laħam”) li jkunu ġejjin miż-żoni elenkati fl-Anness I jew ippreparati bl-użu ta’ laħam miksub minn annimali li joriġinaw f’dawk iż-żoni.

2.   Mingħajr ħsara għall-Artikoli 6 u 8b tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-projbizzjoni mniżżla fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal prodotti tal-laħam, inklużi stonkijiet, vexxiki (bżieżaq) u msaren ittrattati, li jkollhom il-marka tas-saħħa bi qbil mal-Kapitolu III tas-Sezzjoni I tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004, bil-kundizzjoni li l-prodotti tal-laħam:

(a)

ikunu identifikati b’mod ċar u jkunu ġew ittrasportati u maħżuna mid-data tal-produzzjoni separatament minn prodotti tal-laħam li mhumiex eliġibbli, skont din id-Deċiżjoni, għal dispaċċ barra ż-żoni elenkati fl-Anness I;

(b)

ikunu konformi ma’ waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

jew ikunu magħmula minn laħmijiet imsemmija fl-Artikolu 2(4); jew

(ii)

ikunu għaddew mill-inqas minn wieħed mit-trattamenti rilevanti stipulati għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Parti 1 tal-Anness III tad-Direttiva 2002/99/KE.

Il-konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu għandha tkun iċċekkjata mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

L-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw mal-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni lista tal-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

3.   Prodotti tal-laħam mibgħuta mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat uffiċjali, li jkollu l-kliem li ġejjin:

“Prodotti tal-laħam, inklużi stonkijiet, vexxiki (bżieżaq) u msaren trattati, konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (****).

4.   B’deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta’ prodotti tal-laħam, konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2 u li jkunu ġew ipproċessati fi stabbiliment li jopera l-Hazard Analysis and Critical Control Points (HACCP) u proċedura standard verifikabbli li tiżgura li l-istandards tal-ipproċessar jintlaħqu u jiġu rreġistrati, għandu jkun biżżejjed li l-konformità mal-kundizzjonijiet rekwiżiti għat-trattament stabbiliti fil-punt (b)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 titniżżel fid-dokument kummerċjali li jakkumpanja l-kunsinna, approvat bi qbil mal-Artikolu 9(1).

5.   B’deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta’ prodotti tal-laħam li jkunu għaddew minn trattament bis-sħana skont il-punt (b)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 f’kontenituri ssiġillati ermetikament biex jiġi żgurat li jżommu stabbli fit-tul, għandu jkun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b’dokument kummerċjali li jiddikjara t-trattament bis-sħana li jkun ġie applikat.

Artikolu 4

Kolostru u ħalib

1.   Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat kolostru u ħalib minn annimali tal-ispeċijiet suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer maħsuba jew mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem miż-żoni elenkati fl-Anness I.

2.   Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal ħalib prodott minn annimali bovini, ovini u kaprini miżmuma f’żoni elenkati fl-Anness I li jkunu ġew soġġetti għal trattament fi qbil ma’:

(a)

Il-Parti A tal-Anness IX tad-Direttiva 2003/85/KE, jekk il-ħalib ikun maħsub għall-konsum uman; jew

(b)

Il-Parti B tal-Anness IX tad-Direttiva 2003/85/KE, jekk il-ħalib ma jkunx maħsub għall-konsum uman jew inkella jkun maħsub għall-għalf tal-annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

3.   Bil-kundizzjonjiet li ġejjin, il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-ħalib minn annimali bovini, ovini u kaprini ppreparat fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkata fl-Anness I:

(a)

il-ħalib kollu użat fl-istabbiliment jeħtieġlu jew ikun konformi mal-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2 jew inkella jinkiseb minn annimali mrobbija u maħluba barra ż-żoni elenkati fl-Anness I;

(b)

l-istabbiliment ikun imħaddem taħt kontroll veterinarju strett;

(ċ)

il-ħalib ikun identifikat ċar, u jkun ittrasportat u maħżun separatament minn ħalib u prodotti tal-ħalib li mhuwiex/mhumiex eliġibbli biex jintbagħat/jintbagħtu barra miż-żoni elenkati fl-Anness I;

(d)

it-trasport ta’ ħalib mhux ipproċessat minn azjendi barra miż-żoni elenkati fl-Anness I lejn l-istabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness I isir f’vetturi li jkunu tnaddfu u ġew diżinfettati qabel l-operazzjoni u li ma jkun kellhom l-ebda kuntatt sussegwenti ma’ azjendi fiż-żoni elenkati fl-Anness I li jżommu annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer;

Il-konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu għandha tkun iċċekkjata mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

L-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw mal-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni lista tal-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

4.   Ħalib mibgħut mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandu jkun akkumpanjat b’ċertifikat uffiċjali, li jkollu l-kliem li ġejjin:

“Ħalib konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (*****).

