EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R1193

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1193/2010 tas- 16 ta’ Diċembru 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Maine-Anjou (DPO)]

ĠU L 333, 17.12.2010, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1193/oj

17.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1193/2010

tas-16 ta’ Diċembru 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Maine-Anjou (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, u b'applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tiegħu, l-applikazzjoni ta' Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Maine-Anjou”, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

L-Italja ressqet oġġezzjoni kontra din ir-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. L-oġġezzjoni tqieset ammissibbli skont l-Artikolu 7 (3) ta' dak ir-Regolament.

(3)

Id-dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni kienet dwar in-nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, partikularment rigward ir-rabta bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità tal-prodott. L-oġġezzjoni ddikjarat ukoll li r-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni konċernata mhiex se tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, b'mod partikulari minħabba konflitt bejn id-denominazzjoni li se tiġi rreġistrata u d-denominazzjoni ta' razza ta' annimal, magħruf bħala Maine-Anjou.

(4)

Finalment l-oġġezzjoni kienet ukoll dwar id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, partikularment rigward id-denominazzjoni rreġistrata parzjalment omonima “Bœuf du Maine”.

(5)

Il-Kummissjoni, permezz tal-ittra tad-9 ta' Lulju 2009, stiednet lil Franza u lill-Italja biex jilħqu qbil bejniethom skont il-proċeduri interni tagħhom.

(6)

Wara konsultazzjonijiet, Franza infurmat lill-Kummissjoni permezz ta' ittra bid-data tal-5 ta' Frar 2010 li ntlaħaq ftehim bejn il-partijiet. Barra minn hekk, ma sarux emendi fl-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

(7)

Għalhekk id-denominazzjoni “Maine-Anjou” sottomessa minn Franza, tista' tiġi rreġistrata, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(5) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 307, 2.12.2008, p. 11.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

1.1   Laħam frisk (u l-ġewwieni)

FRANZA

Maine-Anjou (DPO)


Top