This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011A1221(01)
Commission Opinion of 20 December 2011 relating to the plan for the disposal of radioactive waste arising from the first dismantling stage of the A3 reactor of the Chinon Nuclear Power Station, located in France, in accordance with Article 37 of the Euratom Treaty
Opinjoni tal-Kummissjoni tal- 20 ta’ Diċembru 2011 rigward il-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv li jirriżulta mill-ewwel fażi ta’ żarmar tar-reattur A3 tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari Chinon, li jinsab fi Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom
Opinjoni tal-Kummissjoni tal- 20 ta’ Diċembru 2011 rigward il-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv li jirriżulta mill-ewwel fażi ta’ żarmar tar-reattur A3 tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari Chinon, li jinsab fi Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom
ĠU C 373, 21.12.2011, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
21.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/1 |
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-20 ta’ Diċembru 2011
rigward il-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv li jirriżulta mill-ewwel fażi ta’ żarmar tar-reattur A3 tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari Chinon, li jinsab fi Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
2011/C 373/01
Il-valutazzjoni ta’ hawn taħt qed titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom, u hija mingħajr ħsara għal kwalunkwe valutazzjoni oħra li għandha titwettaq skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-obbligi li joħorġu minnu u mil-leġiżlazzjoni sekondarja.
Fis-7 ta' Ġunju 2011, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern Franċiż, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, Dejta Ġenerali rigward il-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv li jirriżulta mill-ewwel fażi ta’ żarmar tar-reattur A3 tal-impjant tal-enerġija nukleari Chinon fi Franza.
Abbażi ta' din id-dejta, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:
(1) |
Id-distanza bejn l-impjant tal-enerġija u l-eqreb fruntiera ma’ Stat Membru ieħor, f'dan il-każ ir-Renju Unit, hija ta' 384 km. Il-Belġju huwa t-tieni l-eqreb Stat Membru b'distanza ta' 426 km. Spanja u l-Lussemburgu jinsabu f’distanzi ta’ 460 km u 494 km bogħod rispettivament. |
(2) |
Waqt il-ħidma normali taż-żarmar tal-impjant, ir-rilaxxi ta’ effluwenti radjuttavi likwidi u fl-għamla ta’ gass x’aktarx li mhux se jaffettwaw is-saħħa tal-popolazzjoni ta’ Stat Membru ieħor. |
(3) |
Skart radjuattiv solidu jinħażen temporanjament fis-sit qabel ma jiġi ttrasferit għal faċilitajiet liċenzjati ta’ trattament jew ta' rimi li jinsabu fi Franza. Ma hemm l-ebda pjan għall-esportazzjoni ta' skart radjuattiv ’il barra minn Franza. Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-verifiki tal-konċentrazzjoni tal-attività reżidwa, imwettqa biex tiġi kkonfermata n-natura konvenzjonali tal-iskart solidu wara d-dekontaminazzjoni, ikunu tali li tiġi żgurata l-konformità mal-kriterji tal-approvazzjoni stabbiliti fid-direttiva dwar l-istandards bażiċi tas-sikurezza (id-Direttiva 96/29/Euratom). |
(4) |
Fil-każ ta’ rilaxxi mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi, li jistgħu jseħħu wara xi inċident tat-tip u l-qies ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li aktarx jaslu għand il-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor ma jkunux sinifikanti mill-aspett sanitarju. |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv, ikun f'liema għamla jkun, li jirriżulta mill-ewwel fażi ta’ żarmar tar-reattur A3 tal-impjant tal-enerġija nukleari Chinon fi Franza, kemm matul il-ħidma normali kif ukoll f'każ ta' inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, mhijiex tali li tista’ tirriżulta f'kontaminazzjoni radjuattiva tal-ilma, il-ħamrija jew l-atmosfera ta' Stat Membru ieħor.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Günther OETTINGER
Membru tal-Kummissjoni