5.   B’deroga mill-paragrafu 4, fil-każ ta’ ħalib konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2 u li jkun ġie pproċessat fi stabbiliment li jopera l-HACCP u proċedura standard verifikabbli li tiżgura li l-istandards tal-ipproċessar jintlaħqu u jiġu rreġistrati, għandu jkun biżżejjed li l-konformità mal-kundizzjonijiet rekwiżiti titniżżel fid-dokument kummerċjali li jakkumpanja l-kunsinna, approvat fi qbil mal-Artikolu 9(1).

6.   B’deroga mill-paragrafu 4, fil-każ ta’ ħalib konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2(a) jew (b) u li jkun għadda minn trattament bis-sħana f’kontenituri ssiġillati ermetikament biex jiġi żgurat li jżomm stabbli fit-tul, għandu jkun biżżejjed li jkun akkumpanjat b’dokument kummerċjali li jiddikjara t-trattament bis-sħana li jkun ġie applikat.

Artikolu 5

Prodotti tal-ħalib

1.   Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat prodotti tal-ħalib minn annimali tal-ispeċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer maħsuba jew mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem miż-żoni elenkati fl-Anness I.

2.   Il-projbizzjoni deskritta fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal prodotti tal-ħalib:

(a)

prodotti qabel il-9 ta’ Diċembru 2010; jew

(b)

ippreparati minn ħalib konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(2) jew (3), jew

(ċ)

għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz fejn il-kundizzjonijiet tal-importazzjoni jippermettu li prodotti bħal dawn jgħaddu minn trattament differenti minn dak stipulat fl-Artikolu 4(2) li jiżgura l-inattivazzjoni tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

3.   Bla ħsara għall-Kapitolu II tat-Taqsima IX tal-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 853/2004, il-projbizzjoni deskritta fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika għal prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman li jkunu:

(a)

prodotti tal-ħalib ġejjin minn ħalib ta’ pH ikkontrollat ta’ anqas minn 7.0 u li jkun għadda minn trattament tas-sħana b’temperatura ta’ mill-anqas 72 °C u għal mill-inqas 15-il sekonda, bil-kundizzjoni li dan it-trattament ma jkunx meħtieġ għal prodotti finali li l-ingredjenti tagħhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet rispettivi tas-saħħa tal-annimali stipulati fl-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ din id-Deċiżjoni;

(b)

prodotti tal-ħalib ġejjin minn ħalib mhux ipproċessat ta’ annimali bovini, ovini jew kaprini li għal mill-inqas 30 jum, kienu residenti f’azjenda li tinsab f’żona elenkata fl-Anness I, fiċ-ċentru ta’ ċirku ta’ raġġ ta’ mhux anqas minn 10 km li fih ma tkun seħħet l-ebda tfaqqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fit-30 jum qabel il-produzzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat, u li jeħtiġilhom jgħaddu minn proċess ta’ maturazzjoni ta’ mhux anqas minn 90 jum, li matulu l-pH titniżżel taħt 6.0 fis-sustanza kollha, u li l-qoxra tagħhom tkun ġiet trattata b’0,2 % aċidu ċitriku immedjatament qabel it-tgeżwir jew il-pakkeġġar.

4.   Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-prodotti tal-ħalib ippreparati fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness I fil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-ħalib kollu użat fl-istabbiliment jeħtieġlu jew ikun konformi mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 4(2) jew inkella jkun minn annimali barra miż-żoni elenkati fl-Anness I;

(b)

il-prodotti kollha tal-ħalib użati fil-prodott finali jew ikunu konformi mal-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2(a) u (b) jew il-paragrafu 3 jew inkella jkunu magħmulin minn ħalib minn annimali barra ż-żoni elenkati fl-Anness I;

(ċ)

l-istabbiliment ikun imħaddem taħt kontroll veterinarju strett;

(d)

il-prodotti tal-ħalib ikunu identifikati ċar, u jkunu ttrasportati u maħżuna separatament minn ħalib u prodotti tal-ħalib li mhuwiex/mhumiex eliġibbli biex jintbagħat/jintbagħtu barra miż-żoni elenkati fl-Anness I.

