Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0644

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 644/2010 tal- 20 ta’ Lulju 2010 li jiffisa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għat-talbiet għal liċenzji għall-importazzjoni mressqa mid- 9 ta’ Lulju 2010 sas- 16 ta’ Lulju 2010 tal-kwota tariffarja mwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru 969/2006 fir-rigward tal-qamħirrum

    ĠU L 187, 21.7.2010, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/644/oj

    21.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 187/25


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 644/2010

    tal-20 ta’ Lulju 2010

    li jiffisa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għat-talbiet għal liċenzji għall-importazzjoni mressqa mid-9 ta’ Lulju 2010 sas-16 ta’ Lulju 2010 tal-kwota tariffarja mwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru 969/2006 fir-rigward tal-qamħirrum

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u partikolarment l-Artikolu 7(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 (3) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' 242 074 tunnellata qamħirrum (numru tas-serje 09.4131).

    (2)

    L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006 ffissa għal 121 037 tunnellata l-kwantità tas-subperjodu nru 2/ għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 2010.

    (3)

    Min-notifika konformi mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, jirriżulta li l-applikazzjonijiet imressqa mid-9 ta’ Lulju 2010 sas-16 ta’ Lulju 2010 fis-13:00, ħin ta' Brussell, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema limitu jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, filwaqt li jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba.

    (4)

    Jeħtieġ ukoll li ma jinħarġux liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 969/2006 għas-perjodu kurrenti tal-kwota.

    (5)

    Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effikaċi tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ eżatt wara li jiġi ppubblikat,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Kull applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni ta' qamħirrum fil-kuntest tal-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 969/2006, imressqa mid-9 ta’ Lulju 2010 sas-16 ta’ Lulju 2010 fis-13:00, ħin ta' Brussell, tagħti lok għall-ħruġ ta' liċenzja għall-kwantitajiet mitluba assenjati skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 40,231108 %.

    2.   Il-ħruġ ta' liċenzji għal kwantitajiet mitluba mis-16 ta’ Lulju 2010 fis-13:00, ħin ta' Brussell, huwa sospiż għas-perjodu kurrenti tal-kwota.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2010.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

    (3)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44.


    Top