Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011B0757

    2011/757/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2009

    ĠU L 313, 26.11.2011, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/757/oj

    26.11.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 313/25


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tal-25 ta’ Ottubru 2011

    dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2009

    (2011/757/UE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2009,

    wara li kkonsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Kulleġġ (1),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2011 (05892/2011 – C7-0052/2011),

    wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2011 (2) li tipposponi d-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2009, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

    wara li kkonsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/JHA tal-20 ta’ Settembru 2005 li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) (4), u partikolarment l-Artikolu 16 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar il-qafas tar-Regolament Finanzjarju għall-korpi msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

    wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011)4680 tat-30 ta’ Ġunju 2011 li tagħti l-kunsens għal deroga mitluba mill-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija tat-12 ta’ Lulju 2010 dwar ir-Rimborż tal-Infiq Privat (10/0257/KA),

    wara li kkunsidra l-awditjar estern ikkummissjonat mill-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (Ref. tal-Kuntratt N CEPOL/2010/001) dwar ir-rimborż tal-infiq privat,

    wara li kkunsidra r-rapport finali dwar l-evalwazzjoni esterna ta’ ħames snin tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (Ref. tal-Kuntratt Nru CEPOL/CT/2010/002),

    wara li kkunsidra r-Rapport Annwali dwar l-Attività 2009 tad-Direttorat Ġenerali Ġustizzja, Libertà u Sigurtà,

    wara li kkunsidra r-4 rapport ta’ progress tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Multiannwali tiegħu (MAP) għall-2010-2014,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-MAP għall-2010-2014 tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija,

    wara li kkunsidra n-nota tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-4 ta’ Lulju 2011 (Ref. Ares (2011) 722479) fuq it-3 rapport ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-MAP għall-2010-2014 tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija,

    wara li kkunsidra r-rapport u l-annessi tiegħu tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija dwar l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar “Kwittanza 2009: Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija”,

    wara li kkunsidra r-rapport u l-anness tiegħu tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija dwar l-applikazzjoni tal-Manwal ta’ Akkwist għall-perjodu li jkopri l-1 ta’ Lulju 2010 - l-1 ta’ Lulju 2011,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ta’ (A7-0330/2011),

    1.

    Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2009;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

    Il-President

    Jerzy BUZEK

    Is-Segretarju Ġenerali

    Klaus WELLE


    (1)  ĠU C 338, 14.12.2010, p. 137.

    (2)  ĠU L 250, 27.9.2011, p. 260.

    (3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (4)  ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.

    (5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


    Top