Il-kontroll tal-konformità mal-kundizzjonijiet imniżżla fl-ewwel subparagrafu għandu jkun iċċekkjat mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

L-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw mal-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista tal-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

5.   Il-projbizzjoni mniżżla fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal prodotti tal-ħalib ippreparati fi stabbiliment li jkun barra ż-żoni elenkati fl-Anness I li juża ħalib miksub qabel id-9 ta’ Diċembru 2010, sakemm il-prodotti tal-ħalib ikunu identifikati b’mod ċar u ttrasportati u maħżuna separatament minn prodotti tal-ħalib li ma jkunux eliġibbli għal dispaċċ barra dawk iż-żoni.

6.   Prodotti tal-ħalib mibgħuta mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat uffiċjali, li jkollu l-kliem li ġejjin:

“Prodotti tal-ħalib konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (******).

7.   B’deroga mill-paragrafu 6, fil-każ ta’ ħalib konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2(a) u (b) u l-paragrafi 3 u 4 u li jkun ġie pproċessat fi stabbiliment li jopera l-HACCP u proċedura standard verifikabbli li tiżgura li l-istandards tal-ipproċessar jintlaħqu u jiġu rreġistrati, għandu jkun biżżejjed li l-konformità mal-kundizzjonijiet rekwiżiti titniżżel fid-dokument kummerċjali li jakkumpanja l-kunsinna, approvat fi qbil mal-Artikolu 9(1).

8.   B’deroga mill-paragrafu 6, fil-każ ta’ prodotti tal-ħalib konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2(a) u (b), l-paragrafi 3 u 4 u li jkunu għaddew minn trattament bis-sħana f’kontenituri ssiġillati ermetikament biex jiġi żgurat li jżommu stabbli fit-tul, għandu jkun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b’dokument kummerċjali li jiddikjara t-trattament bis-sħana li jkun ġie applikat.

Artikolu 6

Semen, ova u embrijuni

1.   Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat semen, ova u embrijuni tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u ta’ bijungulati oħra (“semen, ova u embrijuni”) miż-żoni elenkati fl-Anness I u fl-Anness II.

2.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-projbizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal:

(a)

semen, ova u embrijuni prodotti qabel id-9 ta’ Diċembru 2010;

(b)

Semen iffriżat ta’ bovini u embrijuni imnisslin in-vivo, semen iffriżat tal-porċina, u semen u embrijuni ffriżati tal-kaprini importati fil-Bulgarija skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi 88/407/KEE, 89/556/KEE, 90/429/KEE jew 92/65/KEE rispettivament, u li, mill-introduzzjoni tagħhom fil-Bulgarija nħażnu u ġew trasportati separatament minn semen, ova u embrijuni li mhumiex eliġibbli li jintbagħtu skont il-paragrafu 1;

(ċ)

semen u embrijuni ffriżati miksuba minn annimali bovini, porċini, ovini u kaprini miżmuma għal mill-inqas 90 jum qabel id-data ta’ u matul il-ġabra minn barra ż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II li:

(i)

inħażnu f’kondizzjonijiet approvati għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data ta’ dispaċċ, u

(ii)

inġabru minn annimali donaturi li jinsabu f’ċentri jew f’azjendi li ilhom ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer għal mill-inqas tliet xhur qabel id-data ta’ ġbir tas-semen jew l-embrijuni u 30 jum wara d-data ta’ ġbir u li jinsabu fiċ-ċentru ta’ żona b’raġġ ta’ 10 km li fiha ma kien hemm l-ebda każ tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għal mill-inqas 30 jum qabel id-data ta’ ġbir.

(d)

Qabel id-dispaċċ tas-semen jew l-embrijuni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) l-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw mal-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista ta’ ċentri u timijiet huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

3.   Iċ-ċertifikat sanitarju stipulat fid-Direttiva 88/407.KEE u li jakkumpanja s-semen bovin iffriżat mibgħut mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:

“Semen tal-bovini ffriżat konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (*******).

4.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 9(b) tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, iċ-ċertifikat sanitarju stipulat fid-Direttiva 90/429/KEE u li jakkumpanja s-semen porċina ffriżat mibgħut mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:

“Semen porċina ffriżat konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (********).

5.   Iċ-ċertifikat sanitarju stipulat fid-Direttiva 89/556/KEE u li jakkumpanja l-embrijuni bovini ffriżati imnissla in-vivo mibgħuta mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:

“Embrijuni bovini ffriżati imnissla in-vivo konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (*********).

6.   Iċ-ċertifikat sanitarju stipulat fid-Direttiva 92/65/KEE u li jakkumpanja s-semen iffriżat tal-ovini u l-kaprini mibgħuta mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:

“Semen tal-ovini/kaprini ffriżat konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (**********).

7.   Iċ-ċertifikat sanitarju stipulat fid-Direttiva 92/65.KEE u li jakkumpanja l-embrijuni ffriżati tal-ovini u l-kaprini mibgħuta mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:

“Embrijuni ffriżati tal-ovini/kaprini konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (***********).

8.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 9(c) tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, iċ-ċertifikat sanitarju stipulat fid-Direttiva 92/65/KEE u li jakkumpanja l-embrijuni tal-porċini ffriżati mibgħuta mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra għandu jkun fih il-kliem li ġej:

“Embrijuni tal-porċini ffriżati konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarjia (************).

Artikolu 7

Ġlud

1.   Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat ġlud tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u ta’ bijungulati oħra (“ġlud”) miż-żoni elenkati fl-Anness I.

2.   Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal ġlud li:

(a)

jkunu prodotti fil-Bulgarija qabel id-9 ta’ Diċembru 2010, jew jew

(b)

ikunu konformi mar-rekwiżiti skont il-punt (2)(c) jew (d) tal-Parti A tal-Kapitolu VI tal-Anness VIII mar-Regolament (KE) Nru 1774/2002; jew

(ċ)

kienu prodotti barra ż-żoni elenkati fl-Anness I fi qbil mal-kundizzjonijiet imniżżla fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, u minn mindu ddaħħlu fil-Bulgarija kienu maħżuna u ttrasporatati separatament minn ġlud mhux eliġibbli għal dispaċċ fi qbil mal-paragrafu 1.

Ġlud ittrattati għandhom ikunu sseparati minn ġlud mhux ittrattati ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

3.   Il-Bulgarija għandha tiżgura li l-ġlud li jkunu se jintbagħtu lejn Stati Membri oħra għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat uffiċjali li jkun fih il-kliem li ġej:

“Ġlud konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (*************).

4.   B’deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta’ ġlud li jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-punti (1)(b) sa (e) tal-Parti A tal-Kapitolu VI tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, ikun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b’dokument kummerċjali li jiddikjara konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti.

5.   B’deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta’ ġlud li jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-punt (2)(c) jew (d) tal-Parti A tal-Kapitolu VI tal-Anness VIII mar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, ikun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b’dokument kummerċjali li jiddikjara konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fi qbil mal-Artikolu 9(1).

Artikolu 8

Prodotti oħra tal-annimali

1.   Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat prodotti tal-annimali tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u bijungulati oħra mhux imsemmija fl-Artikoli 2 sa 7 prodotti wara d-9 ta’ Diċembru 2010 li jkunu ġejjin miż-żoni elenkati fl-Anness I, jew inkisbu minn annimali li joriġinaw fiż-żoni elenkati fl-Anness I.

Il-Bulgarija ma għandhiex tibgħat demel tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u ta’ bijungulati oħra miż-żoni elenkati fl-Anness I.

2.   Il-projbizzjoni deskritta fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal:

(a)

prodotti tal-annimali li:

(i)

kienu soġġetti għal trattament tas-sħana

trattament bis-sħana f’kontenitur ermetikament issiġillat b’valur Fo ta’ 3,00 jew aktar, jew

trattament bis-sħana li fih it-temperatura ċentrali titla’ sa mill-anqas 70 °C; jew

(ii)

kienu prodotti barra ż-żoni elenkati fl-Anness I fi qbil mal-kundizzjonijiet imniżżla fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, u minn mindu ddaħħlu fil-Bulgarija nħażnu u ġew trasportati separatament minn prodotti tal-annimali mhux eliġibbli għal dispaċċ fi qbil mal-paragrafu 1;

(b)

demm u prodotti tad-demm kif definiti fil-punti 4 u 5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 li jkunu għaddew minn talanqas wieħed mit-trattamenti stipulati bil-punti 4(a) tal-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, segwiti b’eżami tal-effikaċja, jew ġew importati skont il-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002;

(ċ)

xaħam u xaħmijiet maħlula li jkunu għaddew mit-trattament bis-sħana stipulat bil-punt 2(d)(iv) tal-Parti B tal-Kapitolu IV tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002;

(d)

imsaren konformi mal-kundizzjonijiet fil-Parti A tal-Kapitolu 2 tal-Anness I tad-Direttiva 92/118/KEE u li jkunu tnaddfu, inbarxu, u mbagħad jew tmellħu, ġew ibbliċjati jew tnixxfu, u li wara jkunu tteħdulhom passi effikaċi biex ma jħallux li l-imsaren jerġgħu jiġu kkontaminati;

(e)

suf tan-nagħaġ, xagħar ir-ruminanti u lanżit tal-majjal li jkunu għaddew minn tindif fil-fabbrika jew li jkunu nkisbu mill-ikkunzar tal-ġlud u suf tan-nagħaġ mhux ipproċessat, xagħar ir-ruminanti u lanżit tal-majjal li jkunu magħluqin għal kollox fil-pakkeġġar u nexfin;

(f)

ikel tal-annimali domestiċi li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-punti 2 3 jew 4 tal-Parti B tal-Kapitolu II tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002;

(g)

prodotti komposti li mhumiex suġġetti għal aktar ipproċessar u li fihom prodotti ta’ oriġini mill-annimali, fil-fehma li t-trattament mhuwiex meħtieġ għall-prodotti finali li l-ingredjenti tagħhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet rispettivi tas-saħħa tal-annimali stipulati b’din id-Deċiżjoni,

(h)

trofej tal-kaċċa skont il-punti 1, 3 jew 4 tal-Parti A tal-Kapitolu VII tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002;

(i)

prodotti tal-annimali ppakkjati maħsuba għall-użu bħala reaġenti dijanjostiċi in-vitro tal-laboratorju;

(j)

prodotti mediċinali kif deskritti fid-Direttiva 2001/83/KE, tagħmir mediku manifatturat bl-użu ta’ tessut tal-annimali li jiġi kkawżat bħala mhux vijabbli kif imsemmi fl-Artikolu 1(5)(g) tad-Direttiva 93/42/KEE, prodotti mediċinali veterinarji kif definiti fid-Direttiva 2001/82/KE u prodotti mediċinali investigattivi kif definiti fid-Direttiva 2001/20/KE.

3.   Il-Bulgarija għandha tiżgura li l-prodotti tal-annimali msemmija fil-paragrafu 2 li jkunu se jintbagħtu lejn Stati Membri oħra għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat uffiċjali li jkun fih il-kliem li ġej:

“Prodotti tal-annimali konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (**************).

4.   B’deroga mill-paragrafu 3, għandu jkun biżżejjed, fil-każ ta’ prodotti msemmija fil-paragrafu 2(a) sa (d) u (f) ta’ dan l-Artikolu li l-konformità mal-kondizzjonijiet tat-trattament imsemmija fid-dokument kummerċjali meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni rispettiva tal-Unjoni tkun approvata skont l-Artikolu 9(1).

5.   B’deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta’ prodotti msemmija fil-paragrafu 2(e), għandu jkun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b’dokument kummerċjali li jiddikjara jew it-tindif fil-fabbrika jew l-oriġini mill-ikkonzar, jew inkella l-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 1 u 4 tal-Parti A tal-Kapitolu VIII tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

6.   B’deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta’ prodotti msemmija fil-paragrafu 2(g) u li jkunu saru fi stabbiliment li jopera l-HACCP u proċedura standard verifikabbli tal-operat li tiżgura li l-ingredjenti pproċessati minn qabel jikkonformaw mal-kundizzjonijiet rispettivi tas-saħħa tal-annimali stipulati b’din id-Deċiżjoni, għandu jkun biżżejjed li dan jitniżżel fid-dokument li jakkumpanja l-kunsinna, approvat skont l-Artikolu 9(1).

7.   B’deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta’ prodotti msemmija fil-paragrafu 2(i) u (j), għandu jkun biżżejjed li jkunu akkumpanjati minn dokument kummerċjali li jiddikjara li l-prodotti jkunu għall-użu bħala reaġenti dijanjostiċi in-vitro tal-laboratorju, prodotti mediċinali jew tagħmir mediku, bil-kundizzjoni li l-prodotti jkollhom tikketta li tgħid ċar “għall-użu dijanjostiku in-vitro biss” jew “għall-użu fil-laboratorju biss” bħala “prodotti mediċinali” jew bħala “tagħmir mediku”.

8.   B’deroga mid-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 3, fil-każ ta’ prodotti komposti li jissodifaw il-kundizzjonijiet mniżżla fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni 2007/275/KE, ikun biżżejjed li jkunu akkumpanjati minn dokument kummerċjali, li jkollu l-kliem li ġej:

“Dawn il-prodotti komposti għandhom ħajja ta’ fuq l-ixkaffa stabbli f’temperatura tal-ambjent jew li fil-manifattura tagħhom ikunu għaddew b’mod ċar minn proċess komplut ta’ tisjir jew trattament bis-sħana mas-sustanza kollha tagħhom, biex kull materja prima tkun ġiet żnaturata”.

Artikolu 9

Ċertifikazzjoni

1.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija għandhom jiżguraw li d-dokument kummerċjali stipulat mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal kummerċ bejn l-Istati Membri jkun approvat permezz ta’ hemża ta’ kopja ta’ ċertifikat uffiċjali li jiddikjara li:

(a)

il-prodotti kkonċernati saru

(i)

fi proċess ta’ produzzjoni li kien ivverifikat u li nstab konformi mar-rekwiżiti xierqa fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar saħħet l-annimali u tajjeb biex jeqred il-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, jew

(ii)

minn materjali pproċessati minn qabel li jkunu ġew iċċertifikati skont dan; u

(b)

dispożiżżjonijiet ikunu fis-seħħ biex tkun evitata l-possibilità ta’ kontaminazzjoni mill-ġdid bil-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer wara t-trattament.

It-tali ċertifikazzjoni ta’ verifika tal-proċess tal-produzzjoni għandu jkun fiha referenza għal din id-Deċiżjoni, tkun valida għal 30 jum, tiddikjara d-data tal-iskadenza u tkun tista’ tiġġedded wara spezzjoni tal-istabbiliment.

2.   Fil-każ ta’ prodotti għal bejgħ bl-imnut lill-konsumatur finali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija jistgħu jawtorizzaw kunsinni konsolidati ta’ prodotti tal-annimali barra laħam frisk, laħam ikkapuljat, laħam separat mekkanikament u preparati tal-laħam, kull wieħed minnhom ikun eliġġibbli għal dispaċċ fi qbil ma’ din id-Deċiżjoni, ikunu akkumpanjati minn dokument kummerċjali li jkun approvat bl-hemża ta’ kopja ta’ ċertifikat veterinarju uffiċjali li jikkonferma li:

(a)

il-post tad-dispaċċ għandu fil-post sistema li tassigura li l-prodotti jistgħu jintbagħtu biss jekk ikunu traċċabbli għal evidenza dokumentarja ta’ konformità ma’ din id-Deċiżjoni, u

(b)

is-sistema li għaliha hemm referenza f’(a) kienet ivverifikata u misjuba sodisfaċenti.

It-tali ċertifikazzjoni ta’ verifika tas-sistema ta’ traċċabbiltà għandu jkun fiha referenza għal din id-Deċiżjoni, tkun valida għal 30 jum, tiddikjara d-data tal-iskadenza u tkun tista’ tiġġedded biss wara li l-istabbiliment ikun għadda minn verifika b’riżultati sodisfaċenti.

L-awtoritajiet veterinarji kompetenti tal-Bulgarija għandhom jikkomunikaw mal-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni il-lista tal-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 10

Tindif u diżinfezzjoni

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-Bulgarija għandha tiżgura li l-vetturi li jkunu ntużaw għat-trasport tal-annimali ħajjin fiż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati wara kull operazzjoni, u għandhom jipprovdu l-provi ta’ din id-diżinfezzjoni, fi qbil mal-Artikolu 12(2)(d) tad-Direttiva 64/432/KEE..

2.   Il-Bulgarija għandha tiżgura li l-vetturi li ntużaw fiż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II għat-trasport ta’ annimali u partijiet tal-annimali tal-ispeċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer imsemmija fl-Artikolu 5(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 u prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti sekondarji pproċessati ġejjin minn annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati wara kull operazzjoni, u li tali tindif u diżinfezzjoni u kull tip ta’ kuntatt mal-azjendi li jżommu annimali tal-ispeċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer ikunu ddokumentati fil-ġurnal tal-vjaġġ tal-vettura kkonċernata.

Artikolu 11

Ċerti prodotti eżentati

Ir-restrizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 3, 4, 5 u 8 ma għandhomx japplikaw meta jintbagħtu miż-żoni elenkati fl-Anness I prodotti tal-annimali msemmija f’dawk l-Artikoli, kemm-il darba t-tali prodotti kienu:

(a)

jew ma ġewx prodotti fil-Bulgarija u baqgħu fil-pakkeġġar oriġinali tagħhom bl-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini tal-prodotti, jew

(b)

ġew prodotti fi stabbiliment approvat li jinsab fiż-żoni elenkati fl-Anness I minn prodotti proċessati minn qabel li ma joriġinawx minn dawk iż-żoni, li:

(i)

mindu ddaħħlu fit-territorju tal-Bulgarija, kienu ttrasportati, maħżuna jew pproċessati separatament minn prodotti li ma jkunux eliġibbli għal dispaċċ barra ż-żoni elenkati fl-Anness I,

(ii)

ikunu akkumpanjati minn dokument kummerċjali jew ċertifikat uffiċjali kif mitlub minn din id-Deċiżjoni.

Artikolu 12

Kooperazzoni bejn l-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jissorveljaw il-bagalji personali ta’ passiġġieri li jivvjaġġaw minn dawk iż-żoni elenkati fl-Anness I kif ukoll f’kampanji ta’ tagħrif biex ma jħallux li jiddaħħlu prodotti ta’ oriġini mill-annimali fit-territorji ta’ Stati Membri għajr il-Bulgarija.

Artikolu 13

Miżuri li għandhom jieħdu l-Istati Membri barra l-Bulgarija

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 1(4), l-Istati Membri barra l-Bulgarija għandhom jiżguraw li annimali ħajjin tal-ispeċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer ma jintbagħtux lejn iż-żoni elenkati fl-Anness I.

2.   L-Istati Membri barra l-Bulgarija għandhom jieħdu l-miżuri ta’ prekawzjoni relatati ma’ annimali suxxettibbli mibgħuta mill-Bulgarija bejn id-9 ta’ Diċembru 2010 u s-6 ta’ Jannar 2011. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

iżolazzjoni u spezzjoni klinika,

(b)

fejn huwa meħtieġ, testijiet fil-laboratorju li jindikaw jew jeskludu l-infezzjoni tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

Artikolu 14

Implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-kummerċ biex iġibuhom konformi ma’ din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Artikolu 15

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2011/8/KE għandha tiġi revokata.

Referenzi għad-Deċiżjoni revokata għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 16

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Marzu 2011.

Artikolu 17

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 6, 11.1.2011, p. 15.

(4)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.

(5)  ĠU L 302, 13.11.2008, p. 19.

(6)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(7)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.

(8)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(9)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(10)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(11)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(12)  ĠU L 104, 13.4.2001, p. 6.

(13)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 49.

(14)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.

(15)  ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10.

(16)  ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1.

(17)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62.

(18)  ĠU L 228, 31.8.2010, p. 15.

(19)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.

(20)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

(21)  ĠU L 121, 1.5.2001, p. 34.

(22)  ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9.

(23)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.


ANNESS I

Iż-żoni li ġejjin fil-Bulgarija:

Ir-Reġjun ta’ Burgas


ANNESS II

Iż-żoni li ġejjin fil-Bulgarija:

Ir-Reġjuni ta’ Kardjali, Haskovo, Yambol, Sliven, Shumen u Varna.


ANNESS III

Iż-żoni li ġejjin fil-Bulgarija:

1

2

3

4

5

6

7

8

GRUPP

ADNS

Unità Amministrattiva

B

S/G

P

FG

WG

Il-Bulgarija

00002

Ir-Reġjun ta’ Burgas

ADNS

=

Kodiċi ta’ Sistema ta’ Notifikazzjoni għall-Mard tal-Annimali (Deċiżjoni 2005/176/KE)

B

=

laħam bovin

S/G

=

laħam tan-nagħaġ u l-mogħoż

P

=

laħam tal-ħanżir

FG

=

annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer

WG

=

kaċċa tal-ispeċi suxxettibbli għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer


ANNESS IV

Il-marka sanitarja msemmija fl-Artikolu 2(3):

Id-dimensjonijiet:

BG= 7 mm

Nru tal-istabbiliment= 10 mm

Dijametru estern taċ-ċirku= 50 mm

Ħxuna tal-linja taċ-Ċirku= 3 mm

Image

Top